Legislature:
Category:
Reset
Active:

MITTS — direct tender biex jistallaw apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet mogħtija direct tender fil-MITTS sabiex kuntrattur ikun jista' jistalla apparat sabiex il-MITTS jittrasmettu wireless aktar minn 30 kilometru fuq sistema VPN? X'inhuma l-pjanijiet għal dan il-proġett? Kemm se jkun jiswa dan l-istess proġett? Minn min se jkun iffinanzjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-MITA (li qabel kienet il-MITTS) ma ħarġet l-ebda direct order għall-apparat sabiex titrasmetti wireless aktar minn 30 kilometru fuq sistema ta' VPN.

Awtorità dwar it-Trasport — tibdil fid-direttorat tal-liċenzji - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar tibdil fid-direttorat tal-liċenzji fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport? X'kien it-tibdil li sar f'dan id-direttorat u kemm kien hemm persuni li ġew affettwati b'riżultat ta' dan it-tibdil? Kemm u x'tip ta' promozzjonijiet seħħew b'riżultat ta' dan il-bdil?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispjega aħjar x'ifisser bil-kelma "tibdil".

Proġett tal-parlament il-ġdid/ir-rinnovazzjoni tas-sit tat-Teatru l-Imġarraf/Bieb il-Belt — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi finanzjat il-proġett tal-Parlament il-ġdid/ir-rinnovazzjoni tas-sit tat-Teatru l-Imġarraf/Bieb il-Belt? Dan se jiġi finanzjat kompletament mill-fondi pubbliċi? Jekk le, se jkun hemm applikazzjonijiet jew aċċess għal fondi ma' entitajiet oħra jew pajjiżi esteri? Jekk iva, ma' min? Kemm hu l-ammont relattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-proġetti msemmija se jiġu ffinanzjati kompletament mill-Gvern. L-ammont globali huwa ta’ € 80 miljun.

Żidiet fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel

Question

B'referenza għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel kif imħabbrin fit-30 ta' Ġunju li għadda, jista' l-Ministru jindika kemm kienu f'punti perċentwali ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali tal-petrol u d-diesel prodott prodott u kemm kienu ż-żidiet f'punti perċentwali tal-petrol u d-diesel prodott prodott skont ir-reviżjoni tat-30 ta' Ġunju li għadda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ April sal-aħħar ta’ Ġunju ta din is-sena , ż-żieda f’punti perċentwali fil-prezzijiet internazzjonali tal-petrol u d-diesel kienet ta’ 44% u 32% rispettivament. Min-naħa l-oħra, ż-żieda għall-istess perjodu fil-prezzijiet lokali skond ir-reviżjoni tat-30 ta’ Ġunju kienet ta’ 15% għal petrol u 1% għad-diesel.

Ministeru għalll-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Rilokazzjoni tad-dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar : i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — tkabbir fil-kapaċità tagħha

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9857, jista' l-Ministru jagħti tagħrif ta' kif sar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni Enemalta għandha kapaċita' biżżejjed biex tilħaq id-domanda tal-elettriku sakemm tibda taħdem l-impjant il-ġdid fl-2011. Enemalta għanda l-kapaċita' biex tissupplixxi d-domanda li ġiet mitluba minn Smart City (c 20MW) u Pender Place (c 8MW).

Korporazzjoni Enemalta — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9984, 9899 u 9772 u jgħid kemm kienu s-sussidji li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern fil-perijodi indikati u cioè: a) Bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007? b) Minn Ottubru 2007 sa Settembru 2008? ċ) Minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — sorsi alternattivi ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11055 u jagħti s-segwenti informazzjoni: 1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament? 2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi? 3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order? 4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order? 5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order? Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — telgħa ta' San Gużepp - xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni fit-telgħa ta' San Ġużepp aħna u deħlin minn San Pawl il-Baħar għall-Mosta fl-aħħar biċċa qabel eżatt ma taqbad dieħel fil-Mosta? Donnu li t-triq baqgħet imħarbta wara li saru xi trinek ġo fiha.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol kollu sar u t-triq infetħet għat-traffiku fit-12 ta' Awwissu 2009.

