Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Ittestjar tal-Kannabis
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux qed isir ittestjar tal-kannabis? Jekk iva, jista’ jgħid min qed jagħmel l-eżaminazzjoni tas-sustanza u xi proċedura qed tintuża biex dawk li qed jagħmlu użu jkollhom sustanza li hija eżaminata u ċċertifikata?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, jista’ l-Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23346 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti regolamenti dwar il-fire safety fil-binjiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed preżentament taħdem b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, sabiex ikollha linji gwida fuq il-fire safety fil-binjiet finalizzati, liema linji gwida jkunu introdotti bħala regolamenti.
Aġġornament ta’ Design guidelines on Fire Safety for buildings in Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23347 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dokument ‘Design guidelines on fire safety for buildings in Malta’ jiġi aġġornat?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629, 18994 u 21842 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jaħdmu bħala Health and Safety Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk hux kollha għandhom il-kwalifiki neċessarji li jirrenduhom ‘persuni kompetenti’ skont ir-rekwiżiti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 424.36?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Responsibility Form - Kontrolli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kontrolli tuża l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni sabiex tikkonferma li min jiffirma Sezzjoni 1.14 (Project Supervisor as per Legal Notice 88 of 2018 appointed by developer) tar-Responsibility Form maħruġa mill-istess Awtorità jkun persuna kompetenti skont kif titlob il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 424.36?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — Competent Persons Register - Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed joffru s-servizz ta’ Health and Safety Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni u ffirmaw sezzjoni 1.14 tar-Responsibility Form maħruġa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni minkejja li mhumiex inklużi fil-lista ta’ Competent Persons Register 2024 maħruġ mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni hiex ser tibqa' taċċetta persuni li jippreżentaw ruħhom bħala Health and Safety Officers u jiffirmaw sezzjoni 1.14 tar-Responsibility Form bla ma jkunu inklużi fil-Competent Persons Register tal-OHSA?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22694 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 t’ Ottubru 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà — Appelli interni dwar multi
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-proċedura sabiex persuna tkun tista’ tagħmel appell intern mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni interna dwar multa mingħajr il-ħtieġa li persuna tittella’ l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll fejn din il-proċedura hija applikabbli u fejn mhijiex?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà — Multi mhux imħallsa - Persuni mtellgħin il-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà minħabba multi li ma tħallsux, maqsuma sena b'sena, minn meta twaqqfet l-Awtorità sal-31 ta' Diċembru 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà — Każijiet ta’ multi mhux imħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka lista tal-każijiet li ttellgħu l-Qorti mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024 minħabba multi li ma tħallsux? Jista’ jgħid ukoll id-data u l-valur tal-multa oriġinali ta' kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Entitajiet pubbliċi — Ksur ta' protezzjoni tad-data
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' ksur ta' protezzjoni tad-data minn entitajiet pubbliċi fl-2024 u kemm inġabru multi f’dan ir-rigward?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data sab ksur tad-dispozizzjonijiet tal-GDPR f’10 każijiet mressqa minn individwi kontra entitajiet pubbliċi. Għalkemm il-Kummissarju eżerċita l-poteri korrettivi tiegħu f’dawn il-każi, meta ħa konjizzjoni tan-natura, ċ-ċirkostanzi u dak kollu li ġie stabbilit matul il-perkors tal-investigazzjoni, ma ġewx imposti multi amministrattivi.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitulati għal termination benefit fl-eventwalita li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — lista ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Il-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.