Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għassa tal-Gudja – delitti rappurtati u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa tal-Gudja tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew fil-Gudja tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti Gudja 2020 Ammont Hruq 1 Attentat ta’ offiizi 6 Offizi fuq il-persuna 6 Uzu hazin ta’ Computer 3 Hsarat 14 Vjolenza domestika 9 Drogi 6 Frodi 2 Offizi ta’ immigrazzjoni 1 Offizi sesswali 1 Serq 60 Theddid u vjolenza 1 Dhul f’postijiet minghajr awtorita 2 Vjolenza kontra ufficcjlal pubbliku 1 Grand Total 113

Għassa tal-Fgura – delitti rappurtati u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa tal-Fgura tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew il-Fgura tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Fgura 2020 Ammont Hruq 2 Attentat ta’ offizi 11 Offizi fuq il-persuna 10 Uzu hazin tal- computer 7 Hsarat 43 Vjolenza domestika 57 Drogi 2 Frodi 18 Hasil ta’ Flus 2 Pornografija 1 Pretended rights 5 Offizi sezzwali 6 Serq 83 Theddid u vjolenza 7 Vjolenza fuq ufficcjal pubbliku 4 Total 258

Għassa ta’ Raħal Ġdid – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew Raħal Gdid tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Paola 2020 Ammont Hruq 4 Attentat ta’ offizi 16 Offizi fuq il-persuna 29 Uzu hazin tal- computer 8 Hsarat 85 Vjolenza domestika 34 Drogi 9 Frodi 22 Offizi relatati ma immigrazzjoni 7 Pretended rights 3 Serq 102 Thedid u vjolenza 5 Vjolazzjoni ta’ postijiet ta’ confinement 1 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 3 Total 328

Immigranti Illegali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-immigranti illegali li waslu Malta u għamlu talba għall-ażil jew għajnuna umanitarja mis-sena 2010 'l hawn, sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea tiġi kkalkulata fuq bażi ta’ programmi ta’ perjodu ta’ seba’ snin. F’dan il-każ, il-perjodu tal-programmi rilevanti huwa mill-2007 sal-2013 u mill-2014 sal-2020 rispettivament. Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi uża mill-fondi msemmija hekk kif jidher hawn taħt: Perjodu ta’ programm 2007-2013 • General Programme "Solidarity and Management of Migration Flows" (SOLID Funds) - €9,319,677.38 Perjodu ta’ programm 2014-2020 • Asylum, Migration and Integration Fund – €13,148,659.26 Irid jibqa’ jkun iċċarat li tul is-snin Malta refgħet piż sproporzjonat fejn tidħol l-isfida tal-immigrazzjoni rregolari u għalkemm bi dritt nippretendu li nikkwalifikaw minn din it-tip ta’ għajnuna dan ma jfissirx li tista’ b’xi mod tkun meqjusa bħala kumpens sodisfaċenti għall-fatt li pajjiżna ġarr piż li hu sproporzjonat. Għalhekk l-istrateġija tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi tibqa’ bbażata fuq tliet prinċipji. L-ewwel dak li nipprevjenu l-wasliet, it-tieni li jkun hemm iktar rilokazzjoni lejn pajji¿i oħra tal-Unjoni Ewropea u t-tielet li nsaħħu l-ħidma fuq ir-ritorn ta’ dawk li m’għandhomx dritt għall-ażil.

Pulizija, Suldati, Uffiċjali tal-Ħabs – prijorità għal Tilqim tal-COVID-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex pulizija, suldati u uffiċjali tal-ħabs speċjalment dawk li jkunu f'kuntatt kontinwu mal-pubbliku jew persuni oħra jingħataw prijorità fit-tilqim kontra l- COVID-19?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ hemm ftehim f’dan is-sens mal-awtoritajiet tas-saħħa u bdew isiru l-arranġamenti meħtieġa.

