Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar in-Negozji tal-Familja– Regolatur maħtur — remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-remunerazzjoni tar-Regolatur maħtur skont l-artiklu 17 tal-Att dwar in-Negozji tal-Familja (Kap. 565)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolatur ma tirċeviex remunerazzjoni għal-kariga tagħha.

Att dwar in-Negozji tal-Familja– staff u uffiċjali li jaħdmu mar-Regolatur maħtur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu staff u uffiċjali jaħdmu miegħu r-Regolatur maħtur skont l-artiklu 17 tal-Att dwar in-Negozji tal-Familja (Kap. 565)? U jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-salarju u r-remunerazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-istaff u l-uffiċjali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolatur għandu assenjat miegħu zewġ accountants. Dawn ma jirċevux salarji għal dan ir-rwol stante li ntuzaw rizorsi interni mill-Mimcol fejn jinstab l-uffiċċju.

Ix-Xewkija (Għawdex) – Triq il-Madonna tar-Rummiena – bini ta’ micro enterprise park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-pjan li jibni micro enterprise park fuq is-sit li jiġi fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija, Għawdex (ħdejn il-kumpless Gozitano)? Jekk iva, f’liema stadju wasal ix-xogħol? Ġew maħruġa t-tenders għal dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol fiżiku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħolijiet tal-Microenterprise hub fix-Xewkija, Għawdex għandhom jibdew fi zmien tlett xhur mid-data tal-ħruġ tal-permess ta’ żvilupp..

Kumpanija tal-Avjazzjoni – memorandum of understanding

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett li se jqum €30 miljun imħabbar mill-Gvern f'Marzu 2017, liema proġett għandu jsir mill-kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dwaru kien ġie iffirmat Memorandum of Understanding mal-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise? Jista' jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett bediex u jekk le x’inhi r-raġuni li għadu ma bediex? Meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett u fiex se jkun jikkonsisti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett jinkonsisti fil-kostruzzjoni u tagħmir ta’ sitt bay hangen li jiflaħ jilqa ġo fih ajruplani ta’ ċertu kobor. Is-sit għal dan il-proġett ġie identifikat u x-xogħol infrastrutturali jibdew meta il-permessi neċessarji kollha jkunu ħarġu. Minħabba li s-sit huwa fl-ajruport, isir studju speċjali biex jiġi żgurat is- security kemm tal-ajruport u kemm tal- main runway.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1723 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet appuntata Direttur tal-Malta Enterprise għal perjodu ta’ sentejn sa 31 t’Awissu 2019. Kif stipulat fiċ-cirkolari ta’ 2017 Guidelines for Board Appointments , id-Diretturi tal-Malta Enterprise jitħallsu €7,000 fis-sena.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1722 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tokkupa l-kariga ta’ Private Secretary fis-segretarjat tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar u titħallas salarju ta’ Skala 5 massimu u intitolata għal allowance ta’ 25% ta’ Skala 7 u transport allowances ta’ € 4,658.75 fis-sena u free telephone. Il-kuntratt tal-Private Secretary huwa b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2017 għall-perjodu ta’ sena. Hi wkoll Direttur tal-Malta Enterprise għal perjodu ta’ sentejn sa 31 t’Awissu 2019. Kif stipulat fiċ-cirkolari ta’ 2017 Guidelines for Board Appointments , id-Diretturi tal-Malta Enterprise jitħallsu €7,000 fis-sena.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – individwu — safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1721 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, kemm-il darba siefer mal-Ministru bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Settembru 2017, x’kienu l-okkażjonijiet u n-natura tas-safar u kemm sewa s-safar b’rabta ma’ dan l-individwu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1720 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tokkupa l-kariga ta’ Policy Consultant fis-Strategic and Priorities Unit fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar. Il-persuna titħallas is-salarju ta’ Skala 3. L-Uffiċjal huwa intitolat wkoll għal mobile phone u ADSL connection id-dar sa massimu ta’ €815 fis-sena. Il-Kuntratt tal- Policy Consultant huwa b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2017 għall-perjodu ta’ sena.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tagħat xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 90 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ingħata għaxar direct orders mill-Malta Enterprise fuq il-perjodu indikat, għal servizzi legali skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 60 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda lment.

Ministeru għall-Ekonomija, Investimant u Negozji Żgħar — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemm l-ebda ħaddiem b’kuntratt definit ta’ xogħol.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 45 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji ż-Żgħar – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.