Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #323 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett tal-Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta f'termini ta' persentaġġ mill-proġett tal-Biċċerija l-ġdida f'Għawdex? Tista' tgħid jekk ix-xogħol huwiex miexi mal-miri stabbiliti? Tista' tagħti lista tax-xogħlijiet li saru s'issa? Tista' tagħti lista tax-xogħlijiet li jonqos isiru? Tista' tgħid min kienu l-kumpaniji privati li ħadmu fuq dan il-proġett sal-lum u kemm tħallsu s'issa? Tista' tagħti data ta' meta mistennija terġa' tiftaħ din il-biċċerija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-biċċa l-kbira tax-xogħol fil-Biċċerija huwa lest u li dan jikkonsisti minn xogħlijiet strutturali, upgrading tal-post u provvista u installazzjoni ta’ apparat modern u servizzi anċillari biex jassigura biċċerija ta’ standards Ewropej. Bħalissa qegħdin isiru xi xogħlijiet ta’ finishes u setting ta’ apparat u qegħdin jiġu ffinalizzati l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni wara li saru diġà xi qatliet ta’ majjali u ċanga bi prova. Jiena nfurmata wkoll li l-biċċerija mistennija tiftaħ formalment fil-futur qarib u li kumpaniji privati li ħadmu fuq dan il-proġett huma kif jidhru fuq l-iskeda annessa u li l-ħlasijiet globali fuq il-proġett jammontaw għal €1,637,706. · A & E Mintoff Co. Ltd. · AluCare Mosta Ltd. · Camray Co. Ltd. / Technostar Due srl JV · Donald Pace · Eucharistico Portelli · Joe Portelli · Joseph Saliba · Piju Attard · Road Construction Co. Ltd. · Food Gold International · L. Curmi & Partners · Enemalta · Joseph Cauchi · De Valier Co. Ltd. · Borg Aluminium · Michelle Hili · Carmel Camilleri · Enelux Ltd. · Asri Co. Ltd.
Leg 11 PQ #324 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — funzjonijiet pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk Villa Rundle ingħatatx b'esklussività għal funzjonijiet pubbliċi lil kumpanija partikolari? Jekk iva, min hi din il-kumpanija u xi proċedura ntużat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Villa Rundle ma ngħatat lill-ebda kumpanija b'esklussività għall-funzjonijiet pubbliċi.
Leg 11 PQ #334 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista' ta' konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma taw ebda servizzi ta' konsulenza matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament.
Leg 11 PQ #369 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — child care centres

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm child care centres f’Għawdex? F’kemm minnhom għandu sehem dirett il-Gvern u x’inhu l-prezz medju għall-użu tas-servizzi f’dawn iċ-ċentri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi hemm child care centre illi responsabbli minnu hija l-Knisja f'Għawdex u għaddejja ħidma biex jinfetħu oħrajn mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #371 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Micro Business Park

Question

Tista’ l-Ministru tgid fiex wasal il-proġett tal-bini tal-Micro Business Park f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W287.
Leg 11 PQ #372 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Qasam tax-Xewkija — xogħlijiet ta’ titjib

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta’ titjib fil-qasam tax-Xewkija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema qasam qiegħed jirreferi għalih.
Leg 11 PQ #417 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — kontijiet tad-dawl pendenti

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm huwa fil-preżent il-kont pendenti mal-Korporazzjoni Enemalta għas-servizz tad-dawl fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, inkluż l-isptar mentali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li skont l-aħħar kontijiet mibgħuta mill-ARMS Ltd. il-kont pendenti għas-servizz tad-dawl fl-Isptar Ġenerali u l-Isptar Mentali jammonta għal €455,111.10.
Leg 11 PQ #436 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — direttur tar-Registru Pubbliku u nutar tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu d-direttur u reġistratur tar-Reġistru Pubbliku t'Għawdex u min hu n-nutar tal-gvern t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tmexxija tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex hija f'idejn Dr. Marlin Vella u meta jkun meħtieġ servizz ta' nutar tal-Gvern f'Għawdex, jintbagħat nutar minn Malta.
Leg 11 PQ #27715 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pilloli tal-cholesterol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'Għawdex persuni li huma intitolati għall-mediċinali b'xejn, mhumiex jingħataw pilloli tal-cholesterol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek (POYC) iqassam diversi pilloli marbuta mal-kundizzjoni tal-kolesterol. Meta xi mediċina tinzerta out of stock u tasal fl-istores tal-POYC, isir dak kollu possibbli biex din il-mediċina titqassam fil-114 -il spiżerija li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-POYC fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 11 PQ #28158 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kumpless Sportiv - nuqqas ta' ekwipaġġjament

Question

Peress li tfal li jipprattikaw id-dixxiplina tal-ġinnastika qed jilmentaw minħabba nuqqas ta' ekwipaġġjament fil-Kumpless Sportiv ta' Għawdex in partikoli trampoulines u bars, tista' l-Ministru tara li dan in-nuqqas jiġi indirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Kumpless Sportiv t'Għawdex huwa mgħammar b'żewġ trampoulines biex jintużaw fl-eżekuzzjoni tal-lezzjoni tal-Ġinnastika waqt Skola Sports. Fil-futur qarib hemm il-ħsieb li fl-istess Kumpless issir sala tal-Ġinnastika li tkun attrezzata bit-tagħmir kollu neċessarju.
Leg 11 PQ #27539 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — intra articular injections synvisc

