Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, mal-Korporazzjoni Jobsplus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-Childcare Centres għadhom ma tħallsux għax-xahar ta' Settembru (il-pagamenti li suppost kellhom jirċievu fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru)?
Skejjel primarji — xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 10785, 10786, 10787, 10788 u 10789, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet l-ispiża relattiva għat-tiswijiet imsemmija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mid-Direttorat konċernat, l-iskejjel għandhom sal-aħħar ta' Novembru sabiex jissottomettu d-dettalji tal-ħlasijiet għax-xogħol li sar. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iktar 'il quddiem wara li tingħatali din l-informazzjoni.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4307 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 22 ta' Jannar 2020 f'Seduta 290).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istrateġija nazzjonali tal-isport li ġiet imnedija ftit tax-xhur ilu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie mniedi l-qafas tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport, komplew il-konsultazzjonijiet mal-għaqdiet sportivi abbażi tal-feedback li kien sar fuq l-istess qafas bi tħejjija għall-pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport f’Jannar 2020.
Studenti kwalifikati mill-MCAST fil-Beauty and Wellbeing – għoti ta’ massages
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li jikkwalifikaw mill-MCAST fil-beauty and wellbeing humiex kwalifikati biex jagħmlu massages? Jekk iva, x’tip ta’ ċertfikazzjoni jew liċenzja jkollhom biex jaħdmu f’dan il-qasam?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti li jlestu b’suċċess l-MCAST Advanced Diploma in Beauty and Complementary Therapies (Level 4) huma kkwalifikati biex jagħtu massaġġi. Studenti li jiksbu l-MCAST Foundation Certificate in Beauty and Well Being (Level 2) u dawk li jiksbu l-MCAST Diploma for Beauty Specialist (Level 3) mhumiex kwalifikati biex jagħtu massaġġi.
Jobsplus – taħriġ għax-xogħol lil persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jieħdu s-servizz ta’ taħriġ għax-xogħol fi ħdan il-Jobsplus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta' persuni b'diżabilità li ħadu taħriġ għax-xogħol bejn Jannar u Awwissu 2019 kien ta’ 255.
Jobsplus – skemi ta’ xogħol għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jaħdmu permezz ta’ skemi tal-Jobsplus? Kemm minnhom ilhom jaħdmu:
a. inqas minn 6 xhur;
b. sena jew aktar; u
c. iktar minn sentejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta` persuni b`diżabilità li qed jaħdmu permezz tal-iskemi ta’ Jobsplus bejn l-2015 u Settembru 2019 kien ta’ 202. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ilhom jaħdmu dawn il-persuni:
Kemm ilhom jaħdmu
Numru ta’ persuni
inqas minn 6 xhur
10
bejn 6 xhur u sena
18
bejn sena u sentejn
34
sentejn u aktar
140
Total
202
Jobsplus – uffiċini aċċessibbli għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini kollha tal-Jobsplus humiex aċċessibbli għal persuni b’diżabilità? Jista’ jindika liema huma aċċessibbli u liema mhumiex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus tikkonferma li persuni b’diżabilità li jridu jużaw is-servizzi ta’ Jobsplus jistgħu jagħmlu dan mingħajr xkiel. Dan għaliex fil-binjiet ta’ Jobsplus jew hemm liftijiet biex persuna jitla’ minn sular għall-ieħor jew inkella rampi biex persuni b’diżabilità jevitaw it-taraġ. Twaħħlu tabelli li juru aktar ċar fejn qegħdin dawn ir-rampi. Inxtraw evacuation chairs għall-binjiet kollha biex f’każ ta’ emerġenza, persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jitniżżlu t-turġien u jinħarġu barra u ‘l bogħod mill-periklu mingħajr xkiel.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – kumpanija — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li, ħlief għall-Università ta' Malta li l-informazzjoni dwarha qed tingħata fil-paragrafu li jmiss, mill-2013 sal-lum la l-Ministeru u ebda entità oħra fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbet konsulenza mill-kumpaniji u d-ditta legali msemmija mill-Onorevoli interpellant.
Rigward l-Università ta' Malta, f’dawn l-aħħar snin rebħet diversi proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) liema proġetti kien jirrekjedu li jsiru ċertu konsulenzi. Biex jiġu mwettqin dawn il-konsulenzi, l-MCST kienet ħarġet sejħa għal proposti minn diversi kumpaniji ta' konsulenza, u kull min jirbaħ il-fondi msemmija kellu jagħzel minn din il-lista biex jitwettqu dawn il-konsulenzi fuq il-proġetti. Il-prezzijiet kienu kollha l-istess u għalhekk wieħed kellu jagħżel il-konsulent abbażi tad-disponibbiltà tal-konsulent fil-perjodu li l-konsulenza kienet qegħda tiġi rikjesta. F’dan ir-rigward l-Università talbet u ħallset il-konsulenzi kif muri fiż-żewġ tabelli hawn taħt fir-rigward tal-proġetti msemmija. Apparti dawn il-konsulenzi speċifiċi, ma ntalbu l-ebda konsulenzi oħra.
