Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali ssottomettewx il-lista ta' toroq li skond huma għandhom jinbnew mill-Awtorità dwar it-Trasport? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq residenzjali, f'kull lokalità, li l-Awtorità se tibni għall-ewwel darba u dawk li minħabba d-daqs u l-kundizzjoni tagħhom iddeċidiet li tassumi responsabbilta' għall-bini mill-ġdid tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali ma sottomettewx listi ta' dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' twelid ta' trabi kull sena mill-2004 'l hawn? Kemm kull sena kien il-perċentaġġ ta' trabi li twieldu fl-istess snin u li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father? Jista' tali cifri jagħtihom ukoll lokalità, lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' overhead traffic signs li huma bil-ħsara jew qatt ma twaħħlu? Jista' jinbeda eżerċizzju ta' manutenzjoni sabiex il-ħsarat u n-nuqqasijiet li hemm jitranġaw mill-aktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.
Issa li f’dan is-sajf bdiet topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri mil-lum il-quddiem fix-xhur tax-xitwa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif inhuma mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Cottonera — Triq quddiem De La Salle College - xogħlijiet
Question
Peress li t-triq ta' quddiem De La Salle College, Cottonera tkun mgħarqa kull meta tagħmel ix-xita, u peress li saru diversi mistoqsijiet dwar din il-problem, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir issa li reggħet ser tibda l-iskola u magħha jibda wkoll l-istaġun xitwi ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li Triq San Lawrenz Birgu, ilha s-snin fi stat ħazin, u peress li kemm il-darba kien gie mwiegħed li din it-triq ser issir, jista’ l-Ministru jgħid meta jaħseb li din it-triq fl-aħħar ser issir ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT lestiet is-servizzi u l-bażi meħtieġa u li l-materjal beda wkoll jasal Malta. Peress li x-xogħol ta' pavimentar ser isir mit-Taqsima tax-xogħolijiet, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-pavimentar lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li s-sinjura li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament tiġi provduta b'trasport li għandu ikun wieħed permenanti (indipendentement minn kull gvern tal-ġurnata) u mhux wieħed għal ftit taż-żmien biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant ikun iżjed ċar fil-Mistoqsija tiegħu ħalli nkun nista' nwieġbu tajjeb. L-Onor Interpellant huwa mitlub ukoll iġib il-kunsens tal-persuna konċernata.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li din qed tirċievi kont tad-dawl għoli ħafna paragunat mas-snin ta' qabel? Dan l-aħħar kienu bidlu l-arloġġ tad-dawl ukoll. Din tixtieq li xi ħadd mill-Korporazzjoni Enemalta jerġa' jmur jara jekk hemmx xi ħsara fl-arloġġ l-ġdid. Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċċessarji biex din il-problema tissolva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara stħarriġ li sar mill-Korporazzjoni irriżulta li f’18 ta’ Frar 2009 inbidel l-arloġġ tad-dawl. Fit 23 ta’ Lulju mar il-Meter reader biex jieħu ir-reading u sab konsum ta’ 588 units tad-dawl. Jekk tqabbel dan il-konsum mal-kontijiet ta’ qabel, dan hu l-istess konsum li taħli is-soltu għall- istess perijodu. Il-kont ikoppri minn l-20 ta’ Jannar 2009 sa 23 ta’ Lulju 2009 u l-ammont hu ta’ €122.69 u għandha kreditu ta’ €38.11
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dak il-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jitkompla sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent li t-twaqqif ta' dan il-proġett qed joħloq?
Response (GATT, AUSTIN)
Infurmat li x-xogħlijiet kollha miftehmin bejn it-Traffic Management Unit u l-Kunsill tal-Mosta ġew attwati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT f'rigward tal-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta f'Triq il-Kostituzzjoni fejn illum il-proġett imsemmi jidher wieqaf u dan qed iwassal sabiex f'kull salib t-toroq f'din it-triq ewlenija qed joħolqu periklu u inkonvinjent għal dawk kollha li jkunu mixjijn f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Infurmat li x-xogħlijiet kollha miftehmin bejn it-Traffic Management Unit u l-Kunsill tal-Mosta ġew attwati.
