Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu u x’tip ta’ żvilupp ser isir fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret, jirriżulta li mhux għaddejin xogħlijiet fuq is-sit in kwistjoni. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsjia, nitlob l-interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kultivazzjoni tal-kannabis — Applikazzjonijiet għat-tibdil ta’ użu ta’ proprjetà
Question
Fid-dawl li l-applikazzjonijiet għat-tibdil ta’ użu ta’ proprjetà jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux meħtieġ li issir applikazzjoni għaċ-change of use mal-Awtorità tal-Ippjanar biex binja eżistenti tkun tista’ tibda tintuża għall-kultivazzjoni tal-kannabis?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet għall-iskejjel primarji taż-Żebbuġ u ta’ Kerċem? Jekk hemm, xogħlijiet ippjanati, jista’ jgħid x’tip ta’ xogħlijiet huma, fiex jikkonsistu, meta se jinbdew u meta se jitlestew? Jista’ jgħid ukoll kemm-il laqgħa saret mal-kapijiet ta’ dawn l-iskejjel u mal-Kunsill Skolastiku fl-aħħar sentejn u xi rwol għandha l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm proġetti ta' rinnovazzjoni sħiħa għall-Iskejjel Primarji taż-Żebbuġ u ta’ Kerċem, li jinkludu xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi (M & E) kif ukoll civil works. Saru laqgħat mal-kapijiet taż-żewġ skejjel, kif ukoll mal-uffiċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ t’Għawdex, tal-fejn ġew diskussi l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u dan ir-rispons ġie riferut lura lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS), li hija responsabbli, b'kollaborazzjoni mal-MGP, għall-ħruġ tas-sejħiet għall-offerti.
Is-sejħa għall-offerti fuq ix-xogħlijiet fl-Iskola Primarja tal-Kerċem ħarġet fl-20 ta’ Novembru li għadda u ġiet awarded. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jibdew fis-sajf.
Is-sejħa għall-offerti għall-Iskola Primarja taż-Żebbuġ ħarġet għall-ewwel darba fl-fil-31 ta’ Lulju 2024, liema proċess ġie kkanċellat peress li l-ebda offerta ma laħqet il-kriterji amministrattivi, u /jew tekniċi u/jew finanzjarji mitluba fis-sejħa. Inħarġet għat-tieni darba fit-13 ta' Marzu 2025, u għalqet fit-2 ta' April 2025; bħalissa tinsab fil-proċess ta' aġġudikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex qed tintuża fil-preżent il-parti tal-Iskola tal-Vajrinġa li kienet tintuża bħala skola u x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru tiegħu rigward din il-binja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li hu maħsub li parti minn din l-iskola ser tintuża mill-Malta Trust Foundation biex jingħata servizz ta’ Terapija permezz tal-Mużika u l-Arti lill-persuni b’diżabilità li jgħixu f’Għawdex. Dan is-servizz huwa estensjoni tas-servizzi mogħtija ġewwa Villa Bianca f’Malta. Fil-preżent, parti mill-Iskola tal-Vajrinġa qed tintuża bħala uffiċini mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24404 u 24970 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, inkluż l-entitajiet, l-awtoritajiet u d-dipartimenti, hemm 37 vettura li huma mikrija.
CT2051/2023 — TENDER FOR THE EXTERNAL PAVING WORKS AT THE MINISTRY FOR GOZO ADMINISTRATION CENTRE IN VICTORIA, GOZO
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT2051/2023 - Tender for the External Paving Works at the Ministry for Gozo Administration Centre in Victoria, Gozo”? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew ix-xogħlijiet relatati ma’ din is-sejħa u meta (xahar u sena) ser ikunu lesti l-affarijiet kollha mitluba minn din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din it-tender għadu ma bediex.
SPD3/2022/065 — CONSTRUCTION, FINISHING WORKS AND COMMISSIONING OF AN E-TICKETING PROJECT AT CIRKEWWA AND MGARR PASSENGER FERRY TERMINALS
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “SPD3/2022/065 - Construction, Finishing Works and Commissioning of an E-Ticketing Project at Cirkewwa and Mgarr Passenger Ferry Terminals”? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu lesti l-affarijiet kollha mitluba minn din is-sejħa u meta (xahar u sena) ser tibda topera s-sistema ta’ e-ticketing?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet kollha bħalissa għadhom għaddejjin. Huwa ppjanat li x-xogħlijiet kollha ikunu lesti fix-xhur li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27160 dwar fiex waslet is-sejħa għall-vapur ROPAX (ref. CT2379/2024) li għalqet fit-2 ta’ April 2025, fejn ġie mwieġeb ‘li ma kien hemm l-ebda interess f’din is-sejħa’, jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) ser terġa’ toħroġ din is-sejħa u jekk humiex ser jinbidlu xi rekwiżiti fis-sejħa l-ġdida?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel se terġa' toħroġ sejħa ġdida fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmat li l-Gozochannel ħadet nota tal-kritika u qed jiġu kkunsidrati xi bidliet fir-rekwiżiti tas-sejħa l-ġdida.
