B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15094, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni minħabba li d-Dipartiment tal-Joint Office mhux qed iwieġeb għall-informazzjoni meħtieġa lill-applikant in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-Uffiċċju Konġunt kien qed jirreloka l-uffiċini tiegħu f’post ieħor, kien hemm xi korrispondenza li waqgħet lura u li issa qed tiġi mwieġba. Dwar il-każ tal-applikant in kwistjoni, huwa kien ġie nfurmat li kienet se toħroġ sejħa għall-offerti, li fil-fatt ħarġet fl-4 ta’ Ġunju 2010, l-applikant tefa’ l-offerta tiegħu u bħalissa l-każ qiegħed fil-proċess tal-aġġudikazzjoni ta’ din l-offerta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17520 u 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17258.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati t-18-il ħaddiem li kienu impjegati temporanjament bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri minn liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17496.
Korporazzjoni Enemalta — Petroleum Distribution Operation
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għall-privatizzazzjoni tal-Petroleum Distribution Operation tal-Korporazzjoni Enemalta? Apparti B.B. Energy u alliance oil, liema kumpaniji oħrajn urew interess f'din il-privatizzazzjoni? Min qed jieħu ħsieb il-proċess ta' due diligence?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm erba’ kumpaniji li ssottomew offerti għall konċessjoni għall immaniġġjar, l-operazzjoni, manteniment u żvilupp tat-taqsima tal-Petroluem tal-Korporazzjoni tal-Enemalta u n-negozju tal MOBC Ltd.
Dawn kienu:
1. Powerplan Limited
2. BB Energy BV
3. Petroleum Tanking
4. Falzon Services Station Ltd flimkien ma l-Alliance Oil Company
Qabel ma ġie mħabbar l-BB Energy BV bħala il-“First Ranking Bidder” fit 8 ta’ Novembru 2008, il-Ministeru kkummissjona rapport ta’ Due Diligence indipendenti. Dan ir-rapport kien sar f’Settembru 2008.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18157 u 17614 u jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta'
press release
bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-
management
tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17614.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18318 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16671, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx miġbura l-informazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-informazzjoni dwar l-investiment barrani fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19224.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rimedjata l-ingustizzja li saret lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni ta’ żgumbrament nħarġet fuq ordni tal-Awtorità tad-Djar, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizzjoni ta' levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Ewro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea?
Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il-
levies
fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il-
levies
?
Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji ta' settur finanzjarju ?
Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni tal-Gvern hija kuntrarja għal levies bħal dawn sakemm dawn ma jiġux imposti b’mod universali u ekwu. Din kienet u għadha l-politika tal-gvern dwar din il-proposta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18703 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18703.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18701 u jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19187.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' proprjetajiet tal-Joint Office li ġew reġistrati matul l-2009 u l-2010 sal-aħħar ta' Mejju għand il-Land Registry?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2009, l-Uffiċċju Konġunt irreġistra 542 proprjetà għand il-Land Registry, filwaqt li fl-2010 sal-aħħar ta’ Mejju, ġew irreġistrati 228 proprjetà.
Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - xogħol infrastrutturali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17747, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex il-ħsieb li tibdel il-main tal-ilma li hemm fl-istess triq? Jista' jgħid jekk l-istess korporazzjoni qattx kellha komunikazzjoni mal-kunsill lokali dwar xogħlijiet fl-istess triq u jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji ta' din il-komunikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha l-ħsieb li tibdel il-main tal-ilma fi Triq il-Buskett f’Ħaż-Żebbuġ. Għaldaqstant kellha kommunikazzjoni mal-kunsill lokali dwar xogħlijiet fl-istess triq kif inhi l-proċedura fuq xogħlijiet simili.
