Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Bordijiet u Kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista’ tal-bordijiet u kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali? F’kull każ, jista’ jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet u/jew kumitati?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Għawdex — Bdiewa, raħħala u sajjieda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda reġistrati full-time u part-time bħalissa, separatament għal Malta u Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli segwenti bl-informazzjoni mitluba. Ngħarrfu li r-rekords fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd, fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, jinżammu abbażi tal-bastimenti tas-Sajd reġistrati u mhux abbażi n-numru ta’ sajjieda. Ngħarrfu wkoll li l-figuri fit-tabelli tal-bdiewa u r-raħħala jirrappreżentaw in-numru totali mingħajr distinzjoni bejn impjieg full-time u part-time. Bastimenti tas-sajd reġistrati Kategorija Malta Għawdex Total ta’ Bastimenti Full-Time (MFA) 323 73 396 Part-Time (MFB) 313 92 405 Total 636 165 801 Bdiewa Malta 11,403 Għawdex 2,707 Total 14,110 Raħħala SETTUR NUMRU TA’ RAĦĦALA F’MALTA NUMRU TA’ RAĦĦALA F’GĦAWDEX Produzzjoni tal-ħalib 100 40 Majjali 106 9 Tjur (laħam/bajd) 75 14 Ruminanti żgħar 1,481 542 TOTALI 1,762 605

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17973 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Agrikolutra, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (REFALO, ANTON)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Sajjieda li għandhom iktar minn bastiment wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sajjieda li ddikjaraw li għandhom aktar minn bastiment wieħed tas-sajd?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 95 sajjied professjonali u 128 sajjied rikreazzjonali li ddikkjaraw li għandhom iżjed minn bastiment wieħed tas-sajd.

Skema tas-sajd — Ħaddiema żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażaġħ li mill-iskema tas-sajd applikaw biex ikollhom impjieg f’dan is-settur? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm sajjieda li qed jibbenefikaw talli qed iħaddmu dawn iż-żgħażagħ?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21667.

L-Għammieri, il-Biċċerija, il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Overtime

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21014, jista' l-Ministru jaqsam l-informazzjoni murija fit-tabella bejn in-nefqa ta' overtime tal-Għammieri, tal-Biċċerija, tal-Ministeru, u ta’ kwalunkwe entità separata oħra li hemm inkluża fit-tweġiba?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tinqasam. Dan għaliex l-uffiċjali tas-sigurtà kollha jappartjenu taħt Direttorat wieħed, u dawn jintbagħtu f'postijiet differenti skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21471.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm ħaddiem wiehed fid-dekasteru tiegħi li jaħdem part-time.

Ir-Rabat — Ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir biex is-sitwazzjoni ta' ammont kbir ta' ħamiem preżenti fir-Rabat (Malta) tiġi kkontrollata, preċiżament ħdejn is-Saqqajja li qed ikun ta' detriment għar-residenti?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tieni sejħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tieni sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tielet sejħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tielet sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Annimali feruti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikun il-proċess ta' kif ser jerġgħu jibdew jiddaħlu l-annimali feruti li jinstabu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali hekk kif kienet il-prassi qabel u allura x'ser ikun qed jiġri meta jerġa’ jibda jopera dan l-isptar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandu jkun hemm l-ebda bidla fil-prassi minn dik preżenti.

Sptar għall-annimali — Ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' ftehim ser isir bejn il-Ministru responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali u mill-annimali misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u l-Ministru l-ġdid responabbli mill-isptar għall-annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-ftehim huwa l-istess kif kien mal-operatur preċedenti tal-isptar tal-annimali jiġifieri li l-isptar tal-annimali huwa mistenni li jipprovdi Servizzi Veterinarji lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali hekk kif kien jagħmel l-operatur preċedenti taħt l-istess termini u kundizzjonijiet sakemm mhux maqbul mod ieħor b’mod reċiproku.

Miżura 73.4 — Applikazzjonijiet għall-fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-applikazzjoni għall-fondi Ewropej tal-Miżura 73.4, kemm minn dawn l-applikanti ikkwalifikaw biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi Ewropej u kemm minnhom kienu applikazzjonijiet ta' individwi/entitajiet privati u kemm minnhom kienu minn entitajiet Governattivi?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Dipartiment tas-Sajd — Landing officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati 'landing officers' mad-Dipartiment tas-Sajd, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2020, minn meta ġie mwaqqaf dan il-Ministeru sal-lum ma ġie ingaġġat l-ebda Landing Attendants fuq kuntratt ta’ impjieg.

Freephone 153 — Servizz ġdid relatat ma’ animal welfare

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser tkun il-proċedura użata mill-Call Centre (Freephone 153) fir-rigward tas-servizz relatat ma’ animal welfare li ġie varat din il-ġimgħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċedura użata mill-Call Centre (Freephone 153) fir-rigward tas-servizz relatat mat-trattament xieraq tal-annimali hija simili ta’ dik li ilha fis-seħħ għal iktar minn sena fejn is-servizz tal-Call Centre tad-Direttorat kien sottokuntrattat u li ġiet implimentata bħala parti mir-Riforma fi ħdan id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Dan is-servizz li hu mmexxi mill-Aġenzija Servizz.gov, hu bbażat fuq sistema akkreditata ta’ Customer Relationship Management u manwal ta’ proċeduri standard adattati għal tali għan. Din il-proċedura tassigura traċċabilità, segwitu u għeluq skont l-istandards preskritti għal kull rikjesta ta’ informazzjoni jew servizz.

Freephone 153 — Servizz marbut ma’ animal welfare – Taħriġ lill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-impjegati tal-Call Centre (Freephone 153) ingħatawx xi tip ta' taħriġ biex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar assistenza u gwida lil min iċempel fuq każijiet relatati ma’ annimali li jkunu nstabu mweġġgħin wara xi inċident?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-aġenti tal-Call Centre (Freephone 153) ingħataw taħriġ intensiv mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Servizz.gov, dwar kull tip ta’ servizz relatat mal-operat tad-Direttorat. Dan it-taħriġ ġie mġedded diversi drabi permezz ta’ refresher courses jew laqgħat bilaterali li jinkludu l-kopertura ta’ servizzi ġodda. Sar ukoll perjodu sostanzjali ta’ prova sakemm ġie aċċertat li l-aġenti huma familjari sew mal-proċeduri kkonċernati, fosthom rapporti fuq każijiet relatati ma’ annimali mweġġgħin wara xi inċident.