Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Vjal Simmons — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għad iridu jsiru fi Vjal Simmons u Triq Betta Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal tarxien li fi Vjal Simmons u Triq Betta, sar u għadu għaddej ix-xogħol ta’ Resurfacing.

Ħal Tarxien – Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa f’Ħal Tarxien humiex se jsiru jew le mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq is-Sorijiet mhux ħa ssir mil-kunsill imma min-naħa tal-Infrastructure Malta. Intant infurmat li Triq Santa Tereża, qiegħda fil-pjanijiet biex issir min-naħa tal-Kunsill Lokali fil-futur qrib.

Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm 64 persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018. Tajjeb li jingħad li pero hemm 65 reġistrazzjoni peress li persuna waħda kienet reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi.

Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3699 u 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — ħaddiema li qegħdin bil-family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7753 u jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-family friendly measures kienu approvati skond Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku (Public Service Management Code) Sena 2014 2015 2016 2017 Ottubru 2018 Ammont 173 202 266 280 342

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Fgura – Triq Valperga — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li s-sit fi Triq Valperga, il-Fgura bejn il-grawnd tal-futbol u Bieb il-Polverista, jitnaddaf minn ħaxix ħażin u affarijiet oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta tindif ta’ ħaxix fiż-żona imsemmija inbeda fil-ġranet li għaddew.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7415 u 4309 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Stati Uniti tal-Amerika – Ittri Rogatorji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7986, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Istati Uniti tal-Amerika mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ittri maħruġin: 2013 – xejn (0) 2014 – tlieta (3) li ġew eżegwiti 2015 – waħda (1) li ġiet eżegwita 2016 – xejn (0) 2017 – tnejn (2) fejn waħda (1) ġiet eżegwita u oħra (1) tinsab pendenti 2018 – waħda (1) li tinsab pendenti

Repubblika Federali tal-Ġermanja – Ittri Rogatorji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7985, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ittri maħruġin: 2013 – waħda (1) li għadha pendenti 2014 – tnejn (2) li ġew eżegwiti 2015 – tnejn (2) fejn waħda (1) ġiet eżegwita u oħra (1) għadha pendenti 2016 – disgħa (9) li għadhom pendenti; 2017 – xejn (0) 2018 – waħda (1) li ġiet eżegwita 2019 – waħda (1) li għadha pendenti

Renju tal-Belġju – Ittri Rogatorji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7984, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Renju tal-Belġju mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ittri maħruġin: 2014 – waħda (1) li hija pendenti 2018 – Waħda (1) li ġiet eżegwita

Repubblika tal-Panama – Ittri Rogatorji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamntari 7983 jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Repubblika tal-Panama mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ittri maħruġin: 2018 – waħda (1) li ġiet eżegwita

Għawdex – Heritage Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu ħaddiema u f’liema pożizzjoni/grad daħlu ma’ Heritage Malta ġewwa Għawdex u f’liema post u lokalità qed jaħdmu minn Marzu 2013 maqsuma sena b’sena u xahar b’xahar? Meta ħarġu s-sejħiet, fejn ħarġu u fejn dehru s-sejħiet u għal kull sejħa x’kienu r-rekwiżiti meħtieġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Year 2013 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 07/10/2013 06/08/2013 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 07/10/2013 06/08/2013 Jobs+ Year 2014 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 12/02/2014 06/08/2013 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct Year 2015 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Skilled Tradesman Gozo Area Office Citadel 09/02/2015 11/12/2014 Jobs+ Technical Certification in the trade of electrician + experience 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 06/04/2015 02/10/2014 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 06/04/2015 02/10/2014 Jobs+ Year 2016 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 16/05/2016 02/10/2014 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct Year 2017- NIL Year 2018 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 02/04/2018 20/07/2017 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 10/12/2018 20/07/2017 Jobs+ 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 08/12/2018 09/11/2018 Jobs+ 1 General Hand Gozo Area Office Citadel 30/07/2018 02/07/2018 Jobs+ secondary school leaving certificate + police conduct + valid driving licence