Flus fuq toroq prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9685, 9489 u 9002 u jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanazjarja kemm intnefqu flus f’toroq prinċipali li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u mhux minħabba l-emerġenza tal-maltemp, li ngħataw it-tarmac jew inbnew mill-ġdid? F’liema lokalitajiet kienu u kemm intnefaq f’kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

produzzjoni totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10165 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

konsum totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10167 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ilma li ġie trasferit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10168 u jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - irwejjaħ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkawża l-irwejjaħ ta' drenaġġ persistenti fi Triq l-Imdina, f'Ħal Qormi faċċata tal-Klabb tal-Boċċi ta' San Bastjan fejn minkejja li dan l-aħħar id-Dipartiment għamel xi tiswijiet fl-inħawi jidher li din il-problema għadha ma ssolvietx? Jista' jara li dawn l-irwejjaħ jitneħħew minħabba l-inkonvenjent li qed ibatu minnu r-residenti ta' din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta l-WSC investigat, sabet li kien hemm sadda fis-sistema nterna tad-drenaġġ taż-żewġ clubs tal-boċċi, kawżata minn tfieħ ta' xaħam u żjut mill-istess clubs. Il-Korporazzjoni naddfet din l-istess sistema u qalet lis-sidien/kerrejja taż-żewġ clubs biex japplikaw għal discharge permit u jinstallaw grease trap.

Baċir Numru 1 — bieb li jagħti għall-Isla

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10319, jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jsir dan il-link?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Link permanenti jifforma parti mix-xogħlijiet ta’ landscaping għal din iż-żona u se jkun komplut s’ April 2012. Madankollu huwa maħsub li aktar tard din is-sena se jkun hemm link temporanju permezz ta’ pontoon

Impjanti tat-trattament tad-drenaġġ — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10300 u jgħid x'inhi l-ispiża għall-operazzjoni u manutenzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, taċ-Ċumnija u ta' Għawdex separatament? X'inhi l-capacity ta' kull impjant? X'inhu previst li se jkunu l-ispejjeż għall-impjant li qiegħed jinbena fix-Xgħajra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu Jannar sa Mejju 2009 l-operat tad-diversi impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ ġie jiswa kif hawn taħt imsemmi: Impjant Spiza ta’ l-Operat Kapaċita medja ta’ trattament kuljum Għawdex € 293,505 6,000 m3 Tramuntana € 272,071 6,700 m3 Sant Antnin € 500,882 6,000 m3 L-operat u l-manutenzjoni ta’ l-impjant tax-Xgħajra huwa stmat għal madwar € 4.08 miljun fis-sena ibbażat fuq il-kapaċita massima ta’ trattament. Din il-figura hija ibbażata fuq rati eżistenti u tiġi riveduta meta l-impjant jibda jopera fis-sena 2010.

sussidju fuq it-trasport pubbliku lill-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min-naħa ta' l-Awtorità dwar it-Trasport hux ippjanat li tagħti s-sussidju fuq it-trasport pubbliku lill-persuni b'diżabilità bħalma jingħata lill-anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta mhix teskludi din il-possibilta`.

Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-proġett ta' Triq il-Ħammieri, Ħal Qormi, li kien ippjanat madwar 4 snin ilu mill-Awtorità dwar it-Trasport, se jinbeda u jitlesta, liema proġett kellu jagħmel it-triq sigura kemm għal dawk li jużawha bil-mixi kif ukoll għal vetturi li jgħaddu kontinwament minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed jitħejjew l-istejjem neċċessarji bbażati fuq disinni ġa ppreparati sabiex jiġu nkluża fil-pjan ta’ xogħlijiet ta' l-Awtorità. Dan dejjem ikun jista jsir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorità ffissata.

Qormi — Triq Karm Debono - Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-ħruġ ta' ilma minn ġo Triq Karm Debono kantuniera ma' Triq Tal-Bajjada, Qormi huwiex ilma jew drenaġġ għax qed jikkawża inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħruġ ta’ ilma fil-post imsemmi kienet kawżata minn ħsara fuq is-servizz tal-ilma tax-xorb ta’ binja fil-viċin. Il-ħsara ssewwiet fl-24 ta’ Lulju.