B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11319, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il skema ġdida ġiet imnedija u kemm-il skema ġiet terminata fi ħdan l-Awtorità tad-Djar mill-2013 ‘l hawn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013, l-Awtorità tad-Djar ħarġet 9 skemi kif indikat fit-tabella ;
Skema
Data tal-Publikazzjoni
SSP – Sussidju fuq Strutturi Perikolużi fi Proprjetà Privata
29/10/2013
SSD – Sir Sid Darek 14
21/02/2014
PRS – Sussidju fuq il-Kera ta’ Postijiet Privati *
03/01/2017
NIK - Nikru biex Nassistu
01/09/2017
SOL – Social Loan APS
15/05/2017
SOL – Social Loan – BOV
02/02/2018
RVU – Skema ta’ Restawr ta’ Djar Battala għall-Kiri
20/2/2018
HBS – Benefiċċju fuq il-Kera ta’ Djar Privati
01/02/2019
ESS - Equity Sharing 2019
21/05/2019
* Din l-iskema ingħalqet hekk kif ġiet sostitwita fl-2019 bl-iskema tal-Benefiċċju fuq il-kera ta’ djar privati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11473 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — ċertifikazzjoni ta' vapur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10680 u jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ġietx mitluba tiċċertifika r-raba' vapur li beda jagħti servizz bejn Malta u Għawdex fl-aħħar xhur? Jista' jgħid jekk dan ġiex approvat mill-Kummissjoni, stante li qed jaslu ilmenti kontinwi minn persuni anzjani u persuni b'diżabilità, dwar l-aċċess għall-istess vapur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għandha rwol fil-proċess ta’ għoti ta’ permessi ta’ bini, hija m’għandhiex rwol analogu f’affarijiet marittimi.
Madanakollu, l-Kummissjoni ġiet infurmata mill-
Gozo Channel Company Limited
illi l-vapur Nikolaos ġie mikri b’mod temporanju għal 6 xhur, sabiex jopera fuq skeda b’4 vapuri fejn qabel kienet biss skeda ta’ 3. Ġiet mgħarrfa wkoll illi l-vapur ġie mgħammar b’
chairlift
u li ttieħdu numru ta’ miżuri sabiex itejbu l-aċċessibilità, fosthom l-introduzzjoni ta’
marshalling area
għal min għandu diffikultà fil-mobilità tiegħu. Il-Kummissjoni għaddiet l-informazzjoni li ngħatatilha mill-Kummissjoni mill-
Gozo Channel Company Limited
dwar dawn l-arranġamenti permezz ta’
mailshot
lil kull min hu rreġistrat mal-Kummissjoni biex jirċievi informazzjoni minn żmien għal żmien skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Il-Kummissjoni, li timxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta), wara li rat li l-vapur Nikolaos ser ikun mikri għal perijodu biss ta’ 6 xhur, wara li rat li ttieħdu miżuri biex irendu l-vapur Nikolaos aċċessibbli sakemm huwa raġonevoli, u wara li rat ukoll miżuri oħra li ttieħdu bħal dik ta’ korsija preferenzjali għal min għandu diffikultà fil-mobilità tiegħu, qieset li dan kollu jaqa’ taħt il-prinċipju ta’ Raġonevolezza hekk kif provdut minn Artikolu 20 tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità però hija konxja mill-ilmenti li qed isiru b’rabta mal-vapur Nikolaos. Grazzi għas-servizz ta’
customer care
tal-Kummissjoni, l-Kummissjoni qiegħda tindirizza l-problemi li jinħolqu minħabba f’nuqqas ta’ għarfien u tgħaddi a konjizzjoni tal-
Gozo Channel Company Limited
id-defiċjenzi fis-servizz li qed jingħata, sabiex dan ikun l-aħjar wieħed possibbli.
Il-Kummissjoni hija infurmata wkoll li għaddej proċess ta’
tendering
sabiex il-flotta tal-
Gozo Channel Company Limited
tiżdied għal 4 vapuri fuq bażi permanenti. Hija tisħaq li l-vapur li ser jingħaqad mal-flotta fuq bażi permanenti għandu joffri livell ta’ aċċessibilità ferm aħjar mill-vapuri MV Ta’ Pinu, MV Gaudos u MV Malita, liema vapuri mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni li għandhom problemi ta’ mobilita`.
