Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26351 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru Santa Marta — intake ta' klijenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-intake ta' klijenti fiċ-Ċentru Santa Marta din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru Santa Marta n-numru ta' klijenti li jattendu hu ta' 32 persuna. Ħadd minn dawn ma beda jattendi din is-sena.
Leg 11 PQ #26217 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Valuri tat-tenders

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Tista' f'kull każ tgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma ngħataw ebda tenders matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-Gvern, mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 11 PQ #26344 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq l-Imġarr - xogħlijiet

Question

Peress li x-xogħol fi Triq l-Imġarr bejn ix-Xewkija u r-Rabat jinsab wieqaf, iżda minkejja dan it-triq xorta hija magħluqa, tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol huwa wieqaf u kif ukoll tgħid min se jagħmel tajjeb u jikkumpensa lis-sidien tal-ħwienet li hemm f'dik it-triq li qed jitilfu l-klijenti għaliex it-triq magħluqa għalxejn minħabba li x-xogħol mhux qed isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-proġett ta' Triq l-Imġarr huwa amministrat mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #26347 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għall-ħarsien tal-Familja — każijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu każijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Famlija f'din l-aħħar sena, kull xahar separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26348 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — work load tas-social workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-work load ta' kull social worker li hemm fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-Taqsima Ħidma Soċjali fil-Ministeru għal Għawdex fil-preżent qiegħda ssegwi medja ta' 150/175 każ. Dawn huma mqassma hekk: 4 social workers b'case load ta' 35 każ individwalment, s-senior social worker b'case load ta' 25 u għandu wkoll is-superviżjoni tas-social workers, kif ukoll social worker oħra li għandha l-koordinament tat-Taqsima flimkien ma' case load ta' 10 każijiet.
Leg 11 PQ #26349 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — aċċess superviżjonat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' aċċess superviżjonat li qed isiru mis-social workers tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u tgħid kemm qed jingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta' aċċess minn kull social worker?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-Taqsima Ħidma Soċjali fil-preżent qiegħda ssegwi 20 każ ta' aċċess superviżjonat. Dawn jirrikjedu 18-il siegħa ta' ħidma soċjali fil-ġimgħa minn 3 social workers u dawn jitqassmu f'6 sigħat minn kull social worker.
Leg 11 PQ #26417 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — studenti barranin fi skejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma: a) skont skejjel statali, skejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti; u b) skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal kjarifika mitluba f'risposta għal PQ 26184.
Leg 11 PQ #25679 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Family Friendly measures

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26257 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Triq l-Imġarr — triq imblukkata

Question

In vista tal-inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr nhar it-Tlieta 17 ta' Mejju 2011 li b'konsegwenza tiegħu ġiet imblukkata t-triq, tista' l-Ministru tgħid x'beħsiebha tagħmel biex issir triq alternattiva?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni ġew ikkunsidrati possibilitajiet biex tissolva l-problema ta' aċċess wieħed mill-Imġarr iżda hemm problemi tekniċi u ambjentali li għad iridu jinstabu soluzzjonijiet għalihom.
Leg 11 PQ #26294 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Flus kommessi taħt kull item

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26048, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm flus kommessi fl-aħħar tal-2010 taħt kull item biex jitħallsu din is-sena u kienu għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi llum biex jitħallsu din is-sena u għadhom ma tħallsux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26048/11.
Leg 11 PQ #26295 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bajja ta' Marsalforn — Mathematical Wave Climate Study

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26043, tista’ l-Ministru tgħid minn min sar Mathematical Wave Climate Study fuq il-bajja ta' Marsalforn? Tista’ tgħid meta mistenni li tinħareġ offerta biex isir Three Dimension Hydraulic Model biex jikkonferma l-aħjar possibilità?”

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Mathematical Wave Climate Study fuq il-bajja ta' Marsalforn sar minn Sogreah Consultants filwaqt li l-offerta biex isir Three Dimension Hydraulic Model ser tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #26296 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bajja ta' Marsalforn u Xlendi — pjan

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26044, tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni li jitlesta l-pjan li qed jitħejja għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi minn perit impjegat mal-Ministeru għal Għawdex b'konsultazzjoni mal-Ministeri responsabbli mill-Artijiet u t-Turiżmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi l-pjan wasal fi stadju finali.
Leg 11 PQ #26342 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

