Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva rapporti ta' allegat cyberbullying il-Korp tal-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni relattiva, kemm minn dawn wasslu għal investigazzjoni u kemm irriżultaw fi proċeduri quddiem il-Qrati?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2109.
Jista' l-Ministru jgħid minn fost ir-rapporti ta' allegat cyberbullying li rċieva l-Korp tal-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni approvata matul l-Erbatax-il Leġiżlatura, kemm kienu jinvolvu vittmi, maqsuma skont il-ġeneru u l-faxex tal-età?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed nippreżenta l-informazzjoni mitluba. Għas- sena 2025 ġentilment nirreferiha għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru. 33323 tal-legislatura preċidenti.
Minn dik id-data, fis-sistema elettronika tal-Korp tal-Pulizija ġew irreġistrati erba’ (4) rapporti dwar allegati każijiet ta’ cyberbullying. Ma’ dawn jiżdiedu żewġ (2) każijiet oħra li ħarġu waqt investigazzjonijiet relatati ma’ reati oħra. Għaldaqstant, b’kollox kien hemm sitt (6) każijiet identifikati u rreġistrati speċifikament bħala cyberbullying, u mhux bħala online harassment.
Minn dawn is-sitt każijiet, ittieħdu passi legali f’żewġ (2) każijiet, filwaqt li tressqu akkużi fit-tielet każ. Fit-tliet (3) każijiet l-oħra, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, filwaqt li f’każ minnhom ma ttieħdu ebda passi legali.
Kazi ta’ Cyberbullying minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni
2026 Każi
Nru ta’ vittmi.
Ġeneru
Eta’ tal-vittma
1
1
F
14
1
1
F
13
1
1
F
40
1
1
F
14
1
1
F
23
1
1
M
42
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jinvolvi sigħat it-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tat-taħriġ, inkluż il-programm, il-kontenut u kull materjal u dokument ipprovdut lill-parteċipanti?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li t-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja u Police Community Support Officers, mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS) kien ta’ tmien siegħat. Il-maġġoranza tal-uffiċjali msemmija attendew għal dan it-taħriġ u dawk ġodda jingħataw l-istess taħriġ fil-futur. Dettalji ta’ dan it-taħriġ, li jinkludi l-programm u kull materjal u dokumenti oħra li ġew provduti lill-parteċipanti, qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jekk matul l-aħħar sena finanzjarja sar telf f’KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta dan it-telf u x’inhuma r-raġunijiet ewlenin għal dan ir-riżultat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Tista’ l-Ministru tgħid liema ċentri ta’ respite jeżistu f’Malta u Għawdex?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, bħalissa, is-servizzi ta’ respite għal persuni b’diżabilità, li huma pprovduti permezz ta’ Public Social Partnership (PSP) jew kuntratt, huma offruti minn:
· Fondazzjoni Arka, permezz ta’ Dar Arka f’Għawdex;
· Dar il-Kaptan, fl-Imtarfa; u
· ĦILA, permezz tal-faċilitajiet tagħha f’Malta.
Barra minn hekk, din is-sena se jibdew jilqgħu persuni b'diżabbiltà ċentri oħra ta' respite: wieħed f'Ħal Kirkop u ieħor f'Ħal Dingli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instemgħu ġurijiet fil-Qrati Maltin fl-2024, fl-2025 u fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jitħallas stipendju student tas-Sixth Form fl-2013, u kemm se jkun qed jitħallas student li jattendi s-Sixth Form fl-2027?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istudenti li kienu jattendu is-Sixth Form fl-2013 kienu jircevu stipendju ta’ €83.86 kull erba` ġimgħat.
Sussegwenti taż-żidiet li ngħataw matul is-snin bejn 2014 u l-2026, kif ikoll permezz tal-aġġustament taż-żieda tal-għoli tal-ħajja għall-istudenti għall-2027 li se tkun ta €3.60 kull erba` ġimgħat, fl-2027 l-istudenti li jattendu is-Sixth Form se jkunu qed jirċievu stipendju ta’ €139.53 kull erba` ġimgħat.
