ARMS — Dħul mill-kirjiet tal-arloġġi tal-ilma f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet mhux residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dħul mill-kirja tal-arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet mhux residenzjali kien jammonta għal €4,576,629.53 għas-sena 2019, €4,611,976.07 għas-sena 2020, €4,629,987.92 għas-sena 2021, €4,668,641.53 għas-sena 2022 u €4,626,398.20 għas-sena 2023.
ARMS — Dħul mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma f'binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023? Kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu sena b'sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
ARMS — Dħul mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma f'binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li m’humiex f'binjiet residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023? Kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu sena b'sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar – Pjazza Sir Luigi Preziosi – Rapporti dwar qtugħ ta’ dawl dekorattiv
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha rċevietx rapporti dwar qtugħ ta' dawl dekorattiv fi Pjazza Sir Luigi Preziosi (fiż-żona tal-Good Samaritan Hospital), San Pawl il-Baħar, liema dawl qiegħed kontinwament jinqata'? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll matul l-aħħar sena, meta rċeviet dawn ir-rapporti, mingħand min, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-21 ta’ Marzu 2024 Enemalta irċeviet rapport mill-Kunsill Lokali dwar dawl mitfi fi Triq il-Kaħli u l-manutenzjoni saret dakinhar stess.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-ammont totali ta’ siġar protetti li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tat l-approvazzjoni tagħha biex jinqalgħu, mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inklużi dawk li sussegwentement ġew trapjantati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17336 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u ċjoè: B’referenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Upper Part ta’ Triq San Albert ġewwa l-Gżira fejn hemm l-iskola ta’ Stella Maris, tista’ l-Ministru tgħid meta ser titlesta din it-triq fid-dawl ta’ inkonvenjenza kbira għal residenti/tfal tal-iskola ta’ Stella Maris?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-parti tat-triq indikata qed isir xogħol preparatorju mill-Enemalta biex tkun tista’ tiġi kummissjonata substation ġdida f’din iż-żona biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Filwaqt li qegħdin jittieħdu u jiġu mħarsa l-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà, ninsab infurmata li dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2024?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Tista’ tgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Christopher Cutajar, Segretarju Permamenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, huwa maħtur bħala Membru fuq il-Bord tad-Diretturi ta’ Wasteserv (Malta) Ltd. It-terminu kurrenti huwa effettiv għal perjodu ta’ sena mit-22 ta’ Frar 2024 u l-ħlas stabbilit huwa ta’ €7,314.00 fis-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16417, tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kawża għal kull każ ikkonfermat ta’ drenaġġ fil-baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif tindika l-informazzjoni riprodotta hawn taħt fir-rigward tal-każijiet li ġew riferuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ħafna drabi inċidenti bħal dawn iseħħu kaġun ta’ rimi ta’ materjal u effluwenti illeċiti li mhux sippost jintefgħu fis-sistema tad-drenaġġ bħalma huma wipes, xaħmijiet, karkass u materjal tal-kostruzzjoni, kif ukoll ilma tax-xita li jiġi dirett b’mod illegali fis-sistema tad-drenaġġ minn fuq il-bjut. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’mod regolari tappella lill-pubbliku biex jagħmel użu tajjeb mis-sistema tad-drenaġġ.
Każ ħdejn Manoel Island – Dan kien riżultat ta’ imblokk fil-mina tad-drenaġġ li seħħ kaġun ta’ effluwenti illeċiti. Min-naħa tagħha l-Korporazzjoni wettqet it-tindif neċessarju sabiex tiżblokka is-sistema.
Każ f’Ta’ Xbiex - Dan kien jitratta fawran tas-sistema tad-drenaġġ li spiċċa fil-baħar. b’riżultat ta’ imblokk li ġie kkaġunat minn ammont ta’ xaħmijiet li ġew mormija fis-sistema tad-drenaġġ minn stabbilimenti fil-madwar. Il-Korporazzjoni ġiet infurmata dwar dan u twettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa.
Każ f’Golden Bay - Dan ma kienx jaqa’ fir-responsabbilta’ tal-Korporazzjoni minħabba li f’Golden Bay m’hemmx sistema ta’ drenaġġ u l-fosos li hemm jitbattlu privatament.
Każ fix-Xemxija – Fawran fil-bajja tal-Pwales minħabba ħsara f’sensor li jaqra l-livell fis-sentina tal-pumping station tal-Pwales.
Każ fix-Xgħajra – Fawran temporanju kien ikkaġunat minn imblokk fil-Pumping Station wara li kien hemm influss ta’ materjal illeċitu (żrar fin u ramel) fid-dħul tal-istess Pumping Station.
Każ f’ Wied iż-Żurrieq – Dan ma kienx jaqa’ fir-responsabbilta’ tal-Korporazzjoni minħabba li f’Wied iż-Żurrieq m’hemmx sistema ta’ drenaġġ u l-fosos li hemm jitbattlu privatament.
