Legislature:
Category:
Reset
Active:

Esplorazzjoni taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 19136 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk pajjiżna tkellimx uffiċjalment mal-Libja dwar din l-esplorazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

vouchers għall-għajnuna fil-kontijiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18977 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dawk il-persuni li diġà huma ntitolati għall-vouchers biex jgħinuhom fil-kontijiet tad-dawl, humiex se jirċievu wkoll dik l-għotja ta' darba ta' madwar €130?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Abb Malta Sicily Interconnector Consortium

Question

B'referenza għat-tender għall-cable tal-elettriku sottomarin bejn Malta u Sqallija li ngħata lil Abb Malta Sicily Interconnector Consortium, jista' l-Ministru jgħid: a) min kienu l-kumpaniji l-oħra li għamlu l-offerta tagħhom fi stadju ta' prekwalifikazzjoni; b) meta se jiġi ffirmat il-kuntratt relattiv; ċ) sarx eżerċizzju ta' due dilegence min naħa tal-gvern jew l-Korporazzjoni Enemalta dwar l-Abb Malta Sicily Interconnector Consortium; u d) jirriżultalux il-gvern li l-Abb Malta Sicily Interconnector Consortium jew kumpaniji sussidjarji tagħha kienu nstabu ħatja ta' korruzzjoni fi qrati esteri?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kumpens għall-Enerġija

Question

Jista' l-Ministru, wara li ddikjara li l-kumpens għall-enerġija se jiġi jiswa lill-gvern €11miljun u mhux €10miljuni hekk kif imħabbar fil-budget, jista' jispjega din id-diskrepanza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont allokat fil-baġit 2010 ta’ €10 miljuni kien stima maħduma fuq il-konsum f’units mill-familji matul l-2008, l-aħħar informazzjoni aġġornata fil-perjodu tat-tfassil tal-Budget. Wara li nħadem saret kampanja sabiex il-familji kollha kellhom l-opportunità li jaġġornaw id-dettalji fil-kontijiet tagħhom, u wara li nħadem l-ammont taċ-ċekkijiet fuq il-konsum f’unit mill-familji matul l-2009, ġie kkalkulat li n-nefqa totali se tkun ta’ €11-il miljun.

Ta' Qali Crafts Village — proġett ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19182 u jgħid x'sar mill-proġett għall-iżvilupp ta' Ta' Qali Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19182.

WSC — Sussidju għall-Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li qed tgħix ma bintha, li dettalji qed jingħataw separatament, biex is-sussidju tal-anzjana immur fuq il-bint peress li ċekkijiet 20/10 €76.62 u 19/6 €72.08 ma jistgħux jissarfu, biex issir l-arranġament u jissarfu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-Kont tal-persuna kkonċernata huwa żbaljat.

Baħrija — Triq il-Qastan - art esproprjata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15007 dwar art li ttieħdet mill-gvern fi Triq il-Qastan, il-Baħrija fil-postijiet indikati separatament u li ġiet mogħtija t-tarmak madwar sentejn ilu biex tinfetaħ it-triq u li parti minnha għadha ma ġietx esproprjata, jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jagħmel din l-esproprjazzjoni u jagħti kumpens lis-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-art fi Triq il-Qastan, Baħrija li ġiet mogħtija t-tarmac biex tinfetaħ it-triq, ma ġietx esproprijata mill-Gvern għaliex kif ġie spjegat fir-risposta li ngħatat fis-seduta nru 364 ta’ 13 ta’ Marzu 2006, għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17726, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma jesproprijax proprjetà li tiġi f’dik il-parti tat-triq li qiegħda quddiem art li tkun ġiet żviluppata.

Persuni li jinsabu fir-riskju ta' faqar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19220, 19021 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni fir-riskju ta' faqar fis-sena 2000 u kemm hu n-numru ta' persuni illum? Jista' jgħid ukoll liema kienu il-kategoriji ta' persuni ċioe żgħażagħ, anzjani, single parent families eċċ. li jinsabu f'dan il-livell ta' kwalità ta' ħajja?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19220.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Levies fuq istituzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19217 u 19022 u ċioe: Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizjoni ta' levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Euro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea? Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il- levies fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il- levies ? Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji ta' settur finanzjarju? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19022.