Ta’ min issemmi li l-istudenti tas-Sixth Form jitħallsu stipendju bir-rata hekk magħrufa bħala ‘ġenerali’
Ir-rati tal-istipendju ivarjaw skont il-livel ul-klassifikazzjoni tal-kors li jkunu qed isegwu l-istudenti.
It-tabella t’hawn taħt turi ż-żidiet li ngħataw fl-istipendju bejn l-2013 u 2027 hekk kif ġej:
Sena
Rata Ġenerali
Rata Preskritta
Rata ta’ Prijorita` Għolja
2013
€83.86
€146.77
N/A
2014
€85.45
€149.54
N/A
2015
€86.05
€150.59
N/A
2016
€86.85
€151.99
N/A
2017
€87.64
€153.37
€307.68
2018
€88.44
€154.77
€310.48
2019
€89.40
€156.44
€313.83
2020
€90.93
€159.12
€319.20
2021
€91.75
€160.55
€322.07
2022
€101.89
€178.30
€357.68
2023
€106.91
€187.09
€375.31
2024
€113.35
€193.53
€381.75
2025
€115.88
€196.06
€384.28
2026
€135.93
€228.14
€444.59
2027
€139.53
€231.74
€448.19
L-Università ta’ Malta – Aċċess għal studenti tal-Junior College
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti tal-Junior College għandhomx aċċess għall-Campus, il-librerija u l-canteen tal-Università ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-istudenti tal-Junior College għandhom aċċess għall-Campus tal-Università ta' Malta, kif ukoll għandhom aċċess għar-riżorsi, is-servizzi u l-faċilitajiet kollha offruti mil-Librerija tal-Università ta’ Malta kif ukoll il-Canteen.
Madankollu, l-aċċess għal uħud miż-żoni jew faċilitajiet speċifiċi tal-Università huwa ristrett għal persuni li għandhom bżonn dirett minħabba l-istudji, it-tagħlim jew attivitajiet oħra tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS humiex obbligati jiddikjaraw xogħol, kuntratti jew interessi oħra ma' stazzjonijiet televiżivi jew organizzazzjonijiet politiċi? Jekk iva, jista' jgħid jekk il-membri attwali għamlux dawn id-dikjarazzjonijiet u jekk saritx evalwazzjoni dwar kunflitti ta' interess potenzjali?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Kif weġibt lill-Onor Interpellant f’istanzi oħra, il-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni fil-konfront ta’ professjonisti serji i qed jaqdu dmirhom. Inżid illi il-Bord Editorjali tal-PBS iwettaq il-ħidma u l-funzjonijiet tiegħu f’konformità mal-politiki u l-linji gwida appplikabbli għall-istazzjon nazzjonali u l-PBS għandu l-mekkaniżmi interni tiegħu sabiex jiżgura li l-operat editorjali jitmexxa b’mod responsabbli u trasparenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jew l-Awtorità tal-Ippjanar ikkummissjonawx jew irċevewx studji dwar id-domanda prevista għas-servizzi ta' kremazzjoni f'Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid jekk dawn ġewx ikkunsidrati fil-proċessi ta' ppjanar relatati mal-faċilitajiet proposti? Jista' jgħid ukoll jekk saritx evalwazzjoni tal-impatt ambjentali kumulattiv tal-faċilitajiet proposti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull applikazzjoni għall-iżvilupp tiġi pproċessata u determinata mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-mertu tagħha u skont il-liġijiet, il-policies u l-proċeduri applikabbli. Kwalunkwe deċiżjoni tittieħed wara li jiġu kkunsidrati l-fatti, iċ-ċirkostanzi u d-dokumentazzjoni rilevanti ta' kull applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-billboards temporanji li ttellgħu sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid, għandhomx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-liġi? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-billboards temporanji li ttellgħu sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid, għandhomx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-liġi? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-post indikat mil-Onorevoli Interpellant ma għadx hemm tali billboard.Dan l-billboard kien għal perjodu temporanju u li kellu l-permess kif meħtieġ u li dan kien kompitu tal-fornitur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqiegħdu billboards temporanji sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll fejn twaħħlu dawn il-billboards?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.