SPD3/2025/020 — FRAMEWORK AGREEMENT FOR THE PROVISION OF PROFESSIONAL SERVICES OF WARRANTED ARCHITECTS (PERITI) TO THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING
Question
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall fiex tikkonsisti s-sejħa ‘SPD3/2025/020 - Framework Agreement for the Provision of Professional Services of Warranted Architects (Periti) to the Ministry for Gozo and Planning’ u jgħid kemm hi stmata din is-sejħa u kemm hu l-perjodu ta’ żmien ta’ din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li l-Ministeru tiegħu ħareġ din is-sejħa, kemm kienet ġiet awarded u għal kemm kien iż-żmien għal din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija sejħa biex jigu ingaggati numru (pool) ta’ Periti għall-forniment ta' servizzi professjonali ta' perizja għall-ġestjoni ta’ proġetti kif indikat mill-Awtorità Kontraenti li jinkludi, iżda mhux limitat għal:
· Preparazzjoni u s-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-permessi lill-Awtorità tal-Ippjanar
· Kumpilazzjoni tal-Bill of Quantities u l-abbozzar ta' Speċifikazzjonijiet Tekniċi
· Ġestjoni komprensiva tal-proġetti (inkluż il-forniment ta' Bill of Quantities li jirrappreżenta xogħlijiet imkejla, take-offs, tpinġijiet aġġornati u provvista ta' ritratti ddatati kemm f'format diġitali kif ukoll f'kopji stampati)
· Ċertifikazzjonijiet
· Valutazzjonijiet
· Rapporti
· Kwalunkwe kompitu ieħor relatat ma' proġetti speċifiċi u/jew assenjamenti skont l-eżiġenzi tad-diversi awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, irrispettivament mill-valur tal-assenjamenti/proġetti
Dan il-framework ikopru perjodu massimu ta' 24 xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appartament, binja, jew unit f’Għawdex, inkera mill-privat biex jintuża bħala akkomodazzjoni soċjali għal kull sena bejn l-2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ mingħand min ġew mikrija, il-lokalità u kemm hu l-ħlas li qed isir għal kull unit?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21508 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-ġnien tal-Gżira wara sena mis-sentenza tal-appell dwar il-pompa f’dan il-ġnien?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex — Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 25134 u 26916 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet tranġat din bdiet tisfronda, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol inbediex u jekk hux ser ikun lest kollu kemm hu qabel jibda s-sajf 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jistenna sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet.
CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet din is-sejħa; meta ġiet awarded u meta ser jibda x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru laqgħat tekniċi li fihom qed jiġu diskussi affarijiet tekniċi u amministrattivi sabiex il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xogħlijiet. Is-sejħa ħarġet fil-10 ta’ Novembru 2023 u ġiet awarded fil-25 ta’ Novembru 2024. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27137 u 27701 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.
Attachments:PQ 27937 Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Nefqa fuq reklamar.pdf
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 26292.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi operat u mmaniġġjat il-Gozo Sports Complex / Aquatic Complex meta dan jerġa’ jiftaħ? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħaddiema li kienu jaħdmu qabel dan ingħalaq humiex se jerġgħu jmorru jaħdmu hemm?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex din il-pixxina tibda topera b’rispett anke lejn l-obbligi ta’ garanziji u maintenance. Fil-frattemp fix-xhur li ġejjin għandha tiġi ppubblikata sejħa għal-offerti għall-operat u l-immaniġġjar tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset street contribution mill-iżviluppaturi fuq kull wieħed minn dawn il-permessi:
i. PA/9606/19,
ii. PA/0793/22,
iii. PA/8647/18 u
iv. PA/1389/21?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relevanti hija kif indikat;
Numru tal-Applikazzjoni
Street contribution imħallsa
PA/9606/19
€ 24,107.32
PA/0793/22
€ 1,343.40
PA/8647/18
€ 20,168.70
PA/1389/21
€ 872.50