Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 343
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data li qed tingħatha din l-informazzjoni ma ngħatat l-ebda konsulenza mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex jiġu ffinalizzati l-pjanti tad-Dar tal-Anzjani f'Birkirkara li l-Gvern kien qal li se jagħmel b'investiment ta' €12-il miljun?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet ma’ entitajiet governattivi oħra dwar dan il-proġett. Sakemm jiġu finalizzati dawn id-diskussjonijiet ma hemmx iktar informazzjoni x’tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex tinbena Dar Residenzjali għall-Anzjani f'Birkirkara, liema Dar kienet imħabbra f'Mejju tal-2019?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 689.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx swali fir-Residenza San Vincenz de Paule li m’għandhomx lift? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-swali u jekk għandux il-ħsieb li jinstalla lifts f’dawn is-swali? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jibdew ix-xogħlijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali kollha ta’ San Vinċenz de Paul huma aċċessibbli bil-lifts.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettall fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru reċentement fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana? Jista’ l-Ministru jgħid min għamel dawn ix-xogħlijiet u jgħid ukoll jekk kull xogħol li sar ingħatax b’tender jew b’direct order?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru reċentement fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana fil-basement jikkonsistu fi:
Żmantellar tas-sistemi eżistenti li jinkludi ilma, elettriku u drenaġġ
Tneħħija ta’ madum tal-kmamar tal-banju u tal-art
Kisi u żebgħa
Kabbarna iċ-changing rooms tal-ħaddiema
Inbidel is-suffett u ġiet installata sistema tad-dawl aktar effiċjenti
Ġiet rilokati u tkabbret il-kamra fejn jinħaslu l-ħwejjeġ tar-residenti
Ġew installati sistemi ġodda tal-elettriku, ilma u drenaġġ
Ġew rilokati l-kmamar tal-banju u servizzi sanitarji għall-ħaddiema
Saret kċina u post ta’ rikreazzjoni b’għamara moderna
Saru wkoll żoni ta’ mħażen
Ix-xogħol t’hawn fuq ingħata b’tender lil Northern Building Services Ltd u ASI Building Services Contractors Ltd.
Ġie installat ukoll Platform Lift għall-aċċessar faċli għal-laundry room li ntrebaħ b’tender mill-High Rise Ltd.
Ġiet installata sistema ta’ alarm madwar id-dar kollha li ntrebħet b’tender mill-FireTech Ltd.
Floriana — Dar tal-Anzjani – Xogħol ta’ ristrutturar, tisbiħ u titjib
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun qed jikkonsisti x-xogħol ta’ ristrutturar, tisbiħ u titjib li ħabbar li ser ikun qed isir fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda dan ix-xogħol u kemm se jkun qed jiġi jiswa? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jirresjedu f’din id-dar humiex ser jiġu trasferiti f’post ieħor waqt dawn ix-xogħlijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nitlobha tirreferi għall-mistoqsija parlmentari 629, x-xogħol li se jsir fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana jikkonsisti f’tibjid, tikħil, tibdil ta’ suffetti, u xi għamara ġdida. Dan ix-xogħol ser isir mill-ħaddiema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. L-ispiża tal-materjal għad trid tiġi ffinalizzata wara s-sejħa għall-offerti.
L-anzjani ser ikunu mċaqilqa b’mod temporanju f’sular ieħor, fl-istess dar, sakemm jitlesta’ dan ix-xogħol hawn fuq imsemmi.
Helper tal-Għażla Tiegħek – Anzjani li jagħmlu użu minn din l-iskema
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 167, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani bħalissa li qed jagħmlu użu mill-iskema l-ġdida tal-Helper tal-Għażla Tiegħek?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 144 anzjani li qed jagħmlu użu mill-iskema tal-Helper tal-Għażla Tiegħek
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 166 u 167, jista’ l-Ministru jispjega għaliex hemm dan in-nuqqas kollu ta’ helpers fl-iskema tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help)? Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikun qed isolvi din il-problema meta jaf li ħafna anzjani qed ibatu mingħajr din l-għajnuna u li ma jistax jistrieħ fuq il-fatt li l-anzjani jistgħu jagħmlu użu mill-iskema l-ġdida tal-Helper tal-Għażla Tiegħek meta jaf li mhijiex faċli għall-anzjani li joqogħdu jfittxu huma l-persuni li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur preżenti għaddej bil-proċess biex jingaġġa helpers ġodda biex b’hekk tintlaħaq id-domanda li hemm għal dan is-servizz. Fis-sezzjoni tal-Għajnuna fid-Dar hemm persuna allokata speċifikament biex tassisti b’mod individwali lill-dawk l-anzjani li jixtiequ jagħmlu użu mill-iskema tas-sussidju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni intitolati għad-Disability Card li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza u jingħataw ħrieqi b'xejn?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 3,982 benefiċjarji li għandhom id-Disability Card u qed jingħataw il-prodotti ta’ kontinenza b’xejn.
