Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18158 u 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiema li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri mil-liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17496.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19022 u ċioe: Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizjoni ta' levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Euro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea?
Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il-
levies
fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il-
levies
? Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizzjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji tas-settur finanzjarju? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19022.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b’kollox ir-refurbishment tal-Head Office tal-Gozo Channel? Jista' jagħti breakdown tal-ispiza item, item? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet ingħataw b’direct order? Lil min? Fuq deċizjoni ta’ min? Ir-regolamenti finanzjarji ġew osservati strettament il-ħin kollu? Min se jġorr ir-responsabbiltà amministrattiva għal dawn id-deċizjonijiet? F’każ ta’ direct orders liema kriterji intużaw biex ingħataw ix-xogħlijiet konċernati? Jirriżulta li kien hemm każijiet fejn minflok sempliċi refurbishment sar tibdil li seta' faċilment ġie evitat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-breakdown kollu tar-refurbishment ġewwa l-Head Office tal-Gozo Channel. Id-deċiżjoni sabiex jiġu rranġati tali uffiċini ttieħdet fil-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija peress li fil-preżent dawn huma l-uniċi uffiċini minn fejn qegħda topera l-administration ta’ l-istess kumpanija.
Sabiex isiru tali xogħlijiet inkisbu l-permessi neċessarji mill-MEPA, ittieħdu pariri ta’ diversi Arkitetti, kif ukoll saret evalwazzjoni u stima tax-xogħlijiet kollha li kellhom isiru sabiex tiġi assigurata l-istabilità tal-fond in kwistjoni. Tali xogħlijiet kienu kollha intiżi sabiex dik li qabel kienet tintuża bħala dar residenzjali setgħet tiġi konvertita f’uffiċini li jservu bħala Head Office tal-kumpanija Gozo Channel. Għaldaqstant ix-xogħlijiet li saru kienu kollha neċessarji.
Għal dak li huma r-regolamenti dwar
public procurement
, dawn ġew osservati strettament matul ix-xogħlijiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-wegħda elettorali tal-partit fil-gvern li l-VAT f'ċerti setturi titnaqqas minn 18% għal 15%? Liema huma dawn is-setturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-wegħda elettorali numru 13 diġà għaddiet mill-istadju ta’ ftehim fuq livell tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern qed janalizza liema huma s-setturi li għandhom jiġu indirizzati lokalment.
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-programm elettorali jitfassal għal perjodu ta’ 5 snin, u dan jiġi implimentat f’tali żmien.
Jista' l-Ministru jindika, mid-data tax-xiri ta' Dar Malta f'Rue Archimede fi Brussell sal-lum, kemm daħħal il-Gvern Malti kull sena minn kirjiet lill-terzi? Min kienu l-kerrejja? Għal kemm żmien? Kemm tħallsu l-kumpaniji ta' estate agency li ġew ingaġġati mill-gvern Malti biex jinstabu l-kerrejja? Jikkonsidra l-gvern li jagħmel pjan differenti dwar kif jista' jimtela l-ispazju vojt f'Dar Malta? Jistgħu jingħataw dettalji f'dan is-sens?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Awtoritajiet, Dipartimenti u Aġenziji tal-Gvern — ħlas ta' kera
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm iħallsu f’kera fuq bażi annwali dawk l-Awtoritajiet, Dipartimenti tal-Gvern u Aġenziji tal-Gvern bħalma hi l-MITA (ex-Mitts)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta — qliegħ minn kiri
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda topera s-sistema kompjuterizatta LEMIS fi ħdan it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, sabiex b'hekk ikun jista' jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 11762?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett tal-Lemis għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni. L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett fih varji stadji u meta dan jitlesta, ippjanat għall-aħħar ta’ l-2012, jibda l-proċess ta’ data inputting fis-sistema. Għad m’hemmx data meta dan il-proċess se jitlesta, u għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, tkun tista’ tingħata meta dan il-proċess ikun komplut.