Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 59 defibrillator fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il- Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-binjiet li jappartjenu lill-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir hemm tliet defibrillators.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – First Aiders iċċertifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha bħalissa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li bħalissa hemm 1,096 first aider iċċertifikat li 385 minnhom huma impjegati tal-kuntrattur.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – First Aiders iċċertifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tagħha bħalissa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-preżent hemm 52 first aiders iċċertifikati fil-Ministeru għall- Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li kien hemm rapport wieħed ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, fl-2024, u ttieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li kien hemm ħames rapporti ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, fl-2025, u li, f’erbgħa minnhom, l-impjegati konċernati kienu ħaddiema tal-kuntrattur. F'kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi skont ma jien infurmata Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ħaż-Żebbuġ – Triq l-Isqof A. Buttigieg – Proġett ta’ parkeġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett ta’ parkeġġ temporanju u eventwalment parkeġġ taħt l-art bi ġnien fuqu fi Triq l-Isqof A. Buttigieg, Ħaż-Żebbuġ, għadux ippjanat u, jekk iva, f’liema stadju jinsab?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li kont tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34582 tal-Leġiżlatura XIV.

Trattament tad-drenaġġ urban

Question

B’referenza għas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ottubru 2024 fil-Każ C-304/23, li sabet lil Malta fi ksur tal-Urban Waste Water Treatment Directive minħabba nuqqasijiet fit-trattament tad-drenaġġ urban, tista’ l-Ministru tgħid: i.     jekk Malta għadhiex illum fi ksur ta’ din id-Direttiva; ii.    liema nuqqasijiet identifikati mill-Qorti għadhom ma ġewx indirizzati; iii.   meta hu stmat li Malta tkun kompletament konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva; u iv.   jekk il-Gvern iqisx li Malta tinsab f’riskju ta’ penali finanzjarji ulterjuri minħabba dawn in-nuqqasijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar snin Malta investiet bis-sħiħ fejn jidħlu impjanti tad-drenaġġ sabiex tassigura li tkun konformi ma’ din id-Direttiva, fejn fil-fatt diġà waslet għal dan ir-riżultat għaż-żona fit-Tramuntana ta’ Malta. Il-konformità ma’ din id-Direttiva hija primarjament dipendenti fuq is-separazzjoni tal-farmyard waste min-network tad-drenaġġ, liema responsabbiltà taqa’ taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel (MAFF).  Min-naħa tagħha, b’mod parallel, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi proġett ta’ investiment li permezz tiegħu se tkompli ttejjeb l-infrastruttura tad-drenaġġ.  Tali proġett, ta’ natura estensiva, huwa mistenni li jitlesta fl-iqsar żmien possibbli, fejn xhieda ta’ dan huwa l-implimentazzjoni ta’ proġett tal-istess natura fit-Tramuntana ta’ Malta.  Il-Gvern Malti jinsab f’komunikazzjoni kontinwa mal-Kummissjoni Ewropea fejn din qiegħda tiġi infurmata kontinwament dwar il-miżuri u l-iżvilupp li jinsab għaddej.

Provvista tal-LNG – Ftehim

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie mħabbar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-provvista tal-LNG f'pajjiżna sa Mejju 2027?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li ninsab infurmata li l-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih u li kien iffirmat wara proċess kompetittiv, huwa kuntrat li jsegwi prattiċi internazzjonali f’kuntratti ta’ dan it-tip. Fil-fatt, il-kumpanija inkwistjoni għamlet pubbliku wkoll fuq l-internet kuntratt standard, MSPA, li huwa simili għall-ftehim li għamlet l-Enemalta. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tal-Enemalta li tagħti iktar dettalji. Fl-istess ħin, ninsab infurmata wkoll li kwalunkwe informazzjoni addizzjonali ta’ natura kummerċjalment sensittiva tippreġudika proċessi kompetittivi oħra li se jkunu qed isiru fil-futur. Intant, nieħu l-okkażjoni biex infakkar li għall-kuntrarju tal-impressjoni li provat tagħti l-Oppożizzjoni l-prezzijiet għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin se jibqgħu stabbli kif kienu taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista fl-aħħar snin. U dan filwaqt li f’pajjiżi oħra dawn il-prezzijiet żdiedu u komplew jiżdiedu.