Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Membri Parlamentari li għandhom skorta tal-Pulizija? Jista’ jgħid kif ingħatat, jiġifieri jekk kenitx inizjattiva tal-Pulizija jew intalbitx mill-Membru Parlamentari nnfisu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni jew il-modalitajiet ta' tali protezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi theddid partikolari fuq xi Membri tal-Parlament? Qatt saru rapporti minn Membri tal-Parlament wara li rċevew theddid?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Madankollu ma nħossx li tagħrif ta' din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-Pulizija bħala bodyguards tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bħalma dejjem isir, l-uffiċjali ta’ sigurtà tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, jiġu magħżula skont l-esiġenzi tal-Korp.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm theddid partikolari li jista' jitfa' l-ħajja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-periklu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mhux il-prassi li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata għal raġunijet ta’ sigurtà pubblika.
Omiċidji volontarji – persuni li ma tressqux il-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna li kkommettiet omiċidju volontarju ma tressqitx il-Qorti, peress li mill-investigazzjoni kien irriżulta li kienet qed taġixxi in legittima difesa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin, kull persuna li mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li kkomettiet omiċidju volontarju, tressqet l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm saru rapporti ta’ serq lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena saru 4,574 rapport ta’ serq skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jinnota illi din is-sena kien hemm tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ rapporti ta’ serq għaliex għall-istess perjodu, fis-sena 2016 saru 6,369 rapport, filwaqt li għall-istess perjodu, fis-sena 2017 saru 5,404 rapporti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti mill-pulizija, persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà kien spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet f'rapporti ta’ reat ta’ vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jiġu investigati u jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li jingħataw figuri eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – direct order lil One TV
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 514, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għad-direct order ta’ €50,000 lil One TV f’Diċembru 2016? Għala ma nħarġitx sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu ntgħażlu l-PBS u l-One TV għax-xandiriet meħtieġa minħabba li skont l-Awtorità tax-Xandir huma l-akbar żewġ stazzjonijiet.
Wied il-Għajn – inkjesta fi blokka fejn kien hemm nar
Question
B’referenza tal-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f’Wied il-Għajn fejn persuna tilef ħajtu, jista’ l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta’ flats fejn ikunu joqogħdu numru ta’ residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew agħar, magħluq b’mod permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar fil-Barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur u f'postijiet oħra li għandha l-AFM ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża sena b'sena u x’proġetti infrastruturali hemm ippjanati minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena fis-siti tal-Forzi Armati f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hemm suldati stazzjonati Għawdex u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FAM nefqet €3019 fl-2013, €1311 fl-2014, €106 fl-2015, €2667 fl-2016, €4619 fl-2017 u €1758 fl-2018 f'xogħlijiet ta' manutenzjoni.
Minbarra xogħlijiet ta' manutenzjoni, huwa ppjanat li jitjiebu abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-
helipad
u rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti.
Jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward ta’ massage parlours, x’qed isir mill-Gvern permezz tal-pulizija sabiex ikun regolat dan is-settur fil-każ:
a. Li permezz ta’ dawn il-
massage parlours
, naraw li pajjiżna mhux qed iservi mezz li jippromwovu
t-Traffikar tal-Bniedem
;
b. Sabiex naraw li dawn is-siti kummerċjali ma jispiċċawx bħala burdell;
c. Sabiex naraw li r-residenti tat-toroq fejn hemm dawn is-siti kummerċjali li joffru servizz ta’
massage parlour
ma jispiċċawx iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jkunu qed ifittxu li jieħdu s-servizz minn dawn is-siti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ma kellhiex rapporti li jindikaw li dawn is-siti qed jintużaw bħala burdell jew li r-residenti tat-toroq fejn hemm massage parlours ġew iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jfittxu li jieħdu s-servizz minn għandhom. Però waqt li l-pulizija qed tagħmel u se tkompli tagħmel ir-rondi fl-inħawi ta ‘ dawn is-siti, nitlob li jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ speċifiku, jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorament.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6438 tad-19 ta’ Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-qabdiet ta’ droga li saru mill-Pulizija fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fit-2018 sal-aħħar ta’ Mejju? Kulma qed nistaqsi x’kienu l-qabdiet u kemm kien il-valur ta’ flus ta’ kull qabda.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6438.
Il-Mellieħa – Pulizija fi Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira
Question
Fid-dawl li wieħed jista’ jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista’ jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta’ Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal fejn l-iskola Primarja tal-Mellieħa dejjem ikun hemm uffiċjal tal-pulizija ddettaljat sabiex jagħmel school shepherding u sabiex jinforza r-regolamenti tat-traffiku fil-lokalità indikata. Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali tal-komunità (wardens) ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 454 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il resident mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin eżerċita d-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 126 priġunier li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017.