Għawdex – uffiċjali tal-pulizija stazzjonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija stazzjonati f'Għawdex, grad bi grad, sena b'sena mis-sena 2010 'l hawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ uffiċjali tal-pulizija stazzjonati f'Għawdex, grad bi grad, sena b'sena mis-sena 2010 'l hawn kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Supt. Insp. SM PS WPS PC WPC RPC Total 31.12.2010 1 2 1 17 95 14 130 31.12.2011 1 2 1 16 92 15 127 31.12.2012 1 2 1 14 79 15 112 31.12.2013 1 2 1 17 1 89 14 125 31.12.2014 1 2 3 17 92 15 2 132 31.12.2015 1 1 3 16 1 88 12 2 124 31.12.2016 1 2 1 16 95 11 4 130 31.12.2017 1 2 1 16 1 89 10 9 129 31.12.2018 1 2 1 17 1 88 10 8 128 31.12.2019 1 2 17 1 88 11 7 127 31.12.2020 1 2 1 16 1 85 8 7 121

Għawdex – Għases tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għases tal-pulizija f'Għawdex u kemm hemm minnhom li qed jinfetħu parzjalment jew li ma jinfetħu qatt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif ġie spjegat diversi drabi fi tweġibiet għall-Mistoqijiet Parlamentari simili, f'Għawdex bħal Malta l-għases principali jiftħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Bħalma dejjem kienet il-prassi, għases sekondarji oħra jinfetħu skond l-esiġenzi tas-servizz. Madankollu f'Għawdex issir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-Iskwadra Mobbli u dawn jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalitajiet rispettivi. Dan barra milli ssistemi ta’ intercom li qed jiġu u se jibqgħu jkunu installati f’ghases Għawdex ukoll fejn il-pubbliku jista direttament jaqbad mal-Kwartieri Generali il-Pulizija 24/7 minn fejn tiġi koordinata l-assistenza. Kif spjegajt drabi oħra, l-istrateġija tal-Korp hija li jżid il-pulizija fit-triq għaliex huwa biss b’dan il-mod li tista’ titnaqqas il-kriminalita fit-toroq Għawdxin. Fil-fatt il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, flimkien mal-pulizija qed nippjanaw biex Għawdex ukoll jibda jgawdi mill-pulizija tal-komunità.

Pulizija li jagħmlu l-kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja s-sitwazzjoni li lmentat minnha l-Police Officers' Union fi ħdan il-General Workers Union u jassigura li l-pulizija li jkollhom jagħmlu kwarantina minħabba l-COVID-19 jingħataw quarantine leave minflok ma jkollhom jagħmlu użu mis-sick leave tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-pulizija li jkunu ordnati u jkollhom jagħmlu kwarantina mandatorja meta ma jkunux posittivi bil-COVID-19, diġa jibbenefikaw mill-quarantine leave.

Korp tal-Pulizija — Każijiet dwar storbju eċċessiv minn karozzi privati – penali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il penali nħarġet mill-Korp tal-Pulizija fuq każijiet li jirrigwardjaw storbju eċċessiv minn karozzi privati mill-2013 sal-2020, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ċ-ċitazzjonijiet jew ‘tickets’ li nħarrġu mill-Pulizija rigward storbju eċċessiv (silencer mhux effettiv) minn vetturi privati sena b’sena, mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Ċitazzjonijiet/ tickets 2013 120 2014 187 2015 214 2016 115 2017 100 2018 66 2019 64 2020 62 Total 928

