Ħaż-Żebbuġ – Blokk A, Triq il-Qolla – Ilma fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn mill-blokka tal-housing li tlestiet riċenti fi Blokk A, Triq il-Qolla, Ħaż-Żebbuġ qed jiġu ppumpjati kwantitajiet kbar ta' ilma fit-triq? Jista' jgħid x'inhu dan l-ilma, u jekk l-Awtorità hijiex infurmata min qed jitfgħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt din l-informazzjoni lill-entità ikkonċernatabiex il-każ jiġi mistħarreġ.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi ma kienx hemm Deputati tal-Oppożizzjoni minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 identifikati bħala impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix fondi għat-tmexxija ta' ‘Dar it-Tama’ f’Bormla u jekk iva jgħid kemm bħala ammont?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tatx fondi għat-tmexxija lill-Dar it-Tama ġewwa Bormla iżda assistietha fuq xogħlijiet ta’ rranġar li kellhom bżonn isiru fil-binja, liema somma ammontat għal €20,848.59c.
Mis-sena 2018 ’il quddiem, l-Awtorità tad-Djar assistiet ukoll lil Dar it-Tama permezz ta’ sussidju fuq il-kera tal-istess residenza bi 80% fuq l-ammont tal-kirja dovuta lill-istess Awtorità.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm persuni kienu rikonoxxuti bħala homeless fil-perjodu 2013-2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar mhix l-Awtorità li tiġbor din il-lista. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11326, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti differenti ġewwa ‘Dar it-Tama’ f’Bormla matul l-aħħar ħames snin, maqsumin sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-itwal, kif ukoll l-iqsar perjodu ta’ residenza, matul dawn il-ħames snin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma għandiex aċċess għat-tali informazzjoni.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat għal unit tal-akkomodazzjoni soċjali mill-2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm għadhom qed jistennew biex jingħatalhom dan il-unit?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2017 sad-19 ta’ Jannar 2024, il-Bord tal-Allokazzjonijiet iffirma 1499 kuntratt għall-akkomodazzjoni soċjali.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirriżultax li hemm persuni fl-entitajiet taħt il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13392, jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru f'din il-binja (Binja Għeriexem) matul dawn l-aħħar sentejn u jgħid x’kienet in-nefqa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qed jirreferi għall-Blokok 4 u 5 fi Triq Għeriexem, dawn l-aħħar sentejn twettqu xogħlijiet ta’ tiswija ta’ kolonni u soqfa fil-kuritur u tromba komuni tal-blokok, kif ukoll tiswijiet strutturali meħtieġa f’żewġ proprjetajiet li jappartjenu lill-Awtorità tad-Djar. In-nefqa totali kienet ta’ €27,206.
Rabat, Malta — Binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern - Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema huma l-binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern fir-Rabat, Malta li huma aċċessibbli b'lift, dawk li mhumiex aċċessibbli b'lift, u dawk li preżentement għandhom lift iżda ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Rabat hemm tlettax-il blokka (13) b’lift installat, tlett (3) blokok b’lift mhux installat u seba’ (7) blokok b’applikazzjoni biex jinstallaw il-lift.
Ħaż-Żebbuġ — Binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern - Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema huma l-binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern f'Ħaż-Żebbuġ, Malta, li huma aċċessibbli b'lift, dawk li mhumiex aċċessibbli b'lift, u dawk li preżentement għandhom lift iżda ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħaż-Żebbuġ hemm disa’ (9) blokok b’lift installat, erbatax-il (14) blokk b’lift mhux installat, tlett (3) blokok b’applikazzjoni attiva biex jiġi installat lift, u blokka waħda li qed jiġi installat lift bħalissa.
Malta – Imtarfa — Binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern - Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema huma l-binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern fl-Imtarfa, Malta, li huma aċċessibbli b'lift, dawk li mhumiex aċċessibbli b'lift, u dawk li preżentement għandhom lift iżda ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imtarfa hemm blokk wieħed b’lift installat u b’applikazzjoni attiva sabiex jinbidel il-lift.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Nefqa fuq rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il-Housing Development Fund, kemm hemm fondi f’dan il-fond u x'tip ta' investiment sar minn mindu twaqqaf? Kemm kien l-investiment li sar f'kull każ u fejn jinstabu l-postijiet li fihom saru l-investimenti? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet hu mistenni li jkun hemm investimenti matul is-sena 2024?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Housing Development Fund twaqqaf fis-sena 2022. Sar investiment ta’ €1.5 miljun fi proġetti fil-Birgu, Birkirkara, Bormla, San Ġwann, fil-Belt Valletta, Imtarfa, Ħal Qormi, Fgura, Żebbuġ, Ħ’Attard u f’numru ta’ Djar Residenzjali tat-tfal fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS). Fis-sena 2024, ser jiġu mnedija proġetti ġodda fil-Kalkara, Mosta, Santa Luċija, San Ġiljan, Ħaż-Żebbuġ u Bormla.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Positions of Trust - Salarji
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13237, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20994 tal-Leġiżlatura XIII, liema tweġibiet ma jwieġbux dak li ġie mistoqsi, jista' l-Minsitru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.