Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta qiegħda tinġabar għaldaqstant se tingħata f’ seduta oħra.

Kumpanija MIDI — ammont totali ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali ta' flus li sal-lum il-kumpanija MIDI ħallset lill-gvern? Dan l-ammont jirrifletti s-somma totali li kellha titħallas skont il-kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont totali ta’ flus li sal-lum il-Kumpanija MIDI plc ħallset lill-Gvern huwa ta’ € 15,505,209.62. Dan l-ammont jirrifletti s-somma totali li kellha titħallas skont il-kuntratt.

Arms Ltd — stqarrija

Question

Wara li l-Prim Ministru għamel stqarrija li Arms Ltd għandha tagħmel apoloġija minħabba l-fjask li għamlet, jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra min kien responsabbli għal dan il-fjask?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tal-ARMS Ltd. personalment jew permezz tat-telefon jew email huwa sostanzjali. Bħala medja, ikun hemm madwar 1,000 kuntatt kuljum. Il-kuntatt min-naħa tal-pubbliku jsir għal aktar tagħrif dwar kontijiet li jirċievu, għal ħlasijiet ta’ kontijiet, jew inkella għal trasferimenti tal-kontijiet, prinċipalment. Matul ix-xahar ta’ Lulju u Awwissu, b’mod partikolari, konsegwenza tal-ħruġ tal-energy allowance li ngħata lill-familji għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt, il-kuntatt min-naħa tal-pubbliku żdied għal-livelli ta’ madwar 1,500 kuljum. Dan kien ikkaġunat primarjament minħabba li kien hemm numru ta’ familji li riedu jagħmlu trasferimenti ta’ kontijiet jew inkella minħabba li riedu jirranġaw in-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kontijiet. Dan bil-konsegwenza li żdied sostanzjalment l-ammont ta’ persuni li marru personalment fl-uffiċċju tal-ARMS Ltd., u minbarra ż-żieda fin-numru ta’ telefonati u emails. Biex jilqgħu għal din iż-żieda, ARMS Ltd. ħadet numru ta’ miżuri sabiex tilqa’ għal din iż-żieda ta’ kuntatt mill-pubbliku billi żiedet in-numru ta’ aġenti front office , estendiet il-ħin tal-ftuħ għall-pubbliku, saħħet il- fast track lanes biex jinqdew aħjar klijenti bi problemi zgħar, żiedet service lanes oħrajn biex jinqdew konsumaturi b’servizzi oħrajn iżjed frekwenti, u fetħet waiting area li qed taqdi aħjar lill-pubbliku waqt li jkun qed jistenna biex jinqeda. Din iż-żieda straordinarja reġgħet bdiet ġejja għan-normal f’dawn l-aħħar ġranet, u qed terġa’ tinżel fil-medja li kien hemm qabel dan il-perjodu qasir straordinarju. Madankollu, ARMS Ltd. qed tkompli taħdem sabiex ittejjeb is-servizz lejn il-pubbliku billi, fost l-oħrajn tirrevedi l-proċessi amministrattivi bil-għan li jitnaqqas il-ħin ta’ stennija mill-pubbliku, u billi se żżid il- points of contact għal dawk il-persuni li jagħmlu kuntatt permezz tal- freephone . Bħalissa wkoll qed isiru x-xogħolijiet neċessarji fil-post identifikat ġewwa ‘Gattard House’ fil-Blata l-Bajda, sabiex dan ikun jista’ jinfetaħ fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa maħsub li jinfetaħ fil-bidu ta’ 2011.

Arms Ltd — ħaddiema redundant

Question

Peress li ċertu sezzjonijiet fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta se jkunu assorbiti mill-Arms Ltd, jista' l-Ministru jikkonferma li ħadd mill-ħaddiema li kienu jaħdmu f'dawn is-sezzjonijiet ma huma se jinġiebu redundant? Jekk ħadd mhu se jiġi redundant dawn se jiġu kostretti jaħdmu f'xogħol differenti u ħaddiema ġodda jiġu ngaġġati mal-Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħaddiem m’hu se jiġi redundant. Dawk il-ħaddiema li ma jkunux assorbiti fil-kumpanija, jingħatalhom xogħol alternattiv fil-Korporazzjonijet rispettivi tagħhom.

Smart Meters — importazzjoni, stallazjoni u managment tal-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabli għall-importazzjoni, stallazjoni u management tal-kuntratt ta' Smart Meters li huwa stmat aktar minn €70 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-importazzjoni ta’ l-apparat relatat mall-kuntratt ta’ l-iSmart Meters taqa taħt ir-resposabilita’ ta’ IBM bħala l-kumpannija li ġiet magħżula biex timplimenta’ u tikkommissjona dan il-proġett. L-istallazzjoni ta’ l-iSmart Meters fil-preżent qegħda issir mill-ħaddiema interni tal-korporazzjoni tal-Enemalta, filwaqt li l-implementazzjoni tal- Water Transmission Devices qegħda issir mill-ħaddiema interni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Il- Programme Management tal-kuntratt qiegħed isir mill-IBM flimkien ma' uffiċjali tal-Malta Information Technology Agency (MITA). Il- management ta’ kull proġett li jaqa' taħt dan il-program huwa immexxi minn managers mill-IBM flimkien ma’ managers lokali mill-korporazzjonijiet u l- managers f’ARMS Ltd.