Ir-Rabat Għawdex – Housing Estates ta’ Taċ-Ċawla — lifts
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10940, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-blokka fejn se jiġi stallat il-lift? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni għala lift se jiġi stallat f’blokka waħda biss?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift ser ikun installat fi Blokk H, Bieb B, Triq taċ-Ċawla, r-Rabat Għawdex. Il-lift ser ikun installat f’din il-blokka għax l-applikazzjoni li ġiet sottomessa kienet valida u f’din il-blokka l-lift huwa possibbli li jsir.
Jista' l-Ministru jara kif din il-persuna bid-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li għandha tlett itfal u li qiegħda torqod fil-karozza minħabba li m'għandhiex saqaf fuq rasha u li ilha li applikat għall-housing soċjali sa mill-2013?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi, qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f’kull każ ieħor.
Madanakollu, d-dettalji tal-każ ma jistgħux jingħataw, għax l-Awtorità tad-Djar tħoss illi din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistgħax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – kumpanija — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji u d-ditti legali, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw b’mod separat, qatt ma ingħataw xi kuntratti jew konsulenzi milll-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, jew minn xi dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet illi jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – ħatriet ta’ Managers – email address
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6390, jista’ l-Ministru jagħti l-email addresses tal-persuni li huma indikati fir-risposta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif kollu mitlub minnu jinsab fuq l-address book ta' kull min għandu l-aċċess għas-servizzi tal-email @gov.mt, inkluż il-Membri Parlamentari kollha.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ stennija għas-servizzi kollha li jingħataw mill-Aġenzija Sapport kif ukoll kemm ilhom jistennew sabiex jinqdew dawn l-applikanti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport toffri diversi servizzi lill-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella kif gej :
Servizz
Lista ta’ stennija
Ż
mien ta’ stennija (medju)
Servizzi ta’ Ħidma Soċjali
156
Madwar 6 xhur
Servizzi fil-Komunità
Għall-Kommunita` u
Direct Payment
: 58
Għall-
Indipendent Community Living
: 52
Każ 1mibdi fl-2016
Każ 1 mibdi fl-2017
54 Każ mibdija fl-2018
54 Każ mibdija fl-2019
B’mod ġenerali, i
ż-ż
mien medju ta’ stennija huwa ta’ 8 xhur peress li dan id- dewmien huwa dovut
għall-bżonnijiet
speċifiċi tal-klijent li ser jirċevi is-servizz.
Servizz ta’ Sharing Lives (Volontarjat)
NIL
L-ebda ħin ta' stennija
Servizzi ta’ Matul il-Jum
Malta
106
Gozo
22
Spero
12
Star 25
1
Iż-żmien medju ta’ stennija huwa ta’ madwar sentejn.
Tingħata prijorità lil dawk li jkunu ħarġu mir-
resource centres.
Bħalissa iċ-ċentri kollha li tmexxi l-Aġenzija laħaq il-livell massimu ta’ allokazzjonijiet.
Servizzi Residenzjali
44 Urġenti
84 Interessati
158Ippjanar futur
Is-servizz residenzjali jingħata skont il- prijorita` tas-sitwazzjoni. Il-ħin ta' stennija huwa ibbażat fuq id-disponibbiltà ta postijiet residenzjali,
staff
u l-bżonnijiet tal- klienti li huma fuq il- lista.
Servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali
NIL
L-ebda Ħin ta ' stennija
Servizz ta NGOs
NIL
L-ebda Ħin ta 'stennija
Nota : In-numru ta’ klijenti ma jistax jingħadd għal total wieħed peress illi persuna tista’ tkun qed tapplika għal aktar aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin.
