Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex — proġetti ambjentali u infrastrutturali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5672, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ambjentali saru mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2022 f’Kemmuna u kemm ġew jiswew? Jista' jgħid ukoll xi proġetti ambjentali u infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru f’Kemmuna matul is-sena 2023 mill-Ministeru tiegħu u fiex jikkonsistu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'iniex infurmat li saru proġetti f’Kemmuna fl-2022 u mhux ser isiru ebda żviluppi din is-sena.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fil-Carpentry Section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li qed jaħdmu fil-Carpentry Section? Jista’ jgħid kull ħaddiem kemm ilu jaħdem f'din is-sezzjoni? Jista’ jgħid ukoll xi grad hu kull ħaddiem u kemm hemm minnhom tal-iskema u/jew bil-kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tabella t'hawn taħt li turi l-gradi tal-ħaddiema kollha. 1 Principal Technical Officer 1 Technical Officer 2 Principals 3 Senior Foreman 6 Foreman 16 Tradesman 1 Supervisor 1 Driver

Port tal-Imġarr Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port u Triq il-Madonna ta’ Lourdes

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22730 tat-XIII-il Leġiżlatura dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr, Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr), fejn kien ġie mwieġeb li “qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq dan il-proġett, il-Ministeru hu tal-fehma li ssir konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex jiġu wkoll diskussi l-effetti ambjentali li tali proġett jista’ jikkawża”, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx, fiex waslu u meta bdew il-konsultazzjonijiet pubbliċi mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex (GRDA) sabiex jiġu diskussi l-effetti ambjentali ta' dan l-imsemmi proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex tal-Parlament fejn saret preżentazzjoni mis-CEO tal-GRDA.

Ministeru għal Għawdex – Sezzjoni tal-Animal Welfare – Welfare Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Animal Welfare Officers fis-Sezzjoni tal-Animal Welfare fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 2811,3428,3643 u 3822. Meta jkun hemm bżonn ta’ infurzar, uffiċjali mill-Animal Welfare ta’ Malta jagħtu l-għajnuna.

Għawdex – skejjel primarji ta’ Kerċem, Żebbuġ, Għarb u diversi skejjel oħrajn – xogħol ta’ tisbiħ u modernizzar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5924, peress li din ma tweġibx il-mistoqsija kollha, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet in-nefqa u x'sar: a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem; b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ; ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb; u d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex? F'kull każ, jista' jagħti data meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5924.

Ministeru għal Għawdex – użu ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5765 kollha kemm hi (intera) u jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5765. L-użu tagħhom isir skont il-ħinijiet tax-xogħol.

Sptar mentali ta’ Għawdex – plakka tal-ewwel ġebla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li tgħattiet il-plakka tal-ewwel ġebla tal-isptar mentali ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ċirkewwa and Imġarr passenger ferry terminals — sejħa għal e-ticketing project

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’ u kemm hi stmata li tiswa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rilevanti rigward din is-sejħa.

Ministeru għal Għawdex — servizz ta’ sigurtà minn kumpaniji privati - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-servizz ta' sigurtà minn kumpaniji privati lill-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b' sena mis-sena 2012 sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Gozo Museum – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika bejn wieħed u ieħor meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq il-Gozo Museum u meta se jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jitlesta f’din il-Leġiżlatura.

Kiri ta’ binjiet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5929, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn it-12-il binja ġdida (indirizz sħiħ) mikrijin mill-privat matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm hu l-ħlas għal kull proprjetà, sena b’sena, għal kull waħda minn dawn it-12-il binja? Jista’ jgħid ukoll min huma l-kumpaniji privati jew individwu privat li qegħdin jikru l-proprjetà/binjiet lill-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5929 fejn jista' jsib l-informazzjoni kollha.

Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5786 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed tidher hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Entità/Awtorità Ħaddiema ingaġġati Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex 2 Gozo Channel Operations Ltd. 1

Gozo Sports Board — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema assenjati mal-Gozo Sports Board? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mislufa jew sekondati mal-Gozo Sports Board u ma’ liema dipartiment u f’liema Ministeru kienu jaħdmu qabel, x’kien ix-xogħol u l-grad tagħhom qabel u x’inhu x-xogħol u l-grad li għandhom issa mal-Gozo Sports Board? F'kull każ, f’liema sena u xahar bdew jaħdmu mal-Gozo Sports Board? Jista’ jgħid ukoll minn min hu fformat il-Gozo Sports Board?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħaddiem li hu misluf jew sekondat mal-Gozo Sports Board. Il-Gozo Sports Board hu fformat hekk: Is-Sur Edmond Vella – Chairperson Is-Sur Kevin Azzopardi - Segretarju Is-Sur Govann Bugeja – Membru Is-Sur John Busuttil – Membru Is-Sur Frank Muscat – Membru Is-Sur Joseph Scicluna – Membru Is-Sur Ronald Sultana – Membru Is-Sinjura Joyce Farrugia- Membru Is-Sur Stefan Azzopardi – Membru Is-Sur Enzo Dimech – Membru Is-Sur Armand P. Veranneman - Membru

Gozo Channel – vapur Nikolaos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jżomm il-vapur Nikolaos bħala parti mill-flotta tal-Gozo Channel? Jekk le, xi pjanijiet hemm?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel se żżomm tali vapur sakemm ikun hemm il-ħtieġa.

Segretarjat Privat tal-Ministru għal Għawdex — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza li, skont il-Manwal, tintuża mis-segretarjat privat hija skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Għamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/Direct Order Ditta Prezz (VAT eskluża) Opel Corsa (Electric) Mixtrija 25/08/2022 Tender Opel €27.511.43

Gozo Channel (Operations) Ltd. – audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tas-snin 2019, 2020, 2021 u 2022 tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kumpanija Gozo Channel u f'liema grad huma impjegati; b. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija tramite kuntratti/direct orders mogħtija lill-kumpaniji privati biex jipprovdu servizz ta' ħaddiema u f'liema oqsma jaħdmu dawn il-ħaddiema; u ċ. liema huma l-kumpaniji li għandhom kuntratt/direct order biex joffru s-servizz ta' ħaddiema, kif ingħataw dan il-kuntratt/direct order u kemm tħallset kull kumpanija matul is-snin 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar dawn iż-żewġ applikazzjonijiet li għamel il-Ministeru tiegħu reċentement u jispjega għaliex saru: DS 00015/22 u DS 00208/22: Site at, Triq it-Tafla, Xagħra 'Remove precarious rubble and soft stone retaining wall and shore up dangerous debris with soft stone and rubble retaining wall?' Jista’ jgħid għaliex dawn iż-żewġ applikazzjonijiet ġew 'withdrawn' u jekk saritx applikazzjoni oħra u jekk le, għaliex ma saritx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-proċess tad-Dangerous Structures kien se jieħu ż-żmien tiegħu u anke għal fatt ukoll li l-istat tal-ħajt maż-żmien kien kulma jmur qiegħed jiggrava, fl-aħjar interess tas-saħħa u s-sigurtà, il-perit tal-Ministeru għażel li japplika l-artikolu 70 tal-liġi li tirregola l-Iżvilupp u l-Ippjanar biex ikopri x-xogħlijiet ta’ emerġenza fi Triq it-Tafla. Tali applikazzjoni tal-artikolu 70 ġiet milqugħa mill-Awtorità tal-Ippjanar.

In-Nadur Għawdex – Daħlet Qorrot – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4114, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-parti tat-triq ta' ħdejn il-bajja ta' Daħlet Qorrot, in-Nadur, jiġifieri l-parti minn fejn tispiċċa t-triq bil-konkos li saret xi żmien ilu sa ħdejn il-bajja, baqgħet ma saritx u qiegħda fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid meta ser issir u fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol li ser isir f' din il-parti tat-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti msemmija qiegħda fl-istess stat li kienet triq Daħlet Qorrot wara għexieren ta’ snin ta’ telqa. Wara xi 50 sena, kien dan il-Gvern li għamilha mill-ġdid. Il-parti msemmija mill-Onor. Interpellant issir ukoll fiż-żmien opportun.