B'referenza għall-ittra tal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke dwar l-approvazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi stallat dawl ġdid fi Triq San Ġorg Preca, kif ukoll ir-referenza 46/0794/06/1 datata 9 ta' Frar 2006 fejn irriżulta li wara li l-kunsill ħa ħsieb li ssir l-istallazzjoni kollha meħtieġa, issa rriżulta li l-applikazzjoni ilha għal għadd ta’ xhur għand il-korporazzjoni sabiex tiġi proċessata, jista' l-Ministru jinvestiga x’wassal għal dan id-dewmien kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara li l-imjegati tal-Enemalta marru fuq il-post biex jikkumnikaw il-lampi, rriżulta li kien hemm bżonn ta’ xi modifiki żgħar għax-xogħol li sar mill-kuntrattur tal-kunsill. Il-kunisll ġie nfurmat u kif isiru dawn il-modifiki mill-kuntrattur tal-kunsill, il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tingħata minnufih.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18771, 18573, 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett għall-iżvilupp ta' Ta' Qali Crafts Village?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport bl-istimi u pjan ta' żvilupp tal-proġett fuq il-bażi tal-pjanijiet ġie finalizzat u t-tenants kollha aċċettaw u ffirmaw il-proposta.
Waqt it-tfassil tal-pjanijiet ħarġu problemi tekniċi li jeħtieġu aktar żmien u studji sabiex jiġu risolti. Sadanittant, l-MIP tkellmet mar-rappreżentanti tas-sidien u l-konvenji ġew estiżi b’sena. Id-diskussjonijiet seħħew fl-aħħar ġimgħat ta’ Ġunju 2010.
WSC — mains ġodda f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u n-Naxxar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien it-tul ta' mains ġodda li ġew imqiegħda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-2009 fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar? Kemm inbidlu tul ta' mains f'dawn l-istess inħawi fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2009 fl-inħawi ta’ San Pawl il-baħar, Mellieħa u n-Naxxar tpoġġew 2 kilometri ta’ mains kif indikat fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Interlink cable bejn Malta u Sqallija — invitation to tender
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema kumpaniji u/jew consortia u minn min komposti wieġbu għall-invitation to tender dwar l-interlink cable ma' Sqallija li għalqet nhar is-6.7.10, wara li kien sar short listing tal-bidders tar-request for proposals minn adjudication committee appuntat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm offerta waħda mitfugħa mingħand ABB Malta – Sicily Consortium. Id-dettalji dwar minn min hu kompost il-consortium ma jistgħux jiġu ippublikati minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalita kif jitolbu r-regolamenti dwar xiri publiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19021 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni fir-riskju ta' faqar fis-sena 2000 u kemm hu n-numru ta' persuni illum? Jista' jgħid ukoll liema kienu il-kategoriji ta' persuni ċioe żgħażagħ, anzjani, single parent families eċċ. li jinsabu f'dan il-livell ta' kwalità ta' ħajja?
Response (FENECH, TONIO)
Permezz ta’ l-istħarriġ ‘Survey on Income and Living Conditions’, mis-sena 2005, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika beda jiġbor statistika annwali mingħand il-households. L-informazzjoni li tirrigwarda s-sena 2008 kienet ippubblikata fil-25 ta’ Ġunju 2010. Il-figuri tas-sena 2000 kienu ġew stmati mill-istħarriġ ‘Household Budget Survey’ u kienu ppubblikati taħt it-titlu ‘Structural Poverty and Social Exclusion Indicators’ fis-sena 2002.
Wieħed jista’ jikseb il-figuri li ġew mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni mitluba fuq il-persuni li kienu jinsabu f’riskju ta’ faqar għal dawn is-sentejn ma setgħetx tkun ikkompilata bl-istess mod minħabba l-fatt li l-istħarriġ kien differenti, u allura l-metodoloġija użata ma kinitx komparabbli. Għalhekk huwa importanti ħafna li wieħed joqgħod attent meta jikkwota ċerta tibdiliet fir-rati peress li xi ċaqliq fil-figuri setgħu seħħew minħabba f’hekk.
Attachments:19220 (papers laid 1).xls19220 (papers laid 2).xls