Jista’ l-Ministru jindika kemm saru investigazzjonijiet mill-assessuri fid-Djar tal-Persuni b’Diżabilità f’dawn l-aħħar sentejn? Fejn saru dawn l-investigazzjonijiet u jekk instabux xi nuqqasijiet f’dawn id-Djar? X’passi ttieħdu biex dawn in-nuqqasijiet jitranġaw kemm jista’ jkun malajr?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mejju 2018, ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, skont l-Att Numru XV tal-2018. Matul l-ewwel 16-il xhar sa mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, l-istess Awtorita` għamlet 123 spezzjoni fi djar ta’ Persuni b’Diżabilita` permezz tal-assessors, li jaħdmu mat-tim tal-Ispezzjonijiet. Tajjeb illi jingħad li għal kull żjara, jattendu żewġ assessors biex nassiguraw trasparenza. Għal kull spezzjoni, l-Awotrità żviluppat numru ta’ rakkomondazzjoniet lil min jipprovdi is-servizz u dawn ir-rakkomandazzjoniet ġew preżentati bil-miktub u ser ikompli jsir moniteraġġ tal-istess servizz, sabiex nasiguraw servizzi ta’ kwalità għolja.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol tal-Proġett Vajrita fejn qabel ma ngħalaq kien hemm 26 persuna b’diżabilità bħala residenti kif ukoll kien hemm Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija Sapport, ħarġet sejħa għall-offerti għal xogħolijiet ta’ twaqqiegħ tal-binja f’Marsaskala magħrufa bħala Vajrita. Għal din l-offerta ħadd mill-kuntratturi ma nstab compliant u għalhekk is-sejħa għall-offerti ser terġa toħroġ.
Ix-xogħol fuq dan il-Proġett jibda meta jkun hemm kuntratt milħuq bejn l-Aġenzija Sapport u kuntrattur.
Ir-residenti li kienu fil-binja tal-Vajrita ġew rilokati ġewwa Hila Homes il-Mosta. Dawk il-persuni li kienu jattendu id-Day Centre qed jattendu ċentri oħra li tmexxi l-Aġenzija Sapport.
Jista’ l-Ministru jindika kemm saru investigazzjonijiet mill-assessuri fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum f’dawn l-aħħar sentejn? Fejn saru dawn l-investigazzjonijiet u x’kienu dawk l-affarijiet li l-Aġenzija Sapport trid tindirizza biex jitranġaw dawn in-nuqqasijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, skont l-Att Numru XV tal-2018. Matul l-ewwel 16-il xahar sa mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, l-istess Awtorita’ għamlet 29 spezzjonijiet f’Ċentri ta’ Matul il-Jum permezz tal-assessuri li jaħdmu mat-tim tal-Ispezzjonijiet. Tajjeb li jingħad li għal kull żjara jattendu żewġ assessuri biex nassiguraw trasparenza. Għal kull spezzjoni l-Awtorità żviluppat numru ta’ rakkomondazzjoniet lil min jipprovdi s-servizz u dawn ir-rakkomandazzjoniet ġew preżentati bil-miktub u ser ikompli jsir moniteraġġ tal-istess servizz sabiex nassiguraw servizzi ta’ kwalità għolja. Dawn l-ispezzjonjiet saru fiċ-ċentri kollha ta’ Malta u Għawdex.
Djar Residenzjali tal-Anzjani – programmi ta’ attivitajiet soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10211 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi ta’ attivitajiet soċjali li qed jiġu implimentati din is-sena f’kull Dar Residenzjali tal-Anzjani sabiex jippromwovu l-Anzjanità Attiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm diversi attivitajiet soċjali organizzati għall-anzjani fid-djar residenzjali. Fosthom hemm il-programm Making Homes Fun fejn impjegati ġew imħarrġa biex jorganizzaw attivitajiet mal-anzjani u għandhom tlett nofs ta' nhari fil-ġimgħa iddedikati għall-attivitajiet biss. Hemm ukoll sessjonijiet ta’ tagħlim informali li jiġu organizzati darba fil-ġimgħa u hemm il-programm Arts in Residential Homes, fejn artisti lokali qed jagħmlu programmi mal-anzjani. Fid-djar tal-anzjani ser ikunu qed jingħataw ukoll sessjonijiet ta’ tagħlim, permezz tat-twaqqif tal-Università tar-raba’ età bħala proġett pilota fi djar residenzjali. Barra minn hekk, ikun hemm ukoll diversi ħarġiet għar-residenti. Dawn huma programmi li jibqgħu għaddejjin is-sena kollha. Ikun hemm ukoll attivitajiet marbutin ma’ festi partikolari organizzati f’kull dar residenzjali minn żmien għal żmien.
