Jista’ l-Ministru jgħid jekk Sqaq Qui-si-Sana, (jew Sqaq Xatt Qui-si-Sana), f’Tas-Sliema huwiex sqaq pubbliku jew privat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex issir tfittxija daqshekk preċiza fuq sit speċifiku, ikun aħjar li jingħataw aktar dettalji rigwardanti l-istess proprjetà, bħal ‘site plan’ li tindika bi preċizjoni is-sit inkwistjoni.
B'referenza għal ċens temporanju tal-Gvern Malti għall-art fejn fuqha ġiet stabbilita l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, datat 3 ta' Ġunju 1963, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt pubbliku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant li kopja tal-kuntratt tista' tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku.
Birgu – bini li kien okkupat mill-Casino di Venezia
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2281 u 4464, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż x’se jsir mill-Casino di Venezia u l-lukanda biswit sabiex jinbdew il-proċeduri neċessarji biex jitħaddmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4464 li ngħatat fit 12 ta' Diċembru 2022.
Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella, hawn taħt:
Destination / Departure
Officers
€
Canada / 5th June
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet u s-Segretarju Permanenti
15,547.87
Czech Republic / 19th July
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet,
Uffiċjal tal-komunikazzjoni u Uffiċjal mis-Segretarjat tal-Ministeru
4,738.23
Romania / 24th September
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet,
Kap Segretarjat u Uffiċjal tal-komunikazzjoni
3,368.64
Belgium / 28th September
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet u s-Segretarju Permanenti
2,360.44
UK / 17th November
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet u s-Segretarju Permanenti u Kap Segretarjat
5,188.88
Belgium / 30th November
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet u s-Segretarju Permanenti
3,242.78
Belgium / 5th December
Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet u s-Segretarju Permanenti u Kap Segretarjat
3,359.46
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3644 u jgħid liema huma t-toroq (isem tat-triq u r-raħal) ġewwa Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development' u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Ministeru għal Għawdex-Fondi Rural Development Programme 2014-2020
Toroq Li Ġew Aċċettati / Ma Ġewx Aċċettati
Ministeru għal Għawdex
Isem ta’ Triq
Lokalità
TriqAċċettata/ Mhux Aċċettata
Ammont Kommess mill-fond Faeżr (RDP 14-22)
Ministeru għal Għawdex
Triq ta' Għajn Abdul/Triq Wied Junu
Nadur
Mhux Aċċetata
Ministeru għal Għawdex
Triq ta' Spiteri
Nadur
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq San Blas
San Lawrenz
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq Daħla ta' Xurdin
Għajnsielem
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Wied tal-Għajjun
Għarb
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq Klula
Għarb
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq tal-Gruwa
Żebbuġ
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq il-Gifna
Żebbuġ
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq tal-Loġġa
Żebbuġ
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq Neigu
Għarb
Mhux Aċċettata
-
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-monti, li kull nhar ta’ Sibt jarma f’Ħal Qormi, jiġi rilokat għal żona oħra? Jekk iva, jista’ jgħid fejn se jiġi rilokat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u saru, liema ġew aċċettati u għadhom ma sarux u se jsiru matul is-snin 2022, 2023 u 2024, u liema ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-'Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020' “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”, u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
MGA – nefqa fuq public relations, reklamar u marketing
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Malta Gaming Authority (MGA) fuq public relations, reklamar u marketing matul l-2019, l-2020, l-2021 u l-2022 maqsuma sena b’sena, inkluż dati speċifiċi, l-ammonti u s-suppliers?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 4937 - Advertising Marketing and PR.xlsx
Jista’ l-Ministru jgħid fi Triq il-Pruna, f’San Ġwann, kemm hemm garaxxijiet li huma vojta, bil-kiri lir-residenti jew inkella lil xi awtorità tal-Gvern? Jista’ jgħid jekk hemmx xi talbiet għal dawn il-garaxxijiet f’din it-triq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istat tal-garaxxijiet imsemmija fl-indirizz huwa kif imniżżel fit-tabella hawn taħt:
· Żewġ garaxxijiet mibjugħa lil individwi privati;
· Sebgħa garaxxijiet jinsabu mikrija lil individwi privati;
· Garaxx minnhom jinsab mikri lil entità tal-Gvern.
Fl-aħħar sena, kien hemm talba minn entità governattiva sabiex tagħmel użu minn garaxx partikolari però dan laħaq ġie mikri.
Fil-preżent ma hemmx talbiet pendenti għal kiri jew bejgħ ta’ dawn il-garaxxijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tat-tender għal shore-to-ship fil-Freeport? Jista’ jgħid ukoll kemm hija ppjanata l-ispiża, meta se jibdew ix-xogħlijiet u jekk hemmx studji dwar kif se jiġu affettwati l-emissjonijiet fiż-żona ta’ Birżebbuġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżitu tal-kuntratt għax-xogħlijiet meħtieġa ġie ffirmat u qed jiġi esegwit. L-imsemmi tender huwa ppubblikat mid-Dipratiment tal-Kuntratti, kif ukoll l-istess jista' jingħad għat-tender tas-superviżjoni maħruġ mill-Malta Freeport Corporation.
