Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — direttorati
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma (REWS) sal-lum, jekk twaqqfux xi direttorati fi ħdan ir-Regolatur u jekk iva fir-rigward ta’ liema oqsma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma twaqqaf ebda direttorat fi ħdan ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m’għandhom l-ebda konsulent ingaġġat magħhom.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Torri l-Aħmar, tal-Aħrax, tal-Aħrax ta’ Ġewwa, ta’ Selmun u tal-Imġiebaħ – aċċess lill-bdiewa għal new water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-bdiewa taż-Żoni tat-Torri l-Aħmar, tal-Aħrax, tal-Aħrax ta’ Ġewwa, ta’ Selmun u tal-Imġiebaħ (ilkoll kemm huma fil-limiti tal-Mellieħa), ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom aċċess fil-qrib għal dak li hu magħruf bħala new water għar-raba’ tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-Torri l-Aħmar u tal-Aħrax se jkun hemm żewġ punti ta’ distribuzzjoni fil-bidu ta’ Triq Għajn Tuta. Fil-każ ta’ l-Aħrax ta’ Ġewwa, Selmun u tal-Imġiebaħ mhux ippjanat li jsir servizz f’dik l-akwata. Iż-żoni li ntgħażlu saru fuq studju xjentifiku ta’ fejn hemm l-aktar attivita’ agrikola. Dan ix-xogħol sar flimkien mad-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Peress li taħt iċ-ċimiterju ta’ Ħal Għargħur, hemm bir, li wara li tagħmel ix-xita, jagħmel l-ilma u jidħol fi blokka appartamenti ġo sqaq il-ħofra, bil-periklu ta’ ilma li jidħol fil-lifts u fil-garaxxijiet u jkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti, jista’ l-Ministru jara li dan il-bir jissewwa ġaladarba s-sid ta’ dan il-bir huwa l-Gvern?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-bir imsemmi fil-Mistoqsija mhuwiex proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġar tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 139 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li dawn id-
direct orders
ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 135 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġjar tal-Ilma – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku xogħol li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwara qed jingħataw separatament kien mill-Aġenzija għal Enerġija u l-Ilma u kien għall-valur ta’ €1,209.50 (VAT eskluża). Dan ix-xogħol ingħata b’direct order nhar il-Ħamis 4 ta’ Jannar 2018 u kien jirrigwardja avviż dwar reklutaġġ.
Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma– ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 124 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka d-data ta’ ingaġġ ta’ kull ħaddiem ġdid li ġie ingaġġat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, u jgħid x’inhi n-natura ta’ xogħol li għalih ġie ingaġġat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ingaġġ ta’ dawn il-ħaddiema kien konformi ma’ Ċirkulari Numru 8/2017 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 127 u jgħid kemm kienu l-każijiet li fihom l-ARMS Ltd naqset il-kont dovut ta’ arretrati bejn l-1 ta’ April 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġa kont tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 127.
Enemed Co. Ltd – provvista ta’ petrol għas-suq lokali – sejħa għall-offerti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra liema kumpanija rebħet is-sejħa għall-offerti maħruġa fl-10 ta’ Jannar 2018 mill-Enemed Co. Ltd. u li għalqet fl-24 ta’ Jannar 2018, għall-provvista ta’ petrol għas-suq lokali bejn Marzu u Awwissu ta’ din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed Co. Ltd hija Kumpanija kummerċjali li topera f’suq kompettitiv fejn l-offerti għall-provvista ta’ petrol għas-suq lokali huma kkontrollati minn regoli kummerċjali minħabba l-fatt li l-petrol li tixtri huwa biss parti mill-prodott finali li jinbiegħ fuq is-suq.