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Enemalta jiċċekkjaw l-arloġġ tad-dawl tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li l-aħħar kont li rċeviet li jkopri mill-20 ta' Frar sat-28 ta' Lulju 2010 kien esaġerat meta kkomparat ma' dak ta' qablu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-arloġġ tad-dawl tal-peruna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ġie investigat u wara li saret ispezzjoni fuq l-istess meter fil-ġurnata tal-lum 9 ta’ Settembru 2010, il-kont ġie rrevedut u inħareġ kont ġdid sad-data tal-lum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li nġabru flus revenue mit-taxxa fuq qligħ bħala riżultat tal-amnestija estiza sal-aħħar ta' Settembru 2010 matul l-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2010, it-taxxa miġbura b’riżultat tal-Iskema dwar Tnaqqis fil-Multi u l-Imgħax kienet €39,310,436.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li baqa' arretrati ta' income tax li attwalment jistgħu jinġabru wara li jkun ikkalkulat l-effett tal-amnestija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jikkalkula kemm jista’ jibqa’ arretrati wara li tinġabar it-taxxa b’riżultat tal-Iskema dwar Tnaqqis fil-Multi u Mgħax, għalhekk mhux possibbli li tingħata tweġiba.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-lokalità ta' Santa Luċija damet 48 siegħa mingħajr ilma bejn l-10 u 12 ta' Settembru 2010 meta f'lokalitajiet oħra dan ġie rimedjat f'iqsar żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi jirriżulta illi wara li ssewwiet l-ewwel ħsara u beda jinfetah l-ilma, żviluppaw żewġt ħsarat oħra ġewwa St Luċija stess. Dawn waqqgħu l-pressa taż-żona.
Is-Sibt 11 ta’ Settembru, l-ħaddiema ppruvaw isibu il-ħsarat iżda kien kollu għal xejn. Kienet ġurnata ta’ riħ li ma ippermettiex li joħroġ riżultat tajjeb mid-
detection
.
Għalhekk saret
detection
bil-lejl u saru it-tiswijiet matul il-jum tal-Ħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Korporazzjoni Enemalta qed iżżomm u fil-passat irrifjutat talbiet tal-Kunsill Lokali tal-Marsa, biex Triq is-Serkin fil-Marsa jkollha sistema adegwata ta’ street lighting?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba għal dawl adekwat qiegħda tiġi nvestigata flimkien ma’ talbiet oħra simili.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenux ġew audited l-accounts ta’ dak li kien il-National Changeover Committee? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn l-accounts fuq il-Mejda tal-Kamra?
Fl-istess waqt jista’ l-Ministru jgħid x’nefqiet kienu saru mill-persuna li kien jokkupa l-kariga ta’
Chairman
tan-National Changeover Committee, inkluż dawk li kienu tħallsu bi
credit card
li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellent li n-National Euro Changeover Committee (NECC) ma kinitx entità awtonoma iżda unit fi ħdan il-Gvern b’vot rikkorenti taħt il-Ministeru tal-Finanzi. Għaldaqstant in-nefqiet tal-NECC kienu u għadhom soġġetti għal verifa tal- Internal Audit and Investigations Department u tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda uffiċċjal tal-NECC ma kellu għad-disposizzjoni tiegħu credit cards għall-użu uffiċċjali tal-NECC. Fl-aħħarnett l-infieq taċ-chairman kienu kif se ngħid hawn taħt:
2006 - €340.95
2007 - €979.64
2008 - €217.10
Peress li bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fuq inter alia La Vallette Multi Manager Property Fund, jista' il-Ministru jagħti data definita meta ser tkun konkluża tali investigazjoni?
Peress li din hija ta' interess publiku, jista' l-Ministru jintavola l-istess riżultat tal-investigazzjoni esegwita mill-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-natura ta’ l-investigazzjoni fuq diversi materji li jikkonċernaw il-‘La Valette Multi-Manager Property Fund’ hija ta tali natura illi Awtorita` għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ikollha tanalizza diversi materji u diversi linji ta’ inkjesta (lines of enquiry), u wkoll, b’mod komplut tottjeni u tikkunsidra kull informazzjoni relevanti, u dan sabiex l-Awtorita` tkun f’pożizzjoni li tagħmel deċiżjoni informatata (informed decision) fil-konfront ta’ xi possibilita’ ta’ ksur ta’ kundizzjoni ta’ liċenzja minn licence-holder in kwistjoni. F’dan ir-rigward, filwaqt illi minn naħa l-waħda l-MFSA qegħda tagħmel l-isforzi tagħha sabiex fl-iqsar żmien possibbli tikkonkludi l-inkjesta tagħha, li bdiet f’Awissu 2010, minn naħa l-oħra ikun skorrett u prematur li tissuġġerixxi data spekulattiva sa meta din l-inkjesta tista’ tiġi konkluża. In vista ta’ dan, fl-eżerċizzju tagħha ta’ funzjoni tant sensittiva, l-Awtorita` regolatorja żgur ma tistax tħalli lilha nnifsha tkun kundizzjonata minn rapporti fil-midja (media).