Arms Ltd — programm tal-Kompjuter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Arms Ltd għall-programm tal-kompjuter magħruf SAP?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ SAP, tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal -Ilma, u mhux mill- ARMS Ltd.

Programm tal-kompjuter SAP

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jinkera dan il-programm SAP mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont li qed jitħallas bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-programm SAP huwa ta’ €2,750,580 fuq medda ta’ erbgħa snin.

Programm SAP

Question

Jikkonferma l-Ministru li dan il-programm SAP li issotitwixxa l-program preċedenti li kellhom iż-żewġ korporazzjonijiet huwa ineffiċjenti u ma jlaħħaqx mad-domanda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm SAP huwa wieħed mill-aktar avvanzat u wieħed mill-aktar Software li jiġi istallat madwar l-Ewropa fejn jidħlu neċessitajiet simili tal-Korporazzjonijiet. Ta’ min infakkar li l-programm tal- billing li kien qed jintuża qabel mill-Korporazzjoni għas Servizzi tal-Ilma kellu 15 il-sena u kien ibbażat fuq teknologija antika li kienet waslet fl-aħħar tal- lifetime tagħha. Apparti dan, mis-sistema antika ma setgħax jiġu ġġenerati numru ta’ rapporti addattati għaż-żmenijiet ta’ illum.

Impjegati ma' entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm kien hemm impjegati mal-entitajiet pubbliċi f'Diċembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ftehim kollettiv iffirmati bejn entitajiet pubbliċi u unions

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' ftehim kolettiv iffirmati bejn entitajiet pubbliċi u unions? Jista' jindika għal kull ftehim min huma l-organizzazzjonijiet firmatarji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Tim taċ-Change Management - ħlas

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm tħallas kull uffiċjali tat-tim taċ-Change Management fil-Malta Enterprise minn meta ġew ingaġġati sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li iċ-Change Management Committee tal-Malta Enterprise kien magħmul minn 3 uffiċċjali. 2 minnhom huma impjegati tal-Malta Enterprise, u għaldaqstant kellhom il-paga regolari tal-kumpanija. Iċ-Chairman tal-kumitat kien konsulent estern u tħallas total ta’ €24,800. Din is-somma kienet tinkludi ħlas għal konsulenza fuq l-ifformolar tal-pjan ta’ ri-organizzazzjoni u l-proċess kollu ta’ tmexxija tal-bidla, liema proċess dam sitt xhur.

Nefqa fuq mawra tal-Prim Ministru u l-Malta Enterprise fil-Lvant Nofsani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra tal-Prim Ministru u l-Malta Enterprise fl-Lvant Nofsani aktar kmieni din is-sena, partikolarment il-vjaġġi bl-arju u l-kiri tal-ajruplani?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 17046.

Mosta Technopark — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qegħdin joperaw fil-Mosta Technopark? Liema huma dawn il-fabbriki u kemm qegħdin jimpjegaw nies magħhom, kull fabbrika separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-‘Mosta Technopark’ joperaw dawn il-fabbriki: MST 010 Infratec Pro Limited MST 004 Megabyte Limited MST 005X Raesch Quarzlas (Malta) MST 009 Cheops Malta Limited MST 016X Bavarian Technology Systems MST 020X Mikrotek Medical Malta Limited MST 023 Sicons Opto-Products Malta Ltd MST 024 Institute of Cellular Pharmacology Ltd MST 026 Datatrak Systems Limited Rigward l-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji nirreferi lil-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ.

Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure - vot kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta' Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure tal-vot rikorrenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex — Virements li saru taħt kull item of expenditure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex — Nefqa taħt kull item of expenditure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta' Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

VAT miġbur minn Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT minn Għawdex id-Dipartiment tal-VAT kull sena mill-1999 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Wieħed irid jiċċara li hemm VAT bħal fuq konsum tad-dawl u ilma, telefonija, telefonija ċellulari li ma tistax tinqasam fuq Għawdex għax tinġabar minn kumpaniji reġistrati Malta.

Konsum tal-ilma f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17258.

Tank Cleaning Farm — persuni li jaħdmu fih

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-Tank Cleaning Farm hemmx persuni għadhom jaħdmu? Jekk fl-affermattiv, taħt liema dipartiment/aġenzija/korporazzjoni jaqgħu? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'se jiġri minnu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Shipyards Ltd għandha ħames impjegati allokati fir-Ricasoli Tank Cleaning Farm. F’dan is-sit jiġu allokati ukoll security guards tal-kumpanija Malta Shipyards Ltd fuq bażi ta’ 24x7.