Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti:
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur mizjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni
30/06/2022
Direttiva (UE) 2021/2261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tal-uzu ta’ dokumenti bl-informazzjoni ewlenija mill-kumpaniji maniġerjali tal-imprizi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)
30/06/2022
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1270 tal-21 ta’ April 2021 li temenda d-Direttiva 2010/43/UE fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta’ sostenibbiltà li għandhom jitqiesu għall-Imprizi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS)
31/07/2022
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1269 tal-21 ta’ April 2021 li temenda d-Direttiva Delegata (UE) 2017/593 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-fatturi tas-sostenibbiltà fl-obbligi ta’ governanza tal-prodotti
02/08/2022
Direttiva Tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
31/12/2022
Pubblikazzjoni ta’ dokumenti minn soċjetà — pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-pagamenti kollha li saru b’referenza għad-dokumenti li ppubblikat is-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol għal kull xahar fil-perjodu bejn Jannar 2021 u l-ġurnata li qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar cifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Jannar 2023.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li għandhom impjieg għal kull xahar fil-perjodu bejn Jannar 2021 u l-ġurnata li qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Individwi li kellhom laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-Eks Ministri tal-Finanzi kellhom ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandniex din it-tip ta informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jelenka d-dħul minn meta ġiet introdotta l-Eco-Tax jew bed-tax, jiġifieri dak li t-turisti jridu jħallsu għal kull lejl li jagħmlu f’Malta, sena b’sena? Jista’ jgħid min hu l-kumitat jew l-entità li tieħu ħsieb dan il-fond? Jista’ jgħid kif dawn intużaw sena b’sena u min ibbenefika minn dan il-fond?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex għas-snin 2016-2021 jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 670.
Id-dħul għas-sena 2022 kien ta’ €2,952,989.05.
Rigward it-tieni u tielet parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda kuntratt ta’ konsulenza, servizz jew xort’oħra ta’ remunerazzjoni mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu lill-Eks Membri Parlamentari msemmija fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5811, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn ċittadini mill-Kolombja, min-Nepal, mill-Indja u mill-Pakistan li qed jaħdmu hawn Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ ċittadini mill-Kolombja, min-Nepal, mill-Indja u mill-Pakistan li kienu qed jaħdmu hawn Malta fl-aħħar ta’ Ottubru 2022.
Pajjiż
Total
Kolombja
2,050
Nepal
5,334
Indja
9,527
Pakistan
1,899
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Ottubru 2022.
Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jirkupra l-flus mill-ftehim frawdolenti, li jinvolvi tliet sptarijiet tal-Maltin u l-Għawdxin, maż-żewġ soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskussjoni Parlamentari ta’ nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu 2023 u wkoll għall-istqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru PR230402, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Konsultazzjoni ntitolata “Consultation on the Amendments to the Insurance Business Act and the Insurance Distribution Act”
Question
B’referenza għall-konsultazzjoni intitolata “Consultation on the Amendments to the Insurance Business Act and the Insurance Distribution Act” li ħarġet fi Frar 2023, peress li minn dan id-dokument jidher li l-konsultazzjoni qed issir mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u peress li din il-konsultazzjoni tinvolvi proposti għal emendi fil-liġijiet u l-prassi fis-snin reċenti kienet li l-emendi proposti għal liġijiet li jista' jkollhom impatt fuq il-pubbliku jsiru wkoll tramite l-website tal-Gvern “online consultations”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi rwol fil-ħruġ ta’ din il-konsultazzjoni u jekk le, hemm xi raġuni għal dan?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsultazzjoni intitolata “Consultation on the Amendments to the Insurance Business Act and the Insurance Distribution Act” ħarġet fit-22 ta’ Frar 2023, fuq il-website tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA).
Nhar l-20 ta’ Marzu 2023 din il-konsultazzjoni ttellat ukoll fil-website tal-Gvern intitolata “online consultations”, u ser ikun hemm estensjoni tal-perjodu ta’ konsultazzjoni għal perjodu ta’ tliet ġimagħtejn oħra sabiex jingħata biżżejjed żmien għall-kummenti fuq il-konsultazzjoni.
Wieħed jinnota illi qabel toħroġ konsultazzjoni l-MFSA tinforma lill-Kabinett.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5799, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn nies li għandhom ’il fuq minn mitt sena? Jista' jelenka età b’età?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Numru ta’ Persuni f’Malta li għandhom età ta’ mitt sena jew aktar
EtàNumru ta’ Persuni
10022
10114
10213
1034
1043
1053
1061
1091
Total61
Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 2021
B’referenza għal multa li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) ta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kif imħabbar f'Marzu 2023, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mill-compliance visit li wettaq fl-2019 l-istess FIAU dam tant żmien twil sabiex ħa tali deċiżjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda kunfidenzjali, li skont Art. 34 tal-Att Kontra l-Ħasil tal-Flus (il-PMLA), Kap. 373 tal-Liġijiet ta’ Malta, ma tistax tiġi żvelata.
FIAU – għoti ta’ multi ’l fuq minn 10% tat-turnover
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji jew professjonisti li bejn l-2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ngħataw multa mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li taqbeż l-10% tat-turnover tal-istess subject person?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika mitluba ma tistax tingħata għax ma tinżammx.