L-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u sensittiv għal Enemed Co. Ltd. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-konsumatur Malti qed jinżamm fl-għama dwar il-kwalità u l-marka (brand) tal-petrol li qed jinxtara hawn Malta? Il-Kummissjoni Ewropea taċċetah dan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal kuntrarju ta’ dak li qiegħed jiġi mistqarr minnu, il-konsumatur Malti mhux qed jinżamm fl-għama dwar il-kwalità u l-marka (brand) tal-petrol li jinxtara hawn Malta. Fil-fatt, fejn għandu x’jaqsam mal-kwalità, il-petrol tal-Enemed huwa skont l-istandards internazzjonali tal-EN228 (European Norm 228 – Automotive Fuels – Unleaded Petrol) li jistabilixxi l-kwalita’ tal-petrol li jista’ jinbiegħ fuq is-suq.
Il-Kumpanija Enemed, permezz ta’
stickers
fuq il-pompi tal-
petrol
tinforma lill-pubbliku ukoll ir-RON tal-prodott, li fil-każ tal-
petrol
normali huwa RON95.
Fir-rigward tal-marka (
brand
) tal-prodott, l-Enemed għandha l-marka tagħha (
brand
) u tbiegħ il-prodott taħt il-
‘’brand name’’
ta’
E-Unleaded
għal-
petrol
b’RON95 u
E-Power
għas-
‘’super petrol’’
li għandu RON ta’ 98.
Enemed Co. Ltd. – sejħiet għall-provvista tal-petrol fuq is-sit elettroniku tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għalfejn l-Enemed Co. Ltd. ma tħabbarx is-sejħiet tagħha għall-provvista tal-petrol fuq is-sit elettroniku tal-Unjoni Ewropea ted.europea.eu – Tenders electronic daily, bħal ma jagħmlu kumpaniji oħra fl-iStati tal-Unjoni Ewropea?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed Co. Ltd tuża l-procurement process tagħha għax-xiri tal-fjuwils li hu approvat kemm mill-awdituri tagħha kif ukoll mill-Awditur Ġenerali. Kull kumpanija li tkun interessata li tipparteċipa kull ma trid tagħmel hu li tikkuntatja lill-Enemed u din tiġi nkluża fil-lista tal-kumpaniji li jintbgħatilhom it-tender document meta jkun il-każ.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-kumpanija li rebħet l-offerta għall-provvista tal-petrol ta’ din is-sena hijiex sejra tipprovdi petrol imħallat b’5% ta’ ethanol kif jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet fit-talba għall-offerti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura ‘’igroskopika’’ (hygroscopic) li tfisser li l-ethanol jassorbi l-ilma, l-petrol qatt ma jiġi mħallat fir-raffinerija qabel ma jitgħabba fuq il-vapur, imma dan il-proċess isir biss qabel ma jinbiegħ il-prodott fuq is-suq. L-ispeċifikazjonijiet fit-talba għall-offerti jikkwotaw estratt mill-istandard EN228 fejn jispeċifika li l-kwantità tal-ethanol li jista’ jkollu prodott hu minn 0% sa 5%. EN228 jispeċifika il-kwalità tal-prodott aċċettabli biex jinbiegħ lill-konsumatur u mhux il-bejgħ tal-prodott waqt il-parti tas-‘’supply chain’’. Fil-fatt din il-klawsola mhix mandatorja.
Aġenti lokali tal-kumpaniji taż-żejt – faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern biħsiebu joffri aktar faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol lill-aġenti lokali tal-kumpaniji taż-żejt barranin biex dawn ukoll ikunu jistgħu jimpurtaw, jaħżnu u jbiegħu petrol għas-suq lokali u jispiċċa l-monopolju li għandha l-Enemed bi ksur ta’ Artikolu 37 tat-Trattat dwar il-Funzjament tal-Unjoni Ewropea?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li fuq dan il-każ kienet saret petizzjoni lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet Ewropej minn ċittadin Malti fejn fit-tweġiba li ġiet ikkomunikata lill-membri kollha, il-Kummissjoni kienet qalet ċar u tond li fil-każ ta’ Malta (jiġifieri l-Enemed) ma hemm l-ebda ksur ta’ Artikolu 37 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – kont ta’ anzjan
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għalkemm uffiċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru għandu, għadu ma rċieva l-ebda kont dovut lilu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq minnu ġie nvestigat u jirriżulta li wara li l-ARMS ħadet il-provvedimenti kollha meħtieġa sabiex jintbgħat qarrej tal-arloġġi fuq il-post, ittieħdu wkoll il-miżuri meħtiega sabiex jinħareġ il-kont. Dan fil-fatt sar, bil-klijent iħallas l-ammont dovut.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċertifikat għar-rekwiżiti dwar il-bini għall-użu tal-enerġija (EPC) qiegħed jintalab ukoll f'każijiet ta' kirjiet qosra (short-let), u mhux f'każijiet ta' bejgħ jew bini ġdid biss?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ilha ħafna ma tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mistħarreġ, sar kuntatt ma’ din il-persuna u jirriżulta li saret talba sabiex isir trasferiment tal-kont tad-dawl u l-ilma minn persuna oħra għal fuq dan l-istess individwu.