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kotba għal-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew donati u mixtrija għal-librerija li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena li għaddiet u kemm ġew mislufa kotba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13779.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – lezzjonijiet għar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’lezzjonijiet saru għar-residenti li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u f’liema suġġetti tul is-sena li għaddiet? Kif ukoll jista’ jgħid kemm-il resident attenda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li matul is-sena skolastika li bdiet Ottubru 2020, CSA bdiet toffri 15-il kors fejn l-attendenza tal-priġunieri tlaħħaq il-153. Dawn il-korsijiet qed jiġu offruti b’ kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi lokali, eżempju Life Long Learning. Il-korsijiet isiru fi gruppi żgħar sabiex il-priġunieri jingħataw attenzjoni inividwali. Is-suġġetti offruti huma varjati u jinkludu l-Ingliż, l-Ispanjol, il-matematika, l-ICT, cookery and nutrition, crafts u life skills. Matul is-sena 2020, numru ta’ priġunieri resqu għal eżamijiet tal-Matsec fil-Livell Ordinarju, u kisbu riżultati tajba ferm. Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ħames priġunieri attendew korsijiet f’istituzzjonijiet edukattivi barra l-ħabs. Bħala studenti priġunieri ma kienx hemm drop-outs. L-oqsma ta’ studju jinkludu sport, marketing, social care u business administration. Il-livelli jvarjaw minn Level 2 sa Level 6. Bħala parti mis-sistema edukattiva tal-Faċiltia Korrettiva ta’ Kordin, fis-sena 2020, fil-qasam ta’ l-isport ġew implementati diversi inizjattivi. Inizjattivi marbuta mal-isports jiġu mplimentati b’mod struttarat bħala parti mill-pjan ta’ kura tal-priġuniera tal-Faċilita u jservu biex minbarra l-benefiċċju tal-attivita fiżika, jitgħallmu jikkomunikaw, jaħdmu f’team eċċ. Kien hemm ukoll l-opportunità li priġunieri joħorġu barra l-ħabs, jilagħbu logħba futbol kontra klabb lokali. Dan kollu bħala parti mill-programm ta’ edukazzjoni u reintegrazzjoni tal-priġunieri. Saru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ kif wieħed jagħmel CV u jġib ruħu f’interview. Ma’ bank lokali saru wkoll korsijiet dwar kif wieħed jiftaħ kont.

Immigranti Illegali — ripartriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew ripatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Immigranti rregolari ripatrijati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie ripatrijat tul is-sena li għaddiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020, minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, kien hemm total ta’ 381 persuna li ġew ripatrijati bi proċeduri stabbiliti.

Immigranti rregolari li ġew rilokati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie rilokat is-sena li għaddiet u lejn liema pajjiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020 Membri Stati oħra kkommettew ruħhom li jirrilokaw 497 immigrant minn Malta li daħlu rregolarment bid-dgħajsa. Minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, sal-aħħar tas-sena ġew rilokati 273 immigrant. Dawn l-immigranti ġew rilokati lejn Franza (106), Ġermanja (125), Portugal (6), Lussemburgu (7), Finlandja (25) u Rumanija (4). It-trasferimenti ta’ dawn il-persuni ser jitkomplew fl-2021.

Talbiet għall-benefiċċju tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-benefiċċju tal-Parole s-sena li għaddiet u kemm talbiet ġew milqugħa? Jista’ jindika wkoll kemm kien l-ammont komplessiv ta’ applikazzjonijiet sena b’sena, minn meta bdiet topera din il-liġi u kemm ġew effettivament milqugħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2020 saru tnejn u sebgħin (72) talbiet għal beneficcju tal-Parole. Uħud minn dawk għadhom qed jiġu proċessati. Waqt li s’issa minn dawn it-talbiet li saru fl-2020, ħdax (11) minnhom ġew milqugħa. Fl-2013 kien hemm ħamsa u disgħin (95) applikazzjoni għall-parole. Fl-2014 kien hemm mija u tnejn (102) applikazzjoni għall-Parole Fl-2015 kien hemm mija u disgħa (109) applikazzjoni għall-Parole. Fl-2016 kien hemm tmienja u disgħin (98) applikazzjoni għall-Parole Fl-2017 kien hemm tlieta u sebgħin (73) applikazzjoni għall-Parole. Dawn jinkludu każ li kien ġie referrit lil Bord tal-Parole mill-Qorti Kostituzzjonali Fl-2018 kien hemm sitta u sittin (66) applikazzjoni għall-Parole Fl-2019 kien hemm disgha u sebgħin (79) applikazzjoni għall-Parole Fl-2020 kien hemm tnejn u sebgħin (72) applikazzjoni għall-Parole. Mill-2013 sal-2020 kien hemm total ta’ mija u erbgħa u erbgħin (144) li ġew milqugħa.