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru u ngħataw trattamenti intra articular injections synvisc f'din l-aħħar sena fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma sar u ngħata l-ebda trattament intra articular injections synvisc ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Leg 11 PQ #27599 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Rabat — Triq l-Ewropa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27433, tista' l-Ministru tgħid x'azzjoni neċessarja qiegħda tittieħed peress li dik il-patch għadha ma ġietx asfaltata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi r-roqgħa msemmija ġiet asfaltata.
Leg 11 PQ #27616 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru tal-NGOs - sistema tal-arja kondizzjonata

Question

Billi fiċ-Ċentru tal-NGOs fix-Xewkija Għawdex ikollhom bżonn imorru biex jinqdew persuni bi bżonnijiet speċjali, per eżemju, persuni b'diżabilità biex jagħmlu l-blue sticker, tista' l-Ministru tgħid meta se tigi stallata s-sistema tal-arja kondizzjonata f'dan l-uffiċċju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ġiet stallata sistema tal-arja kkundizzjonata fl-uffiċċju konċernat.
Leg 11 PQ #26888 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Proġett Eko Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ivvutati flus għall-proġett Eko Għawdex? Tista' tagħti breakdown ta' kemm u kif u fuq liema proġett intnefqu s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12748, 14210, 22019 u 26204. Jiena nfurmata wkoll li għas-sena 2011, il-Gvern alloka €6 miljuni għall-proġett Eko-Għawdex. Dan il-fond qed jintuża biex jitkomplew proġetti u inizjattivi mibdija fis-snin ta' qabel u biex jitwettqu diversi inizjattivi mibdija matul din is-sena.
Leg 11 PQ #27365 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — service contract agreements

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u tagħti d-dettalji relattivi u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella u s-sample contract li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27433 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Rabat — Triq l-Ewropa

Question

Peress li fi Triq l-Ewropa, fir-Rabat Għawdex proprju f'dik il-parti fejn tizbokka Triq Universitas hemm patch mimlija zrar, liema zrar ilu jakkumula s-snin u qed ikun kawża ta' inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi; peress ukoll li saru lmenti lill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex din il-parti tigi asfaltata imma din il-parti taqa' taħt ir-responsabilta tal-Gvern Ċentrali, tista' allura l-Ministru tara li din il-patch zrar tiġi asfalata kemm jista' jkun malajr?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 11 PQ #27268 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — swali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm pazjenti rġiel u nisa ta' 'l fuq minn 65 sena rikoverati fis-swali tan-nisa u tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin, li damu rikoverati iktar minn tliet ġimgħat? Tista' tgħid jekk wara ġewx rilaxxati biex imorru d-dar jew intbagħtu f'sala oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27049 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Nies li jaħdmu f'Coventry fir-Renju Unit

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 26873 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa qed tiġi riferuta lilha u tgħid jekk fit-tmexxija tal-Isptar ta' Għawdex u nies li jservu f'dak l-isptar għandhomx xi arranġament biex jibqgħu jaħdmu f'Coventry fir-Renju Unit fl-istess ħin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-amministrazzjoni tal-isptar t'Għawdex m'għandha l-ebda informazzjoni li xi impjegat tal-isptar għandu xi arranġamenti biex jaħdem ukoll f'Coventry fir-Renju Unit.
Leg 11 PQ #27246 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti ta' affrestazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni saru f'din l-aħħar sena? Tista' tagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx by tender jew direct order u kemm sewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-aħħar sena sar tħawwil ta’ siġar f’estensjoni tal-Masġar Papa Ġwanni XXIII f’Għajnsielem fejn tħawlu siġar imkabbra fin-nurseries tad-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex, u fejn ix-xogħol sar mill-istess ħaddiema għajr għall-provvista u tqegħid ta’ parti mis-sistema ta’ tisqija. Barra minn dan, għaddej ix-xogħol fuq ġnien ġdid f’Marsalforn u qegħdin isiru l-preparamenti neċessarji biex isir masġar fil-Qortin ta’ Isopu fin-Nadur, u biex jiġi upgraded il-Masġar ta’ Ulisse fix-Xewkija. In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet sa issa tammonta kif ġej: Sit Xogħol Kuntrattur Ammont Masġar Papa Ġwanni XXIII Quotation għall-Provvista ta’ materjal ta’ irrigazzjoni Joseph Camilleri €1,471 Xogħol ta’ tqegħid tal-Materjal Joan Ciantar €1,000.00 Applikazzjoni għall-permessi MEPA €14,459 Ġnien f’Marsalforn Tender għall-Bini ta’ ħajt ta’ lqugħ A Gatt Tarmac Ltd €24,036 Tender għall-Bini ta’ ħajt ta’ lqugħ B Gatt Tarmac Ltd €21,059 Tender għall-Bini ta’ ħajt ta’ lqugħ C u passagg. Gatt Tarmac Ltd €34,343 Tender għall-Taħmil ta’ materjal Peter Paul Said €4,910 Tender għall-Bini ta’ passaġġi A, B, D. Gatt Tarmac Ltd €117,715 Tender għall-Bini ta’ ġibjun u ħajt Gatt Tarmac Ltd €27,559 Rimi ta’ materjal Teddy Grima Construction €68 Quotation għall-3D Model A.Camilleri & R.Mallia Exalta Projects €2,218 Masġar Ulisse, Xewkija Applikazzjoni għall-permessi MEPA €4,261.00 Xiri ta’ materjal Axiaq Brothers €35 Masġar fil-Qortin ta’ Isopu Applikazzjoni għall-permessi MEPA €3,727 Xiri ta’ materjal Mallia Property and Development €73
Leg 11 PQ #27247 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel t'Għawdex — xogħlijiet ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni saru fl-iskejjel t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.