Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proċess taċ-childcare centres u kemm hemm fondi allokati għal dawn iċ-ċentri?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-applikazzjoni pendenti mal-MEPA għall-bini ta' Child Care Centre minn dan il-Ministeru waslet fl-aħħar stadji tagħha. Jiena nfurmata wkoll li f'April ġie approvat il-permess tal-MEPA għal Child Care Centre fix-Xewkija mill-Malta Enterprise.
Tista' l-Ministru tgħid mix-xogħol li tlesta fil-Villa Rundle, x'għad baqa' jsir? Kemm swew ix-xogħlijiet s'issa u x'inhi t-target date tat-tlestija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol li baqa’ jsir huwa xogħol tal-aħħar li jinkludi parti mill-pavimentar, id-dawl, taħwil ta’ siġar u pjanti u l-installar tal-play equipment. Ħlasijiet li tħallsu s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal €1,243,302.61 (Vat eskluż). Il-proġett għandu jitlesta din is-sena.
Marsalforn — bajja - three-dimension hydraulic model
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 26295 u 26043, tista' l-Ministru tgħid jekk l-offerta biex isir three-dimension hydraulic model fuq il-bajja ta' Marsalforn ġietx pubblikata? Jekk le, meta hu mistenni li toħroġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-offerta biex isir three-dimension hydraulic model fuq il-bajja ta' Marsalforn ġiet ippubblikata.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 26710, 26545 u 26048, tista' l-Ministru tgħid fuqiex kienu minfuqa l-fondi taħt kull item of expenditure? Tista' tgħid għalxiex huma kommessi l-fondi taħt kull item of expenditure?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26710.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26715, tista’ almenu l-Ministru tgħid min huwa l-kuntrattur li rebaħ it-tender għax-xogħol li qed isir f’Villa Rundle? Liema kienet it-tender li biha ġie assenjat dan il-kuntratt u meta ngħata? Tista’ tgħid jekk dan il-kuntrattur tħallasx tax-xogħol li diġà sar fuq dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella annessa.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 26048 u 26545, tista’ l-Ministru tgħid fuqiex kienu minfuqa l-fondi taħt kull item of expenditure? Tista’ tgħid għalxiex huma kommessi l-fondi taħt kull item of expenditure?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26545.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hemm nuqqas ta' ECG Technicians X'inhi r-raġuni li l-Gvern m'huwiex jikkonsidra li jniżżel jaħdmu ECG Technicians biex jimlew il-vacancies fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent l-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed iħaddem erba' (4) ECG Technicians. Dawn ikopru għas-servizz li jingħata kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Matul il-lejl dan is-servizz jiġi mogħti minn nurses tal-isptar. It-talba għal aktar ECG Technicians saret u qiegħda tiġi kkunsidrata.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nies fuq il-listi ta’ stennija għad-diversi servizzi mogħtija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm hu l-perjodu ta’ stennija għal kull servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Librerija ta' Vajringa — aċċess għall-persuni b'diżabilità
Question
Peress li l-librerija tal-Vajringa mhix aċċessibbli għall-anzjani, għall-persuni b'diżabilità u persuni oħra li għandhom problema ta' mobilità, tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex fix-xhur li ġejjin din il-librerija ssir aċċessibbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għaddejjin taħdidiet mal-amministrazzjoni u l-Kunsill tal-Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat Għawdex dwar l-użu tal-lift tal-iskola minn persuni anzjani, dawk bi bżonnijiet speċjali u oħrajn li għandhom problema ta' mobilità, li jixtiequ jagħmlu użu mil-Librerija Pubblika. Qegħdin jiġu evalwati possibilitajiet sabiex l-interess u s-sigurtà tal-istudenti jkunu assigurati waqt li l-lift jiġi użat minn terzi persuni.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella huwa wieqaf?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-kuntratt qed jiġi amministrat mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir il-Wi-fi fil-Qorti t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-istallazzjoni tal-Wi-Fi ġewwa l-bini tal-Qorti ta' Għawdex għadha qed tiġi kkunsidrata bil-ħsieb li tkun attwata fi ftit żmien ieħor.
Ministeru għal Għawdex — għajnuniet lill-kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuniet ta l-Ministeru għal Għawdex lill-kunsilli lokali Għawdxin f'din l-aħħar sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li f'din l-aħħar sena, s'issa ngħataw €7400 f'għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali Għawdxin. Ngħarraf ukoll li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex qed jimplimenta l-iskema għall-finanzjament ta' proġetti marbuta mal-viżjoni Eko-Għawdex mill-kunsilli lokali u kumitati amministrattivi.
Ministeru għal Għawdex — in services courses għall-impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru in service courses għall-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti f'Għawdex f'din l-aħħar sena u tgħid il-kors kemm dam u fejn sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ta l-Ministeru f'din l-aħħar sena lil għaqdiet, każini u non-government organisations Għawdxin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li f'din l-aħħar sena ngħataw €80470.67 f'għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet, każini u NGOs. Ngħarraf ukoll li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex qed jimplimenta l-iskema għall-finanzjament ta' proġetti marbuta mal-viżjoni Eko-Għawdex mill-għaqdiet volontarji u NGOs f'Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 26041 dwar xogħlijiet li kellhom isiru fuq parti mill-iskola tax-Xewkija biex tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office tlestewx, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-offerta għax-xogħol li għad baqa' jsir fuq dan is-sit ħarġitx kif kien mistenni, jiġifieri sal-aħħar ta’ Mejju 2011? Jekk le, għaliex għadha ma ħarġitx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-offerta għax-xogħlijiet fuq parti mill-iskola tax-Xewkija li se tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office ġiet ippubblikata u se tagħlaq il-Ġimgħa 24 ta' Ġunju 2011.
Tista' l-Ministru twieġeb parti tal-mistoqsija parlamentari 26491, fejn speċifikament staqsejt min huma s-sorsi lokali kollha kif ukoll is-sorsi barranin kollha li mingħandhom qed tinġab il-materja prima għall-proġett ta' Villa Rundle? Tista' tagħti breakdown tal-ħlasijiet li saru lil kull wieħed minn dawn is-sorsi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26491.
Tista' l-Ministru tgħid minn fejn qed tinġieb il-materja prima għall-proġett ta' Villa Rundle? Xi kemm huwa maħsub li jkun il-valur sħiħ ta' din il-materja prima għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26288.