Tista' l-Ministru tgħid minn fejn qed tinġieb il-materja prima għall-proġett ta' Villa Rundle? Xi kemm huwa maħsub li jkun il-valur sħiħ ta' din il-materja prima għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26288.
Tista' l-Ministru tgħid min huwa/min huma l-kuntrattur/i li qed jagħmlu xogħol/xogħlijiet fuq dawn il-proġetti f’Għawdex - Villa Rundle, il-bus terminus il-ġdid u l-promenade taż-Żewwieqa? Kemm huwa l-valur ta’ kull biċċa xogħol b’mod separat? Kemm huwa maħsub li se jiġi jiswa b’kollox kull wieħed minn dawn il-proġetti? Xi ħlasijiet saru s'issa lill-kuntrattur/i involuti fuq kull proġett b’mod separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26289.

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26048, tista’ l-Ministru tgħid fuqiex kienu minfuqa l-fondi taħt kull item of expenditure? Tista’ tgħid għalxiex huma kommessi l-fondi taħt kull item of expenditure?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fondi jiġu kommessi u minfuqa taħt item of expenditure skont in-natura rispettiva tagħhom.

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17008 u għar-risposta relattiva, peress li l-Ministru kienet wieġbet li din it-tinda kellha tkun lesta s-sena l-oħra u għadha mhix lesta u dan b'ínkonvenjent kbir għat-tfal li jattendu l-iskola speċjali ta' Sannat, tista' l-Ministru tara li dan ix-xogħol jitlesta u jitwaħħal il-bieb biex it-tfal ikunu mkennija mill-elementi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol waqaf sabiex jiġu approvati xogħlijiet extra li jinkludu bieb ta' entratura li ma kienx inkluż fl-offerta oriġinali. Sar proċess biex inġabru stimi relatati, fuq il-parir tal-perit responsabbli mill-proġett, u wara li nġabru u ġew approvati, ix-xogħol jista' jitkompla u mistenni li jitlesta fi żmien qasir.

Bord tal-għażla — applikazzjonijiet biex persuni jieħdu ħsieb l-anzjani
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet li kienu ħarġu biex persuni jiġu magħżula biex jieħdu ħsieb l-anzjani? Twaqqaf il-Bord tal-Għażla? Meta se jsiru l-interviews?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sejħa għall-applikazzjonijiet ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u għaldaqstant nitlob li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 26288, tista' l-Ministru tispeċifika min huma s-sorsi lokali kollha kif ukoll is-sorsi barranin kollha li mingħandhom qed tinġab il-materja prima għall-proġett ta’ Villa Rundle ? Tista' tagħti breakdown tal-ħlasijiet li saru lil kull wieħed minn dawn is-sorsi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Contracting Authority ma torbotx lill-kuntrattur minn fejn iġib il-materja prima sakemm dan josserva l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Ħlasijiet li saru lill-kuntrattur fuq materja prima lokali u barranija, li jinkludu ukoll ix-xogħol, il-ġarr u tqiegħed huma ta' €768,085.83 u €271,590 rispettivament (Vat eskluż).

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin illum fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex?
Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fis-snin skolastiċi 1986/1987 u 1999/2000 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi ta' child care jiġu offruti mill-gvern f'Għawdex u xi pjanijiet għandu l-Ministeru f'dan ir-rigward?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu applikazzjoni mal-MEPA, PA/02357/09 biex jinbena child care centre fiż-żona tal-Ibraġġ u l-Malta Enterprise ukoll se jkollha child care centre fiż-żona Industrijali fix-Xewkija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 25859 u 26084 dwar xogħol u kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-permessi li jonqoshom l-approvazzjoni? Meta mistenni jitlesta l-proċess marbut mal-offerti relatati? Kemm hu mistenni li jdum biex jitlesta x-xogħol meħtieġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proċess għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni tal-MEPA għall-estensjoni ta' dan iċ-ċimiterju jinsab fl-aħħar stadju tiegħu. Wara l-permess tal-MEPA, jiġi ppubblikat it-tender u jsir l-iffirmar tal-kuntratti.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25860, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni mal-Università ta' Malta biex il-Farm tal-Gvern fix-Xewkija jsir Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni? Tista’ tgħid s'issa x’xogħlijiet strutturali saru u x’apparat u makkinarju nxtraw għal dan l-iskop?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa issa nbidlu soqfa ta' diversi kmamar, ġie rranġat maqjel tal-baqar, u ġiet upgraded area għat-taħwil u tilqim tas-siġar u sar upgrading tal-kmamar użati mill-Hands on Farming. Barra minn dan inxtraw żewġ tractors bl-apparat anċillari tagħhom, inkubatur, gaġeġ u apparat tal-użin għar-riċerka fuq it-tjur.
Il-ftehim ta' koperazzjoni mal-Università ta' Malta jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jkun iffirmat.