Imġarr Yacht Marina — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19181, 19055, 18718, 18471, 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Selmun Palace Hotel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux ħsieb li s-Selmun Palace Hotel terġa' titqiegħed mill-ġdid għall-bejgħ, jew le? Kif qed jiġi assigurat li din il-lukanda tkompli topera sew sakemm għadha qed titmexxa kif inhi bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' banek tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' banek tal-lottu ġodda quddiem il-Gaming Authority? Jekk iva, kemm hemm u fejn huma dawn it-talbiet pendenti li qed jiġu kkunsidrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta l-logħob li kien jirregola d-Dipartiment tal-Lottu ġie privatizzat, il-banek tal-lottu, li sa dak iż-żmien kellhom relazzjoni mad-dipartiment, saru bejjiegħa tas-servizzi li beda joffri l-operatur li ingħata l-liċenza, jiġifieri l-Maltco Lotteries. Għaldaqstant, applikazzjonijiet għal ftuħ jew kambjamenti fil-banek tal-lottu jsiru direttament lil Maltco Lotteries. Il-Maltco Lotteries hija obbigata li tinforma lil Awtorità tal-Lotteriji u Logħob bil-lista tal-ħwienet tagħha sabiex l-awtorità tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet u obbligi tagħha ta’ regolatur, madanakollu l-awtorità ma tidholx fil-mertu ta’ fejn jinfetħu l-banek tal-lottu. Ta’ min jinnota li kull prodott jew servizz li jingħata minn banka jew ħanut tal-lottu, jrid jingħata minn persuna liċenzata. Sabiex tinħareġ din il-liċenza, il-persuna konċernata trid tissottometti applikazzjoni lill-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob. Il-liċenza li tawtorizza lil din il-persuna sabiex topera tinħareġ la darba l-awtorità tkun għamlet il-verifiki neċessarji dwar din il-persuna li, fost l-oħrajn, tinkludi l-verifika tal-kondotta tal-pulizija.

Prodotti agrikoli li twasslu fuq is-suq lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu u liema kienu l-prodotti agrikoli li twasslu fis-suq lokali, mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, rispettivament matul l-ewwel 6 xhur tal-2010? X'tip ta' dikjarazzjonijiet jiġu mitluba dwar prodotti agrikoli li jinġabu fis-suq Malti u x'verifiki jsiru biex jiġi assigurat li dawn id-dikjarazzjonijiet huma korretti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar kemm kienu u liema kienu l-prodotti agrikoli li twasslu fis-suq lokali, kemm mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel it-tieni mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Agrikoli.

Maternity leave

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 19036 u oħrajn simili u 19237, la darba l-Gvern jirriżulta li m'għandux informazzjoni dwar kemm nisa jieħdu maternity leave fis-settur privat, fuq liema data l-Gvern qed jibbaża l-kalkoli tiegħu dwar l-impatt li żieda proposta fil-leave tal-maternità mill-Unjoni Ewropea jista' jkollha fuq is-settur privat f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

ARMS Ltd — pakkett finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-pakkett finanzjarju li għandhom il-persuni li qed imexxu Arms Ltd u jindika x'tip ta' kariga jew gradi maniġerjali għandhom dawn l-istess persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kors tat-Taxxa fl-MCAST — proċeduri biex jintagħżlu l-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'liema proċedura intagħżlu l-persuni impjegati fiċ-Ċivil biex jagħmlu kors fuq taxxa fl-MCAST? Kien hemm xi shortlist? Jekk iva, fuq liema kriterju saret? X'kienu l-kwalifiki mitluba, jekk kien hemm xi kwalfiki rikjesti? Sar interview lil dawk shortlisted?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Refunds ta' taxxa fuq qligħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar refunds ta' taxxa fuq qligħ (income tax) li huma dovuti lill-individwi, kumpaniji lokali u esteri reġistrati f'Malta, u entitajiet oħra skond il-klassifikazzjoni fl-istess dipartiment sal-aħħar ta' Awwissu 2010? Kemm huma l-imgħaxijiet li qegħdin jiddekorru fuq l-istess refunds fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16519.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17161, 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16519.