Ix-xogħlijiet li bdew f’Ottubru ta' 2022, li jinkludu fażi estensiva ta' disinn dettaljat kemm elettriku u ċivili kif ukoll huma previsti li l-emissjonijiet fiż-żona ta Birżebbuġa jonqsu drastikament. L-ispiża totali hija maħsuba, li ma taqbiżx it-12-il muljun Euro.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – benefiċċji u għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni tal-films lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4715 u jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwi jew kumpaniji elenkati ma ngħataw l-ebda għajnuna diretta mill-Ministeru jew Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Niċċara li l-kumpanija Iżra Ltd li tagħha John Mallia huwa benefiċċarju (li huwa wkoll wieħed mill-persuni msemmija fil-lista provduta) ibenefikat min grant taħt l-iskema SME Consulting Services Council.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3556, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ persuni li għandhom ċens temporanju ta’ post mhux residenzjali li ma jistax jinfeda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità mhux qiegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni għaliex is-sistema diġitali ma tippermettix tfittxija abbażi ta’ użu daqshekk preċiż u speċifiku tal-proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx progress rigward it-trasferiment taċ-ċens, li d-dettalji dwar dan il-każ qed jintbagħtu separatament, u jgħid x’inhi r-raġuni għad-dewmien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni għadha fl-istadju sabiex il-propjetà tiġi reġistrata f’isem il-Gvern.
Ħal Far u Birżebbuġa – rwejjaħ ta’ fdalijiet ta’ ħut
Question
B'referenza għat-tweġiba ta' diversi mistoqsijiet parlamentari, jista’ l-Ministru jara li tieqaf darba għal dejjem ir-riħa insapportabbli persistenti li baqgħet ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni għadha fl-istadju sabiex il-propjetà tiġi registrata f’isem il-Gvern.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1075 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 19 ta’ Diċembru f’seduta 71)
Billi fis-snin bejn l-2007 u l-2009 il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għamel kampanja pubbliċitarja dwar SmartCity fil-media stampata, jista’ l-Ministru jqiegħed kopja ta’ dik il-kampanja stampata (fil-ġurnali) fuq il-Mejda tal-Kamra?
Barra minn hekk, jista’ jagħti s-segwenti tagħrif:
(i) Min kien responsabbli għal din il-kampanja pubbliċitarja?
(ii) Kemm swiet flus?
(iii) Jekk kien hemm, min kienu l-aġenti tar-reklamar involuti?
(iv) Min kienu n-nies illi ħadu sehem fiha?
(v) Kif intgħażlu u fuq liema bażi intgħażlu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal Kamra, ir-reklam hekk kif deher fil-ġurnal u l-lista tal-Media Outlets, flimkien mal-ispejjeż involuti għall-istess reklamar li deher fil-gazzetti rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri hemm biex meta membru tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) jew CEO tagħha jiġi fit-tmien il-ħatra tiegħu, għal żmien raġonevoli dan ma jkunx jista’ jagħmel xi xogħol taħt forma ta’ konsulenza jew mod ieħor ma’ xi operatur li l-MGA tirregola l-operat tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt ta’ Kap Eżekuttiv tal-MGA għandu proviżjonijiet relatati mat-tmiem tal-impjieg skont Direttiva Numru 14 maħruga mis-Segretarju Permanenti Ewlieni bl-isem, “Governing Framework for the Management of the Revolving Door Policy for Public Employees”. Il-membri tal-bord tal-Awtorità għandhom rwol mhux ezekuttiv u għaldaqstant m’għandhom l-ebda restrizzjoni ta’ dan it-tip.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3687, bi "grad professjonali" li qed jintalab huwa li l-Ministru jgħid kemm persuni li jeżerċitaw xi professjoni bħalma hi dik ta’ avukat, perit, inġinier, eċċ., telqu mill-entitajiet diġà elenkati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li mill-Awtorità tà Malta għall-komunikazzjoni telqu żewġ persuni bi grad professjonali, filwaqt li mill-Awtorità tà Malta għall-logħob telqu tlett persuni bi grad professjonali fil-perjodu indikat
Birgu – bini li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2281, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-proċeduri sabiex il-Casino Di Venezia u l-Hotel adjaċenti jinħarġu għall-offerti, dejjem jekk dik hija l-linja li se tiġi meħuda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu fl-istadju li jikkunsidra l-aħjar mod ta’ kif jiddisponi minn dawn il-propjetajiet fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA)? F’kull każ, x’inhi l-professjoni tagħhom u f’liema qasam regolatorju jaħdmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jikkonsidra l-ħaddiema kollha tal-MGA huma meqjusa professjonisti f'xogħolhom; tant hu hekk li sena wara sena din l-entità qed tkun strumentali għat-tisħiħ ta' dan is-settur fl-ekonomija Maltija. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.