Anzjani li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza – għotja ta’ ħrieqi sussidjati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza u jingħataw ħrieqi ssussidjati? Jista' jgħid kemm hu s-sussidju li jingħataw fuq dawn il-ħrieqi?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 2,442 anzjani li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza u jingħataw ħrieqi ssussidjati.
Is-sussidju li jingħata fuq kull prodott huwa kif ġej:
Ħarqa: 8 ċenteżmi
Pull up: 15-il ċenteżmu
Pads tan-nisa: 3 ċenteżmi
Pads tal-irġiel: 8 ċenteżmi
Inco-sheets: 3 ċenteżmi
Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx ħrieqi disponibbli għall-klijenti li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza? Jekk le, jista' jgħid minn meta ilhom out of stock u meta se jerġgħu jibdew jingħataw? Jekk bħalissa l-ħrieqi huma disponibbli, jista' jgħid jekk kienx hemm perjodu din is-sena li kienu out of stock, meta kien dan il-perjodu u kif ġew moqdija l-klijenti li jagħmlu użu mill-ħrieqi waqt dan in-nuqqas?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ix-xahar li għadda kien hemm ittardjar fil-provvisti tal-ħrieqi, fl-ebda ħin ma kien hemm xi prodott out of stock. Id-dewmien kien ikkawżat minn nuqqas ta’ trasport tal-merkanzija lejn Malta b’riżultat taċ-ċirkostanzi internazzjonali. Is-sitwazzjoni mistennija lura għan-normal fi żmien ġimagħtejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn dieticians li jmorru fid-djar tal-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid jekk dawn jaħdmux fuq bażi full-time jew part-time? Jista' jgħid min jikkwalifika għal dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha Dietician waħda fuq bażi full time u tnejn oħra fuq bażi part-time li jmorru fid-djar tal-anzjani fil-komunità.
Għal dan is-servizz huma eliġibbli anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobbiltà u li għandhom 60 sena jew aktar. Dan is-servizz jiġi offrut ukoll lil dawk l-adulti li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba xi mard serju jew diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fiżjoterapisti li jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time? Jista' jgħid min jikkwalifika għal dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 12-il fiżjoterapista li jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità. Tnejn minnhom jaħdmu fuq bażi part-time, waħda taħdem b’sigħat ridotti, tmienja fuq bażi full-time u oħra li bħalissa qiegħda fuq leave tal-maternità.
Għal dan is-servizz huma eliġibbli anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobbiltà u li għandhom 60 sena jew aktar. Dan is-servizz jiġi offrut ukoll lil dawk l-adulti li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba xi mard serju jew diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn podoloġisti li jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time? Jista' jgħid min jikkwalifika għal dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha tmien Podoloġisti jaħdmu fil-komunità. Sitta minn dawn jaħdmu fuq bażi full-time, waħda taħdem b’sigħat ridotti u oħra tinsab fuq leave tal-maternità.
Għal dan is-servizz huma eliġibbli anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobbiltà u li għandhom 60 sena jew aktar. Dan is-servizz jiġi offrut ukoll lil dawk l-adulti li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba xi mard serju jew diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nursing staff li jaħdem ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn in-nurses huma barranin?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hemm 428 persuna fi gradi ta’ nursing fir-residenza San Vinċenz de Paul. Minn dawn, 57 huma barranin.
Jista’ l-Ministru jindika x’inizjattivi saru f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija sabiex l-anzjani joħorġu l-potenzjal tagħhom għall-benessere fiżiku, soċjali u mentali tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fi djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fis-sena 2021 mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-ispezzjonijiet u f'liema djar saru? Jista' jgħid ukoll x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità wara dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2021, l-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet total ta’ 1285 spezzjoni fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern, tal-Privat u dawk tal-Knisja. Matul dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw 1228 nuqqasijiet li ġew klassifikati u ngħataw rakkomandazzjonijiet biex dawn n-nuqqasijiet ġew indirizzati. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fi djar residenjzali tal-anzjani privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fis-sena 2021 mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani privati? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-ispezzjonijiet u f'liema djar saru? Jista' jgħid ukoll x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità wara dawn l-ispezzjonijiet?