Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19677.

Kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u r-Richmond Foundation

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn il-Ministeru u r-Richmond Foundation sabiex din il-fondazzjoni tkun tista’ tagħti servizz lil persuni li jkollhom bżonnijiet marbuta mas-saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru, flimkien mal-Aġenzija Sapport bdew diskussjonijiet biex ikun hemm kollaborazzjoni ma’ Richmond Foundation fi provediment ta’ servizz għal persuni b’nuqqas intellettwali li għaddejjin minn sfidi ta’ saħħa mentali. Filwaqt li ninfurmaha wkoll li fis-snin 2019 u 2023 Richmond Foundation ibbenefikat minn fondi tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) b’valur ta’ €20,000 għal kull proġett. Din l-iskema hija amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).

Sapport lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li ngħataw sapport sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg permanenti wara li jkunu temmew il-kura neċessarja?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Saħħa mentali — Kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u entitajiet differenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' kollaborazzjonijiet jew arranġamenti qegħdin isiru mill-Ministeru fir-rigward tal-ħarsien ta' persuni li għandhom diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali u ma' liema entitajiet qegħdin isiru dawn il-kollaborazzjonijiet jew arranġamenti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li persuni li għandhom sfidi ta’ saħħa mentali huma inklużi fid-definizzjoni ta’ ‘persuni b’diżabilità’ tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. Għaldaqstant, it-taqsima tal-Investigazzjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) tilqa’ lmenti magħmula minn persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali li jallegaw li ġew iddiskriminati minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tinkludi wkoll informazzjoni dwar saħħa mentali u l-isfidi li jaffaċċjaw persuni li għandhom dawn il-kundizzjonijiet fit-taħriġ tagħha magħruf bħala Disability Equality Training, li ġie mwassal lil aktar minn 7,000 ruħ matul l-2023. Il-qasam tas-saħħa mentali ġie ttrattat ukoll fir-riċerka li l-Kummissjoni wettqet is-sena li għaddiet dwar id-Deistituzzjonalizzazzjoni. Il-Kummissjoni, permezz tal-Kummissarju tiddiskuti fuq bażi regolari, s-servizzi li jingħataw lil persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali mat-tmexxija tal-Isptar Monte Carmeli. Ta’ min wieħed ifakkar ukoll li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali huwa membru fundatur tal-Malta Business Disability Forum li twaqqaf fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u li fih ġie diskuss ukoll l-impjieg ta’ persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Dan is-suġġett sa jiġi ttrattat ukoll f’konferenza li l-Kummissjoni sa tkun qed ittella’ f’Ġunju b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Richmond, bil-għan li jiġu ssensibilizzati Managers tar-Riżorsi Umani u Senior Managers dwar l-inklużjoni ta’ persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol. Il-Kummissjoni ħadmet ukoll ma’ żewġ NGOs oħra f’dan il-qasam. Mal-għaqda, BBrave, il-Kummissjoni ħadmet fuq riċerka fuq ir-riperkussjonijiet tal-ibbulijar fuq il-post tax-xogħol fuq is-saħħa mentali tal-individwu. Dan wassal biex ġew imfassla toolkit għal min iħaddem u politika (policy) dwar ir-Riżorsi Umani fuq il-post tax-xogħol kontra l-ibbulijar. Mal-għaqda Prisms Malta, qed taħdem fuq proġett jismu Point of Connection sabiex tiżdied l-inklużjoni ta’ żgħażagħ bl-awtiżmu fil-komunitajiet lokali, bil-għan li jitjiebu l-kwalità tal-ħajja u l-istat ta’ saħħa mentali tagħhom. Ninfurmaha wkoll li professjonisti minn Aġenzija Sapport jikkollaboraw ma’ professjonisti oħra varji minn entitajiet differenti skont il-bżonn tal-persuni b’diżabilità li jkunu qed jirċievu servizzi mill-Aġenzija u li jkollhom ukoll diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali. Dawn l-entitajiet jinkludu ċ-ċentri tas-saħħa tal-kura primarja, iċ-ċentri tas-saħħa mentali tal-komunità, l-Isptar Monte Carmeli, l-Isptar Mater Dei, id-Downs Syndrome Clinic, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, is-CYPS, il-Young People Unit (YPU), il-Fondazzjoni Richmond, psikjatri, psikoloġisti, ħaddiema soċjali, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u skejjel inkluż Guardian Angel u Wardija Resource Centre. Dan minbarra li persuni b’diżabilità fi ħdan is-servizz tas-Supported Independent Living tal-Aġenzija qed jirċievu s-servizz ta’ psychiatric reviews fi klinika organizzata għalihom b’kollaborazzjoni mal-Isptar Monte Carmeli.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm infieq ta’ flus f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Lista ta' xogħlijiet u ħlas

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mit-twaqqif ta’ dan il-Ministeru fl-2020 ma saru l-ebda xogħlijiet u ħlasijiet mill-Ministeru u minn kull entità li bħalissa taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija/i msemmija.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W177.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm infieq ta’ flus f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtha, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru m’għadhomx kuntratti mal-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Servizzi minn persuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha? Jekk iva, tista’ tgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna msemmija qatt ma tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f’xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W158.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W158.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12040 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Tista' tindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm nfieq ta’ flus fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul April 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W88.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat ma għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk ma għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ħaddiema b'diżabilità — Kwota

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk reġgħetx bdiet tiġi inforzata l-kwota ta’ ħaddiema b'diżabilità f’kumpaniji minn wara l-COVID-19 lil hawn?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.