Każ f’Imġarr ix-Xini (Għawdex) – Fawran kien ikkaġunat minn ammont konsiderevoli ta’ xita li niżlet u li marret fis-sistema tad-drenaġġ minħabba ammont sostanzjali ta’ proprjetajiet li jiddisponu b’mod illegali mill-ilma tax-xita fis-sistema tad-drenaġġ.
Ħal Far — Irwejjaħ fl-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn - Rapport
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16419, peress illi t-tweġiba li rreferiet għaliha l-Ministru ma tweġibx il-mistoqsija li saritilha għaliex titratta biss dwar l-ispezzjonijiet fl-impjant tal-ħut f'Ħal Far li jipproċessa l-fdalijiet tat-tonn filwaqt li l-mistoqsija kienet rigward l-eżitu tal-investigazzjonijiet li saru, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija u ċjoè; tista' l-Ministru tgħid jekk sarx rapport komprensiv li jinvestiga s-sors u n-natura tal-irwejjaħ assoċjati mal-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn f'Ħal Far? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16418. Inżid li mill-ispezzjonijiet li saru fil-faċilità li qed issir referenza għaliha u fil-madwar kien hemm instanzi fejn ebda rwejjaħ ma kienu perċepiti jew inkella kienu minimi ħafna, iżda meta l-ilmenti kienu kkonfermati nħarġu multi amministrattivi jew inġibdet l-attenzjoni u l-operatur kien imġiegħel jieħu miżuri meħtieġa.
Ix-Xgħajra — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ - Drenaġġ mhux trattat
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi dettalji dwar kemm-il darba ħareġ drenaġġ mhux trattat fil-baħar mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fix-Xgħajra minn Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-perjodu indikat, il-proċedura li jsir bypass tad-drenaġġ għall-baħar mill-impjant imsemmi saret ħdax-il darba u dan minħabba manutenzjoni u/jew tindif ta’ partijiet mill-makinarju u/jew skariku minħabba xi ħsarat. F’kull każ ġiet notifikata l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kif mitlub mill-permess ambjentali maħruġ minnha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-meters tad-dawl li huma f'binjiet residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dħul mill-kirja tal-arloġġi tad-dawl li huma f'binjiet domestiċi u residenzjali kien jammonta għal €18,514,295.47 għas-sena 2019, €19,206,153.76 għas-sena 2020, €19,881,690.22 għas-sena 2021, €20,606,423.32 għas-sena 2022 u €21,050,423.42 għas-sena 2023.
ARMS – Dħul mill-kirjiet tal-meters tad-dawl f'binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-meters tad-dawl li huma f'binjiet mhux residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dħul mill-kirja tal-arloġġi tad-dawl li huma f'binjiet mhux residenzjali kien jammonta għal €10,452,930.98 għas-sena 2019, €10,678,390.72 għas-sena 2020, €10,822,005.87 għas-sena 2021, €10,999,937.71 għas-sena 2022 u €10,752,848.57 għas-sena 2023.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl f'binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl li huma f'binjiet residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023? Kemm ġew installati meters f'dan l-istess perjodu sena b'sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl f'binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl li m’humiex f'binjiet residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023? Kemm ġew installati meters f'dan l-istess perjodu sena b'sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Birżebbuġa — Ġnien Indipendenza – Skart iġġenerat mill-proġett ta' rinovazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm u liema tip ta' skart li ġie ġġenerat jew huwa ppjanat li jiġi ġġenerat mill-proġett ta' rinovazzjoni ta' Ġnien Indipendenza f'Birżebbuġa, u tagħti din l-informazzjoni maqsuma f'lista li turi l-materjali differenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ninfurmah li 42 bank tal-azzar li kien hemm fil-ġnien, inklużi l-aċċessorji tat-twaħħil, ġew maħżuna għall-użu mill-ġdid mill-Kunsill Lokali.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri se jittieħdu peress li l-impjant tad-drenaġġ ta’ Għajnsielem, Għawdex, mhux qed ilaħħaq mad-domanda, bil-konsegwenza li qed ikun hemm leakages tad-drenaġġ fil-baħar ġewwa x-Xatt l-Aħmar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjoni li diġà ngħatatlu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma permezz ta’ tweġiba għal email mibgħuta minnu, fejn ġie spjegat lilu kif din il-materja mhix reletata mal-impjant indikat u li dan qed ilaħħaq sew mad-domanda.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4785 u 16310, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn it-tliet Solar Battery Charging Carports li qed tirreferi għalihom għadhomx kollha joperaw u għadhomx kollha mingħajr ħlas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tliet Solar Battery Charging Carports li qed jirreferi għalihom ġew installati pilastri tal-iċċarġjar ġodda. Dawn iddaħħlu fis-sistema ‘Charge My Ride’ u t-tariffi applikabbli huma dawk stabbiliti għall-punti tal-iċċarġjar kollha fis-sistema pubblika.