Bħala proċedura sabiex ikun jista' jsir dan il-proċess, kull kont pendenti li jkun hemm ikun irid jiġi mħallas qabel mal-ARMS tkun tista’ tipproċedi għat-trasferiment tal-kont.
F’dan il-każ il-persuna li saret din l-interpellanza fuqha, mhux ilha ma tirċievi l-kontijiet, imma dawn qegħdin joħorġu b’mod regolari fuq il-persuna li għad għandha il-kont fuq isimha.
F’dan ir-rigward, sar ukoll kuntatt ma’ din il-persuna ħalli tħallas il-pendenzi li għandha fuq dan il-kont u b’hekk ikun jista’ jsir it-trasferiment ta’ dan il-kont.
Ministeru għall-Enerġija u Immanniġġar tal-Ilma – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – bdil ta’ mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema xogħlijiet se tkun qiegħda twettaq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) kemm bħala bdil ta’ mains tal-ilma kif ukoll xogħol fis-sistema tad-drenaġġ, fil-lokalità ta’ Birżebbuġa b’mod partikolari fi Triq San Patrizju u l-Bajja s-Sabiħa? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ippjanat li jsiru xogħlijiet oħra apparti fit-toroq imsemmija? Jista’ jgħid meta dan ix-xogħol se jkun qed jibda u f’liema toroq se jkun qed isir? B’dawn ix-xogħlijiet liema benefiċċji se jagħtu lil din il-lokalità u r-residenti, u x’passi se jittieħdu biex jitnaqqas l-inkonvenjent waqt li jsiru x-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ser tkun qed tbiddel kemm il-mains ta’ l-ilma, kif ukoll tad-drenaġġ fit-toroq imsemmija li huma: Triq San Patrizju, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Triq Żaren Dalli, parti minn Triq Birżebbuġa, parti minn Triq Għar Dalam u Triq S. Cachia Zammit fil-Qajjenza, fejn f’din it-triq, ix-xogħlijiet diġa nbdew. Ix-xogħlijiet l-oħra huma ppjanati li jsiru mill-kuntrattur diġa ngaġġat fil-proġett ta’ tpoġġija ta’ cable tal-Enemalta tul l-istess rotta. Ix-xogħol huwa ppjanat li jibda mmedjatament wara li jitlesta x-xogħol tal-cable, apparti f’partijiet fejn ix-xogħlijiet jistgħu jsiru fl-istess ħin.
Il-benefiċċju prinċipali huwa li tiġi fix-xejn ir-riparazzjoni ta’ servizzi qodma li frekwentement jkunu jirrikjedu xi manutenzjoni. B’hekk it-triqat li se jiġu asfaltati ġodda se jkunu ggarantiti fit-tul għal benefiċċju tar-residenti u l-passanti.
Waqt ix-xogħlijiet, minkejja li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma m’hiex direttament responsabbli mill-pjan tal-immaniġjar tat-traffiku, xorta waħda, jekk jkun meħtieġ, se tinvolvi ruħha attivament fil-pjan. Barra min hekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se taċċerta li l-ilmenti li jistgħu jinqalgħu fil-kors tal-proġett, jiġu ndirizzati malajr kemm jista’ jkun bil-għan li tiġi minimizzat l-inkonvenjenza.