Legislature:
Category:
Reset
Active:

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €80,000  - 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 3,500 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €60,000  - 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €60,000 fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 7,993 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €120,000 - 2022

Question

ista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31237 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €120,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 3,938 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €120,000.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €100,000 - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31236 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 2,147 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).

Il-Gvern u s-settur privat - Pagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-ispejjeż tal-pagi tal-gvern stess mill-2020 ’l hawn meta mqabbla mat-tkabbir medju tal-pagi tas-settur privat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Privat Gvern Privat Gvern €'millions 2020 4,869 1,589 4.3% 5.2% 2021 5,211 1,773 7.0% 11.6% 2022 5,997 1,836 15.1% 3.6% 2023 6,655 1,948 11.0% 6.1% 2024 7,453 2,232 12.0% 14.6% Nota: It- tabella turi l-ispejjeż tal-pagi tal-gvern u l-privat, u it -tkabbir ta’ kull settur. Sors: Gross Domestic Product: Q2/2025

Proġetti tal-gvern – Nefqa fuq kampanji, kummerċjalizzazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq relazzjonijiet pubbliċi, kummerċjalizzazzjoni, jew kampanji tal-midja soċjali li jippromwovu proġetti tal-gvern fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li spejjeż fuq relazzjonijiet pubbliċi, kummerċjalizzazzjoni u kampanji tal-midja soċjali li jippromwovu proġetti tal-gvern fl-2024 kellhom jithallsu minn Item 29 Information Services li jidher taht il-vot rikurrenti ta’ kull Ministeru; u huma parti mill-ispiża totali li titħallas minn dan l-item, hekk kif muri fir-Rapport Finanzjarju tal-2024 li ġie ippubblikat mit-Teżor u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet pubbliċi – Rapporti finanzjarji awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi entità pubblika li naqset milli tissottometti rapporti finanzjarji awditjati sal-iskadenza legali u jekk iva, liema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-lista sħiħa ta’ konsulenzi li tħallsu aktar minn €50,000 minn fondi pubbliċi, u jispeċifika liema ministeri kkuntrattawhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €80,000 - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31235 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 4,105 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €60,000 - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31234 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €60,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 9,310 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000)

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €120,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31233 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €120,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 4,694 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €120,000.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €100,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31232 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 2,615 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €80,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31231 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 4,937 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €60,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31230 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 11,654 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000).

Direct Orders – Valur totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur totali tad-direct orders maħruġa mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha tal-gvern matul l-aħħar sena fiskali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi spejjeż legali jew ta’ konsulenza għad-difiża ta’ azzjonijiet tal-gvern f’każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi – Tisħiħ tal-awditjar u tal-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru biex isaħħaħ il-kontrolli tal-awditjar intern u tal-procurement fi ħdan l-entitajiet tal-istat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti, permezz tad-Direttorat għall-Operat u d-Direttorat tal-Akkwist Settorjali fi ħdanu, huwa involut direttament minn perspettiva operattiva fis-sejħiet għall-Akkwist Pubbliku li jkunu għola mil-valuri hekk kif stipulati fil-L.S. 601.03. Filfatt, il-maġġoranza tas-sejħiet għall-Akkwist Pubbliku jinħarġu, jiġu amministrati u determinati mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'isem l-Awtoritajiet Kontraenti li huma kklassifikati bħala Skeda 16 u/jew Skeda 2 tal-L.S. 601.03. L-iskop ta’ din il-miżura huwa li ssaħħaħ is-sorveljanza, l-iskrutinju u l-iskrinjar fil-maġġor parti tal-proċeduri kollha tal-Akkwist Pubbliku. Dan il-proċess ta' ‘vetting’ u kif ukoll ta’ iffiltrar jirrifletti l-impenn tad-Dipartiment bħala Awtorità tal-Gvern Ċentrali li żżid governanza fuq il-ġestjoni, il-kontroll u l-moniteraġġ tal-Awtoritajiet Kontraenti. Ta' min jinnota li l-miżuri msemmija hawn fuq jirriflettu l-mekkaniżmu ta' kontroll msejjaħ ‘four eyes principle’, biex issaħħaħ l-implimentar, interpretazzjoni u applikazzjoni bl-istess mod tal-leġiżlazzjoni dwar l-Akkwist Pubbliku u kif ukoll il-‘policies’. Barra minn hekk biex tkompli tissaħħaħ il-governanza, id-Dipartiment tal-Kuntratti jiżviluppa firxa ta' dokumentazzjoni bħal: •                  Proċeduri Operattivi Standard (SoPs) •                  Mudelli, Kampjuni u Formoli tal-Akkwist (Templates, Specimens and Forms) •                  Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku (GRGT) •                  Kundizzjonijiet Ġenerali għall-Kuntratti Pubbliċi (Xogħlijiet, Servizzi u Provvisti) •                  Noti ta' Gwida (Guidance Notes) •                  Ċirkolarijiet tal-Kuntratti •                  Noti tal-Politika tal-Akkwist (PPNs) Dan l-eżerċizzju jinkludi ukoll firxa ta’ taħriġ fl-Akkwist Pubbliku li jingħata mid-Dipartiment bil-għajnuna tal-Istitut ghas-Servizzi Pubbliċi bħala mezz biex wieħed isaħħaħ il-ħiliet u l-għarfien. F’dawn l-aħħar snin ukoll, il-kapaċitajiet tar-Riżorsi Umani fid-Dipartiment tal-Kuntratti ġew intensifikati permezz ta’ reklutaġġ ta’ impjegati ġodda, li huma esperti f’diversi oqsma tal-Akkwist Pubbliku: Pubblikazzjoni u Evalwazzjoni u kif ukoll fl-immaniġġjar tal-Kuntratti.

Sena fiskali – Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi break down tal-infiq żejjed skont il-ministeru għas-sena fiskali preċedenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Rapport Finanzjaru għas-sena 2024 li ġie ippubblikat mit-Teżor, u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-Rapport jinkludi statements iddettaljati tal-infiq attwali li seħħ fl-2024 kif ipparagunat mal-estimi oriġinali għall-istess sena.

Intrapriżi tal-Istat – Garanziji tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-garanziji kollha tal-gvern li huma fis-seħħ bħalissa għall-intrapriżi tal-istat, inkluża l-obbligazzjoni kontinġenti (Contingent Liability) totali tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.