L-ewwel kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant
Data tal-fattura
Deskrizzjoni
Ammont
12/08/2015
IP Check and Report: FLASC
€4,720
21/04/2016
IP Check and Report: TROBOT
€4,720
20/09/2016
IP Check and Report: TAXI_TOW
€4,720
18/10/2017
IP Check and Report: BIOSA
€4,720
It-tieni kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant
Data tal-fattura
Deskrizzjoni
Ammont
06/02/2018
Updated IP Check on SPEECHIE project
€4,090
21/05/2018
IP Consultancy – Floating Breakwater
€4,720
21/05/2018
IP Consultancy – 3D Printer
€4,720
01/09/2018
Initial Patenting of SPEECHIE Project
€6,770
06/09/2018
Initial Patenting of SPEECHIE Project
€4,575
07/11/2018
Stage 1: Deployment of Floating Wind Turbine – SeaCradle
€4,720
10/07/2019
Stage 1: IP Check Report: SeaCradle
€4,720
29/07/2019
Stage 1: IP Check Report: SPA
€4,720
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur kummerċjali tal-kirja pagabbli mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-proprjetà f’Tignè li din is-soċjetà qed tikri mingħand Sliema Wanderers FC wara li SportMalta tat l-approvazzjoni tagħha għal tali kirja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li SportMalta mhijiex l-entità li tagħti t-tali awtorizzazzjoni.
Jista’ l-Ministru jevalwa t-talba ta’ bosta atleti u ċjoè li l-Marsa Race Track tibda tinfetaħ ta’ kuljum fis-6 ta’ filgħodu minflok fis-7 ta’ filgħodu sabiex primarjament l-atleti jkollhom l-opportunità li jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku qabel il-ħin tax-xogħol u fix-xhur sħan jevitaw li jitrenjaw fil-qilla tax-xemx?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif sar f’diversi dixxiplini sportivi, it-tmexxija tal-faċilitajiet sportivi, f’dan il-każ tat-trakka tal-atletika, ingħatat lill-Federazzjoni responsabbli f'dan il-każ il-Malta Amateur Athletics Association.
Talbiet u suġġerimenti tali dejjem għaddew għand l-istess assoċjazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-iskejjel li qed jorganizzaw ‘Parental Skills Programmes’ għall-ġenituri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel li qed jorganizzaw tali laqgħat/programmi għall-ġenituri huma kif muri f’din it-tabella:
Maria Regina College
will be organised at Mosta A
St Theresa College
B'Kara Primary
San Ġorġ Preca College
Ħamrun GP
Valletta Primary
St Margaret College
Senglea Primary organised five sessions for parents. These were co-funded by the Erasmus+ Programme of the European Union - Schools as Community Learning Spaces programme.
Cospicua MS: Term 1 - Addictions IT, Energy Drinks, drugs, Alcohol etc..
Term 2 - Sexuality & prevention of STDs
Term 3 - Self Harm- Dares & challenges
Yearly - Unit Għożża programme
Mhux eskluż li jkunu organizzati laqgħat oħra matul din is-sena skolastika.
(Informazzjoni Addizzjonali - Ara dokument PL3953 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 256, nhar it-Tnejn 21 ta' Ottubru 2019)
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student barrani ħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11410.
Ħal Tarxien — skola primarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola primarja Ħal Tarxien tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien dan is-sajf kienu kif se nsemmi:
· Xogħol ta’ gradi
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Installazzjoni ta’
shading devices
· Irranġar ta’ soqfa
· Irranġar ta’ faċilitajiet sanitarji
Il-Gudja — skola primarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja ser jsiru fl-iskola primarja fil-Gudja tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja tal-Gudja dan is-sajf kienu jinvolvu:
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Installazzjoni ta’
shading devices
· Xogħol ta’
plumbing
· Xogħol ta’ ġardinaġġ
· Irranġar ta’ għamara
Santa Luċija — skola sekondarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola sekondarja Santa Luċija Malta tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija dan is-sajf kienu kif se nsemmi:
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Xogħol ta’ ristrutturar f’parti mill-binja sabiex tospita l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, inkluż aperturi, xogħol ta’ tikħil u żebgħa, xogħol ta’
partitions
u installazzjoni ta’ faċilitajiet sanitarji
· Installazzjoni ta’ gradi ġodda
· Tlestija ta’ xogħol f’sitt
workshops
ġodda