Direttur Ġenerali Kompetizzjoni vs Federation of Estate Agents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, da parti tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea kienx hemm xi komunikazzjoni mal-Gvern Malti fir-rigward tal-impatt u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri neċessarji sussegwenti għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation Of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) Et? Jekk kien hemm, jista’ l-Ministru jippreżenta kopji tal-korrispondenza pertinenti inkluż jekk hemm it-tweġiba tal-Gvern Malti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 28525, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni informa lil Kummissjoni Ewropeja bis-sentenza tal-Qorti Kostizzuzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fid-9 ta’ Mejju 2016. Il-kopja ta’ din il-korrispondenza hija kif ingħatat fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 28888. Qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjoni kollha oħra li saret minn dak iż-żmien sal-llum bejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Ewropeja, intant ninfurma li sal-llum, bħala Ministeru, ma kienx hemm korrispondenza oħra mal-Kummissjoni Ewropeja fuq dan il-każ. L-Uffiċċju ngassa dawk il-partijiet minn dawn il-komunikazzjoni li hu jqis li hija informazzjoni nterna ai termini tal-Artikolu 28 tal-Kap 510.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8559 u 8719 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-prezent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195. Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, illum hemm 158 mara f’pozizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq. In-numru ta’ nisa f’pożizzjoni ta’ tehid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq, fl-entitajiet taħt id-dekasteru tal- Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, li kienu diġa jeżistu ħdax – il sena ilu, żdiedu minn 43 fl-2008 għal 66 illum.

Każijiet ta’ omiċidji involontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' omiċidju involontarju kien hemm f'każijiet ta' sewqan bejn l-2012 u l-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar kazijiet ta’ omiċidju involontarju f'każijiet ta' sewqan.

Valletta 18 – Direct Orders

Question

B’referenza għall-Valletta 18, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ sejħiet ta’ direct orders? Kemm kienet iċ-ċifra tal-ispiża għal kull sejħa u lil min ingħataw meta nkrew sound systems għall-attivitajiet tal-Valletta 18?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Kunsill Lokali ta' San Ġwann — allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazjoni finanzjarja tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann kull sena bejn l-2008 u s-sena 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Sena€ April 2007 / Marzu 2008508,100.00 April 2008 / Marzu 2009506,337.00 April / Diċembru 2009426,817.00 2010645,029.00 2011640,931.00 2012675,758.00 2013658,933.00 2014658,107.00 2015679,643.00 2016700,287.00 2017770,809.00 2018803,844.00

