Vjolenza Domestika — Persuni li rrifjutaw risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rrifjutaw li jsir risk assessment fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru risk assessments fuq vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi u kif ġew ikklassifikati (high, medium jew low risk)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħames mija u tletin (530) raġel li rrapporta vjolenza domestika fis-sena 2024. Bejn Jannar u is-7 ta’ Settembru 2025, kien hemm tlett mija u erbgħatax (314) ir-raġel li għamlu rapport ma l-istess taqsima.
Vittmi li ma jitkellmux bil-Malti u bl-Ingliż — miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jittieħdu fil-Hubs tal-Vjolenza Domestika meta l-vittma la tkun titkellem bil-Malti u lanqas bl-Ingliż? Jista’ jgħid ukoll kif isir ir-risk assessment f’dawn il-każijiet u xi prekawzjonijiet jittieħdu?
Vjolenza domestika — Rapporti minn persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni rreġistrati b’diżabilità li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 30555.
Ħaż-Żabbar - Triq il-Kunvent c/w Triq il-Karmnu - Inċidenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30153 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm kien hemm inċidenti fi Triq il-Kunvent kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, f’Ħaż-Żabbar matul din l-aħħar sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Jannar 2024 u l-31 ta’ Awwissu 2025 seħħew tliet (3) inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar, li ġew irrappurtati lill-Pulizija, kif ukoll tmintax (18)-il inċident ieħor irrappurtati mal-Aġenzija LESA fl-istess triq.
Fl-istess perjodu,
fi Triq il-Karmnu, Ħaż-Żabbar, seħħew tliet (3) inċidenti li ġew irrappurtati lill-LESA, filwaqt li ma kien hemm ebda inċident irrappurtat lill-Pulizija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28208 dwar kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq persuni b’diżabilità mis-sena 2020, fejn ġie mwieġeb li “s-sistema tal-Pulizija mhix imfassla biex toħloq distinzjoni bejn min għandu diżabbiltà jew le.”, u peress li atti kriminali kontra persuni b’diżabilità huma iktar gravi minn atti kriminali normali, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħsieb li tali ċirkostanzi ta’ diżabilità jibdew jiġu reġistrati fir-rapporti li jsiru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li filwaqt li bħala regola s-sistema elettronika ma tagħmilx distizjoni bejn persuni, dan ma jfissirx li atti lejn persuni b’diżabbiltà, li jien nikkundannahom bl-ikbar qawwa, ma jittieħdux b’serjetà. Fil-fatt tali dettalji jiġu nklużi fl-akkużi meta persuna b’diżabilità tagħmel rapport dwar att kontriha li jkun motivat lejn id-diżabilità tagħha jew ikun att speċifikament kontra persuna minħabba diżabilità tagħha.
Is-Swieqi - Rapporti dwar atti ta’ indeċenza fis-sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar atti ta’ indeċenza fis-Swieqi matul din is-sena u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 30482.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bħalissa hemm 11-il impjegat fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol li jinsabu sospiżi, u qegħdin jirċievu 80% tal-paga tagħhom minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.
Vjolenza Domestika — Rapporti minn persuni f'relazzjoni ma' partner tal-istess sess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni f’relazzjoni ma’ partner tal-istess sess li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2024 u bejn Jannar u s-7 ta’ Settembru 2025 ġew irreġistrati r-rapporti li jidhru fit-tabella hawn taħt, lid-Domestic Violence Unit (DVU), minn koppji tal-istess sess.
Perjodu
Numru ta’ Każi
1 ta’ Jannar 2024 u l-31 Diċembru 2024
9
1 ta’ Jannar 2025 u s-7 ta’ Settembru 2025
13
Vjolenza Domestika — Rapporti minn Ċittadini tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mir-rapporti li saru mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fis-sena 2024 sal-aħħar ta’ Awwissu tas-sena 2025, in-numru ta’ vittmi li rrapportaw vjolenza domestika u li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u mhux Malta, kien ta’ tmienja u disgħin (98) u tlieta u ħamsin (53) rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mir-rapporti li saru mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fis sena 2024 u sal-aħħar ta’ Awwissu tas-sena 2025, in-numru ta’ vittmi li rrapurtaw vjolenza domestika u li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs), kien ta’ mija u tlieta u erbgħin (143) u seba’ u tmenin (87) rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ vjolenza domestika ġew irrapurtati fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda jopera d-Domestic Violence (DV) Hub tal-Imtarfa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gender-Based and Domestic Violence hub li l-Korp tal-Pulizija għandu f’Santa Luċija huwa l-ewwel hub tax-xorta tiegħu f'Malta li fetaħ il-bibien tiegħu fis-sena 2024, wara li għall-ewwel darba l-Korp tal-Pulizija ħatar skwadra speċjalizzata, il-Gender based and domestic violence unit fl-2020, sabiex jagħti servizz aħjar u aktar speċjalizzat lil vittmi ta' vjolenza domestika. Skwadra u Hub li li ma kinux jeżistu qabel introduċihom il-Korp tal-Pulizija taħt din l-amministrazzjoni.
Filwaqt li bħalissa apparti dawk ta’ Santa Luċija, hemm timijiet minn din it-taqsima jaħdmu mid-depot tal-pulizija fil-Floriana, fiż-żmien li ġej ser jinfetaħ hub ieħor fl-Imtarfa. Dan ix-xogħol huwa mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena u s-servizz jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla. B'hekk is-servizz ikun offrut fi tliet postijiet madwar Malta, u post ieħor f'Għawdex.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29971 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-għaxar (10) impjegati fl-entitajiet ta' Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol huma eletti f’dawn il-kunsilli lokali:
Lokalità
Membri
Ix-Xgħajra
1
Ħal Qormi
1
Żebbuġ (Għawdex)
1
Għarb (Għawdex)
1
Birżebbuġa
2
Gudja
1
Paola
1
Fgura
1
Ħal Safi
1
Is-Swieqi - Rapporti dwar atti ta’ vandaliżmu fis-sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar atti ta’ vandaliżmu fis-Swieqi matul din is-sena u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta mistoqsija parlamentari numru 30482.
Is-Swieqi - Rapporti dwar storbju eċċessiv fis-sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar storbju eċċessiv fis-Swieqi matul din is-sena u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?