ITS — Regolament tal-Eżamijiet - persuni fil-wheelchairs

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24686 fejn il-Ministru qalet 'Qed jiġi stabbilit x'arrangamenti hemm bżonn li jsiru biex jiġi faċilitat li din l-istudenta tkun tista' tagħmel l-eżami tal-prattika kif jippermettu r-regolamenti tal-eżamijiet.' u peress li issa l-eżami sar, iżda l-arrangamenti li wegħdet il-Ministru ma seħħewx, tista l-Ministru tgħid għaliex ma sar xejn? Taf il-Ministru li anke jekk stess il-persuna konċernata setgħet b'xi mod tagħmel l-eżami, xorta ma tistax tagħmel il-prattika għax persuni b'wheelchair ma jistgħux jipprattikaw fil-kċina? Taf li l-istess ċirkostanzi jeżistu ukoll fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi tal-Qala u għalhekk kulmin huwa bħal din il-persuna ma jistax ikompli l-istudju tiegħu fil-catering? Tista' tispjega għaliex dawn l-iskejjel ma sarux biex anke dawn il-persuni (kemm li jkunu f'wheelchair kif ukoll oħrajn li għandhom xi diżabilità fiżika oħra) jkunu jistgħu jagħmlu prattika u eżami li għandhom x'jaqsmu mal-Home Economics/Catering mingħajr xkiel kif suppost? Taf li dawn il-problemi jeżistu ukoll fil-laboratorji tal-Fiżika u Bioloġija? Taf li dawn l-istudenti l-anqas ma jistgħu jmorru jagħmlu research fil-Librerija Pubblika li hemm fi Triq Vajringa, ir-Rabat Għawdex għax f'din il-librerija m'hemmx lift? Tista' tikkonferma jekk, u fil-każ meta, se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom bħal tfal oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li: · Fir-rigward tal-faċilitá tal-lift għall-użu tal-Librerija Pubblika, għaddejjin taħdidiet mal-amministrazzjoni u l-Kunsill tal-Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex dwar l-użu tal-lift tal-iskola minn dawk il-persuni anzjani u bi bżonnijiet speċjali li jixtiequ jagħmlu użu mil-Librerija Pubblika. · Kulleġġ t’Għawdex Skola Sekondarja Bniet : Fiċ-ċirkustanzi saru l-arranġamenti possibli sabiex jakkomodaw il-bżonnijiet tal-istudenta. Rigward il-possibilitá li jkun installat xi apparat li jiffaċilita l-prattika, dan qiegħed jiġi mistħarreġ. Rigward il-lezzjonijiet tal-Fiżika fil-laboratorju ta' din l-iskola, dawn qegħdin isiru mingħajr problemi fiċ-ċirkustanzi tal-istudenti b’diżabilitá. · Kulleġġ t’Għawdex Skola Sekondarja Subien: l-iskola hija aċċessibbli għall-persuni bil- wheelchair . Rigward aċċessibilitá biex issir prattika fil-laboratorji tal-Fiżika, Bioloġija u Home Economics jiddependi fuq in-natura tal-esperiment jew investigazzjoni. · Fl-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo hemm lift b’aċċess għal kull sular u fil-laboratorji tal-Fiżika u tal-Bioloġija jidħol wheelchair. · Fil-każ tal-ITS l-aċċessibilitá kienet approvata mill-KNPD bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni għall-permess mill-MEPA.
Leg 11 PQ #26343 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Triq il-Mitħna - xogħljiet fuq toroq

Question

Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna fix-Xewkija, Għawdex ilhom jilmentaw minħabba l-istat ħażin tat-triq tagħhom u peress din it-triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali, u dawn in-nies ilhom jiġu mwiegħda li l-ilmenti tagħhom se jiġu indirizzati, tista' l-Ministru tgħid għaliex dawn l-ilmenti għadhom ma ġewx indirizzati u meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Triq il-Mitħna isirilha manutenzjoni skont il-bżonn sakemm tkun tista tiġi asfaltata.
Leg 11 PQ #26371 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — fondi għad-direttorat għat-turiżmu u żvilupp ekonomiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jergħu jiġu vvotati fondi għad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ħa jkun qed jimpenja ruħu li jkompli jsaħħaħ mezzi finanzjarji għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment imsemmi.
Leg 11 PQ #26372 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direttorat għat-turiżmu u żvilupp ekonomiku - kariga u grad tal-personnel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm personnel addett għad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid x'inhu l-grad jew kariga ta' kull persuna impjegata u s-salarju ta' kull impjegat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mpjegati li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku.
Leg 11 PQ #26183 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti f'skejjel Għawdxin — għażla ta' lingwi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fis-snin skolastiċi 2006/2007 sal-lum kemm kien hemm studenti, subien għalihom u bniet għalihom, fl-iskejjel f’Għawdex, statali, tal-Knisja u Indipendenti separatament, li għażlu t-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, l-Għarbi u r-Russu bħala l-ewwel lingwa barranija tagħhom? Tista’ tagħti l-istess informazzjoni għat-tieni u t-tielet lingwa barranija magħżula?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26184 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikjarifika għal liema perjodu qiegħda tintalab din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #26185 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel speċjali f'Għawdex — studenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm skejjel speċjali f’Għawdex? Tista’ tgħid kemm studenti kienu jattendu dawn l-iskejjel speċjali f’Għawdex fis-snin skolastiċi 2006/2007 ‘l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26288 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta' Villa Rundle

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn fejn qed tinġieb il-materja prima għall-proġett ta’ Villa Rundle? Xi kemm huwa maħsub li jkun il-valur sħiħ ta’ din il-materja prima għal dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materja prima hija minn sorsi lokali kif ukoll barranin. Il-valur tal-materja prima li jinkludi wkoll ix-xogħol, il-ġarr u t-tqegħid huwa stmat li jiswa €1,039,675.83 (Vat Eskluż).