Meta l-awtorita` kompetenti hija sodisfatta illi ċ-ċirkostanzi huma tali li jimmeritaw li jigu imxandra, hi tista’, fi kwalsiasi stadju, toħroġ stqarrija pubblika dwar il-konklużjonijiet tagħha. F’dan l-istadju, l-inkjesti għadhom għaddejjin, u għaldaqstant kull kumment ieħor dwar dak li jista’ jew li ma jistax eventwalment jiġi stabbilit jew imxandar ma jkunx xieraq u floku, iżda ikun sempliċiment spekulattiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li sar mill-Consortium MIDI sal-lum huwiex skont il-kuntratt mifthiem bejn il-gvern u l-istess Consortium? Liema huma l-partijiet tal-proġett li sal-lum għadhom ma ġewx esegwiti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol li sar mill-Consortium MIDI sal-lum huwa skont il-kuntratt miftiehem bejn il-Gvern u l-Consortium. Skont il-kuntratt, ix-xogħol kollu jrid ikun komplut sas-sena 2023.
Ix-xogħol li fadal jsir ġewwa Tigne jikkonsisti fil-bini ta’:
- Tigne North 1 minbarra l-basement
- Tigne North 2 minbarra l-basement, u
- l-kumplament ta’ Tigne North 3
Fir-rigward ta’ ‘
Manoel Island
’, għad irid isir ix-xogħol kollu minbarra l-Fortizza Manoel.
Jista' l-Ministru jippubblika l-ittra ta' tweġiba li l-Gvern Malti bagħat jekk hu l-każ lill-Kummissjoni Ewropea bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissarju Barnier li tirrigwardja l-għoti tat-tender għall-estensjoni tal-power station ta' Delimara lill-BWSC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni Ewropea titlob regolarment informazzjoni mingħand l-Istati Membri dwar proċessi differenti, fosthom dawk marbuta ma’ sejħiet għall-offerti, fejn il-Kummissjoni tara li l-proċessi tmexxew skont ir-regolamenti Ewropej. Kif dejjem jiġri waqt li għaddejja l-korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea, il-prassi stabbilita hi li l-ittri ma jiġux pubblikati qabel ma jintemm il-proċess.
Għal dan il-għan, matul il-ġimgħat li għaddew il-Gvern bagħat it-tweġibiet u l-informazzjoni mitluba lill-istess Kummissjoni Ewropea dwar il-proċess tal-offerti għall-estensjoni tal-
Power Station
ta’ Delimara.
Il-Gvern dejjem kien miftuħ li jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-Awditur Ġenerali ingħatatlu l-informazzjoni kollha qabel ma kkonkluda r-rapport f’investigazzjonijiet indipendenti li damet għaddejja 11-il xahar. Il-Gvern iddiskuta din il-materja u pprovda l-informazzjoni kollha waqt dibattitu parlamentari mifrux fuq żewġ seduti fejn il-Gvern ta informazzjoni u provda kjarifiki għall-mistoqsijiet kollha li resqet l-oppożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tassorbi nies il-kumpanija Arms Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tħaddem il-funzjonijiet li qabel kienu ta' dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jkun il-full complement tal-Arms Ltd? Dawn kollha se jiġu assunti mill-Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Bord li jisma l-appelli u oġġezzjonijiet fuq claims
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-aħħar il-Bord li jiddeċiedi u jisma' l-appelli u/jew oġġezzjonijiet fuq claims magħmula minn min jirċievi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar darba li l-Bord fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ltaqa kien fl-ewwel t’ Ottubru 2010. Dan il-Bord jara ‘claims’ dwar konsum ta’ ilma għoli.