Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo — Water Services Corporation

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender “Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo - Water Services Corporation - CT3085/2019” u jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol li huma ppjanati b'din l-imsemmija tender?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta’ dan it-tender mistenni jibda matul is-sena 2021.

Ftehim iffirmat minn individwu u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16753 u 16635 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ftehimiet iffirmati minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16754 u 16634 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ħas-Saptan – proġett ta’ ħażna ta’ żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun lest il-proġett tal-ħażna tal-fuel f'Ħas-Saptan u meta ser jieqaf jopera d-depot tal-fuel f'Birżebbuġa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett tal-ħażna tal-fuel f’Ħas-Saptan hu proġettat li jitlesta matul is-sena 2021. Fl-istess żmien, l-impjant ta’ Birżebbuġa se jkun qiegħed “on cold standby” bl-għeluq definittiv tal-impjant ippjanat li jseħħ matul l-istess sena.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16814 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Oorevoli Interpellant illi kien hemm 652 applikazzjoni minn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru. L-applikazzjonijiet kollha kienu aċċettati. Fost l-applikanti kien hemm 317-il mara u 335 raġel.

Xatt ta' Birżebbuġa — hut mill-fishfarms li qed jinstab mejjet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed jinstab ħut tal-fishfarms mejjet max-Xatt ta' Birżebbuġa, u għaldaqstant jista’ jispjega x'qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabie jaghmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Birkirkara – Żieda ta’ dawl f’salib it-toroq Karm Galea, F.Busuttil u Ġużè Orlando

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiżdied id-dawl fil-pjazzetta li hemm f’salib it-toroq Karm Galea, F.Busuttil u Ġużè Orlando fl-area tal-Knisja l-Qadima Birkirkara, fejn qed jintbagħat ritratt separatament tal-area indikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.