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — użu ta' private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8273 u jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Social Medium ( Facebook, Twitter etc.) Mantained by (e.g.Directorate/Department/Entity) Link Facebook Culture Directorate https://www.facebook.com/CulturedirectorateMalta/ https://www.facebook.com/malteseftira/ Twitter Culture Directorate https://twitter.com/creativeurmalta Facebook Culture Directorate https://www.facebook.com/creativeeuropemalta/ Facebook Cleansing and Maintenance Division www.facebook.com/CleanMalta/ Facebook Malta Competition & Consumer Affairs Authority https://www.facebook.com/MCCAAMalta/ Twitter Malta Competition & Consumer Affairs Authority https://twitter.com/MCCAAMalta Instagram Malta Competition & Consumer Affairs Authority https://www.instagram.com/mccaa_malta/ LinkedIn Malta Competition & Consumer Affairs Authority https://www.linkedin.com/company/malta-competition-and-consumer-affairs-authority/ Facebook Restoration Directorate https://www.facebook.com/Restoration-Directorate-798091646971431/ Facebook The Fortress Builders Fortifications Interpretation Centre https://www.facebook.com/The-Fortress-Builders-Fortifications-Interpretation-Centre-174443639410986/ Youtube Fondazzjoni Centru Ghall-Kreattività https://www.youtube.com/channel/UCCOYfMZ6OedtIvDwSPlck1g Youtube Fondazzjoni Centru Ghall-Kreattività https://www.youtube.com/channel/UCK8Z0VHqAcDKJW9i7hYS54w Flickr Fondazzjoni Centru Ghall-Kreattività https://www.flickr.com/people/142618387@N05/ (Spazju Kreattiv) Flickr Fondazzjoni Centru Ghall-Kreattività Not public (ZiguZajg) Facebook Ġustizzja https://www.facebook.com/gustizzja/ Twitter Ġustizzja https://twitter.com/gustizzja Facebook Arti u Kultura https://www.facebook.com/ArtiUKultura/ Twitter Arti u Kultura https://twitter.com/arti_kultura Facebook Broadcasting Authority Malta https://www.facebook.com/BroadcastingAuthorityMalta/ Twitter Broadcasting Authority Malta https://twitter.com/BA_MLT Pinterest Broadcasting Authority Malta https://pinterest.com/BAMalta/ youtube Broadcasting Authority Malta https://www.youtube.com/user/TheBAMalta/ Facebook Malta Society or Arts https://www.facebook.com/MaltaSocietyofArts/ Twitter Heritage Malta https://twitter.com/heritagemalta Facebook Heritage Malta https://www.facebook.com/HeritageMalta Facebook Ghar Dalam Cave and Museum https://www.facebook.com/Ghar-Dalam-Cave-and-Museum-1514877375399414/ Facebook The Tarxien Temples https://www.facebook.com/tarxientemples/ Facebook Diagnostic Science Laboratories - Heritage Malta https://www.facebook.com/DiagnosticScienceLaboratories/ Facebook Gozo Museum https://www.facebook.com/Gozo-Museum-682659648534773/ Facebook Ta' Kola Windmill https://www.facebook.com/kolawindmill/ Facebook Ħaġar Qim & Mnajdra Temples World Heritage Site https://www.facebook.com/HagarQimTemples/ Facebook Ħal Saflieni Hypogeum World Heritage Site https://www.facebook.com/HypogeumMalta/ Facebook Fort St. Elmo https://www.facebook.com/FortSaintElmo/ Facebook Heritage Malta - Conservation Division https://www.facebook.com/ConservationDivision/ Facebook Ghajn Tuffieha Baths - Rebaca Project https://www.facebook.com/GhajnTuffiehaBathsRebacaProject/ Facebook Malta Maritime Museum https://www.facebook.com/maltamaritimemuseum/ Facebook Ġgantija Temples World Heritage Site https://www.facebook.com/GgantijaTemples/ Facebook Heritage Malta Education and Outreach https://www.facebook.com/HeritageMaltaEducationalProgrammes/ Facebook Valletta 2018 https://www.facebook.com/Valletta2018/ Twitter Valletta 2018 https://twitter.com/valletta2018 Instagram Valletta 2018 https://www.instagram.com/valletta2018/ Youtube Valletta 2018 https://www.youtube.com/user/Valletta2018/ Facebook SOS Malta/ Valletta 2018 https://www.facebook.com/talkultura/ Instagram SOS Malta/ Valletta 2019 https://www.instagram.com/talkultura2018/ Twitter SOS Malta/ Valletta 2020 https://twitter.com/talkultura Instagram Arts Council Malta https://www.instagram.com/artscouncilmalta/ Youtube Arts Council Malta https://www.youtube.com/user/maltaculture Facebook Arts Council Malta https://www.facebook.com/ArtsCouncilMalta/ Twitter Arts Council Malta https://twitter.com/artscouncilmlt Facebook Arts Council Malta https://www.facebook.com/Malta-Showcase-264939970379945/ Twitter Żfin Malta https://twitter.com/zfinmalta Facebook Żfin Malta https://www.facebook.com/zfinmalta/ Vimeo Żfin Malta https://vimeo.com/zfinmalta Instagram Żfin Malta https://www.instagram.com/zfinmalta/ Facebook Legal Aid Malta Agency https://www.facebook.com/legalaidmalta2018/?ref=br_rs/ Twitter Legal Aid Malta Agency https://twitter.com/legalaidmalta/ Google Accuont Legal Aid Malta Agency https://plus.google.com/106797116597960410970/ Facebook Malta Laboratories Network https://www.facebook.com/Malta-Laboratories-Network-1770006239735663/?ref=br_rs/ Twitter Malta Laboratories Network https://twitter.com/medicinesmalta/ Google Accuont Malta Laboratories Network https://plus.google.com/117032671107213095061/ Youtube Malta Laboratories Network https://www.youtube.com/user/medicinesmalta/ Facebook Pjazza Teatru Rjal www.facebook.com/pjazzateatrurjal/ Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/FestivalsMalta1/ Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/maltaworldmusicfestival Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/Ghanafest Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/MaltaArtsFestival Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/maltajazzfestival Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/nbvalletta Facebook Festivals Malta https://www.facebook.com/3palacesfestival Instagram Festivals Malta https://www.instagram.com/festivalsmalta Twitter Festivals Malta https://twitter.com/Festivals_Malta?lang=en