Fir-rigward tar-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Active Ageing Unit tar-Residenza torganizza numru ta’ attivitajiet għar-residenti fosthom, filming, talks, board games, sessjonijiet ta’ qari, logħob sportiv, mixjiet, crafts, sessjonijiet ta’ drama, kunċerti, barbeques, organizzazzjoni ta’ festi partikolari, tombla, terapija bl-annimali, ħarġiet fil-kampanja jew ħdejn il-baħar, attendenza għal stediniet fi żmien il-festi ta’ numru ta’ lokalitajiet, żjarat f’diversi postijiet tax-xogħol fejn kienu jaħdmu l-anzjani, bħat-Tarzna, ħarġiet għal Għawdex u għadd ta’ attivitajiet u festini oħra li r-Residenza tippjana b’mod regolari u kull sena għall-anzjani.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10212 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8921, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li ma humiex mgħammra b’faċilità ta’ lift? X’qiegħed isir biex dawn id-Djar ikollhom lift sabiex iżidu l-aċċessibiltà għar-residenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disgħa u tletin (39) Dar Residenzjali tal-Anzjani, huma kollha liċenzjati. Dawn id-Djar Residenzjali tal-Anzjani, huma kollha mgħammra b’faċilità ta’ lift, apparti Dar Porziuncola. Din ir-Residenza mmsemija għandha sular wieħed biss u għaldaqstant m’hemmx bżonn il-faċilità ta’ lift.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri ta' tfal bl-Awtiżmu jibbenefikaw minn xi tip ta' għajnuna mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport, tipprovdi servizzi għall-persuni kollha b’diżabiltà, inkluż ukoll lit-tfal bl-awtiżmu.
Il-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ta’ ħaddiema soċjali, servizzi fil-komunitá, servizz ta’ mistrieħ għall-persuni b’diżabiltá (respite) u mill-Personal Assistance Scheme (PAS).
Id-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali jagħti sostenn ukoll lill-ġenituri ta’ tfal bl-Awtiżmu permezz tal-għoti tad-Disability Children’s Allowance (DCA). Id-deċiżjoni dwar l-intitolazzjoni tal-benefiċċju hija f’idejn il-Bord Mediku appuntat bis-saħħa tal-Ligi tas-Sigurta’ Soċjali (Kap 318).
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija Sapport, tipprovdi servizzi għall-persuni kollha b’diżabiltá, inkluż ukoll lit-tfal bl-awtiżmu.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara kif tista' tiġi megħjuna l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jara li jkollha akkomodazzjoni alternattiva f'dar tal-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Ono. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, ser ikun qiegħed jagħmel kuntatt mal-persuna kkonċernata hekk kif għad m’hemmx applikazzjoni f’isem il-persuna imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm biex l-Appelli quddiem l-Arbitru (Att dwar is-Sigurtà Soċjali) ta' persuni li jirrisjedu f'Għawdex jibdew jinstemgħu f'Għawdex u b'hekk jiġu evitati ħafna problemi lil dawk il-persuni minn Għawdex li jkollhom Appell pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sitwazzjoni kienet ikkunsidrata diversi drabi, iżda mhux possibbli li jinfetaħ uffiċċju tal-arbitru f’Għawdex, anke minħabba problemi loġistiċi.
Madanakollu, qed issir evalwazzjoni teknoloġika sabiex naraw jekk jistax ikun hemm mezz kif l-Għawdxin ikunu jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom f’Għawdex stess, permezz ta’ video-conferencing minn post fiss, waqt illi s-seduti xorta jibqgħu jsiru f’Malta.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – units fully furnished
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-units għall-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, hux qed ikunu fully furnished?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-sit tal-Awtorità tad-Djar, fejn il-pubbliku kollu għandu l-aċċess liberu li jara l-kundizzjonijiet kollha tal-iskema Nikru Biex Nassistu.