Billi Triq San Ġorġ, Triq il-Ġilju, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq is-Sajjied, Triq il-Ħalel u t-telgħa tal-Wardija, matul ix-xhur li għaddew batew il-konsegwenzi ta' ħsarat li saru fit-toroq, prinċipalment minn ħsarat fil-main tal-WSC, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawn it-toroq jiġu asfaltati mill-ġdid u dan biex jiġu evitati ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnhom u wkoll jonqos it-tgergir tar-residenti f'dawn l-istess toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Ġilju u Triq Ħalal ġew asfaltati ftit taż-żmien ilu filwaqt li Triq il-Wardija issewwiet wara li tlesta x-xogħol mill-WSC bħala parti mill-kundizzjonijiet li l-Awtorità għamlet biex inħareġ il-permess għal dan ix-xogħol.
Rigward it-toroq San Ġorġ, Qalb ta’ Ġesu’ u Sajjied ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali huwa responssabli għall-manutenzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa, u b'mod partikolari l-parti tat-triq li twassal minn ħdejn ir-Roman Baths sat-triq li tasal mix-Xemxija, tiġi rranġata qabel ma sseħħ xi traġedja li tħalli lil xi persuni mejtin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT biex dan ix-xogħol isir meta r-riżorsi jippermettu.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4018 u 3703 u jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għas-sena 2009, kull metru kubu ta’ ilma ser jiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma €2.46. Fl-1998 u fl-2003 kull metru
kubu ilma kien jiswa lill-Korporazzjoni €2.87 u €2.31 rispettivament.
Kull unit tal-elettriku għas-sena 1997/8 kien ġie jiswa lill-Korporazzjoni Enemalta €0.0804 filwaqt li għas-sena 2002/3, ġie jiswa €0.0892.
Billi ftit ilu ġejt mgħarraf li t-triq li tagħti minn Mekkek Bar sa Victoria Gardens/Lukanda Halland reġgħet infetħet two way jista' l-Ministru jinvestiga dawn in-nuqqasijiet marbutin ma' din it-triq u jgħid x’rimedji qed joffri billi :
- it-triq hija biss parzjalment
surfaced
- parti minnha hija ‘
obstructed
’
- parti minnha hija biss tajba għal
one lane
filwaqt li partijiet oħrajn għal
two lane
- fiha hemm xejn anqas minn tliet
blind corners
- u m'hemm l-ebda
footpaths
B’żieda ma' dan hemm il-bottlenecks kontinwi li qed jinqalgħu regolarment mit-traffiku li jkun ġej miż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija meqjusa bħala triq rurali u minn dejjem kienet two way. Eventwalment, bħala parti mill-iskema ta’ immaniġġjar tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet tal-pont Manwel Dimech din it-triq kienet inqalbet temporanjament one way. La darba tlesta x-xogħol, din it-triq reġgħet inqalbet għal two way kif kienet originarjament. Jien infurmat ukoll, li bħal fil-każ ta' diversi toroq rurali oħra, l-ADT m'għandha l-ebda pjan ta' xi intervent fuq din it-triq peress li din it-triq hija responsabbiltà tal-kunsill lokali.
Peress li rċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw għaliex minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika u allura kull min għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker; peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabiltà li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jigi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-politika eżistenti dwar din il-materja hi maqbula mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità. Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tagħha lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5338, 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser issir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 9413, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li fihom ser isir major patching jew resurfacing matul din is-sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5335, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li minn meta twaħħlet il-camera sal-lum kien hemm inqas incidenti, jew le? Kemm kienet din id-differenza, jekk il-każ huwa li kien hemm inqas inċidenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-camera li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-fatt mhix speed camera li normalment titwaħħal sabiex ikun imrażżan l-ispeed eċċessiv u allura jitnaqqas in-numru ta' inċidenti tat-traffiku iżda fil-fatt hija camera tat-tip CCTV.
Nirreferi għalhekk l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar madwar sena ilu fuq it-Triq il-Ġerejja l-Marsa? Dan ix-xogħol ġie ċertifikat mill-awtorità kompetenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ma għamlet l-ebda xogħol fi Triq il-Ġerrejja, Marsa.