Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ir-Rabat, Malta - Triq San Publiju, Triq Santa Marija u Triq il-Konti Ruġġieru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq San Publiju, Triq Santa Marija u Triq il-Konti Ruġġieru, fir-Rabat, Malta, wara li l-pjan li dawn it-toroq kellhom isiru ftit tas-snin ilu, ġie abbandunat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Publiju, Triq Santa Marija u Triq il-Konti Ruggieru, Rabat huma fil-lista ta’ toroq li ġew nominati mill-Kunsill Lokali sabiex isir xogħol infrastruttrali fihom. Bħalissa qed issir kordinazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati kif ukoll il-Kunsill Lokali rispettiv biex jigi stabbilit x’tip ta’ xogħlijiet hemm bżonn li jsir f’dawn it-toroq.

Ir-Rabat, Malta - Triq Misraħ Suffara - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fi Triq Misraħ Suffara, ir-Rabat, Malta, x’xogħol ser isir u meta ser jitlesta? Jista’ jgħid ukoll għaliex mhux qed tittieħed prekawzjoni biex ma jkunx hemm trabijiet żejda u tumbati fit-toroq li huma ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-Aġenzija hija konxja ta’ żewġ proġetti separati u distinti li bħalissa qed jitwettqu tul l-istess medda ta’ triq, għalkemm f’postijiet differenti. Dawn il-proġetti mhumiex kollha taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastructure Malta. Għalhekk, sabiex tkun tista’ tingħata risposta preċiża u korretta, l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jindika għal liema parti tat-triq jew progett qed jirreferi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.

Ħal Qormi – Lista ta’ toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.

Ħal Luqa – Lista ta’ toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.

Is-Siġġiewi – Lista ta’ toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.

Regolament (UE) 2024/1309 - Implimentazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35714 tal-Leġislatura XIV dwar ir-Regolament tal-UE 2024/1309, fejn intqal li kien ser jiġi ppubblikat l-abbozz tal-liġi pertinenti fil-viċin, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus attwali tal-implimentazzjoni effettiva?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emendi inkwistjoni mistennija jiġu pubblikati fil-futur qarib, fejn saru diversi emendi għal abbożż tal-liġi li kien ġie propost fl-ambitu ta' konsultazzjoni pubblika u dan sussegwenti għall-evalutazzjoni ta' diversi sottomissjonijiet li kienu saru għall-istess konsultazzjoni.

Green Jobs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda kklassifikati bħala ‘Green Jobs’ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont is-settur ekonomiku? Jekk ma teżistix definizzjoni uffiċjali ta’ ‘Green Jobs’, jista’ jgħid ukoll liema kriterji qed jintużaw mill-Gvern sabiex jiġu identifikati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li definizzjoni speċifika u rikonoxxuta ta’ xogħlijiet ħodor (green jobs) ma teżistix. Il-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Okkupazzjonijiet (ISCO) ma tispeċifikax liema okkupazzjonijiet huma assoċjati max-xogħlijiet ħodor fis-setturi ekonomiċi.

Ir-Rabat, Malta – Triq Għexierem – Solar Footpath

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ġenerati units ta’ enerġija mis-Solar Footpath tal-Belvedere ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat, Malta, mill-inawgurazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena, u għal kull sena jgħid ukoll: i.    il-valur monetarju tal-enerġija ġġenerata; u ii.   jekk kienx hemm perjodi fejn is-sistema ma kenitx operattiva?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.

Tower cranes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità responsabbli li tassigura li l-krejnijiet li jkunu mqiegħda fuq il-post (tower cranes) huma siguri u li jkunu jifilħu anke riħ qawwi jew riefnu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant biex tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 35097, tal-leġiżlatura preċedenti.