Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' marinas tal-Gvern? Kemm hu n-numru ta' berths f'kull marina minnhom? Kemm huma t-talbiet għal berths f'kull marina? Hux il-ħsieb tal-Gvern li dawn il-marinas jitkabbru u b'kemm berths? Hemm xi ħsieb li jinbnew marinas ġodda, fejn u kemm se jkollhom berths kull marina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7252, 6870, 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7252.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kaġun tal-inkonvenjent tar-riħa kbira ta' drenaġġ li qed ibatu minnha r-residenti ta' Mġarr Road Għajnsielem, liema riħa ġejja mill-inħawi tal-heliport f'Għawdex? X'qed isir biex tiġi rimedjata din il-problema peress li ormai dawn ir-residenti ilhom diversi ġimgħat għaddejjin b'dan l-inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-riħa ta’ drenaġġ mill-inħawi tal-Heliport f’Għawdex huwa kaġun ta’ sadd tal-mina tad-drenaġġ riżultat ta’ ħsara li żviluppat f’din il-mina.
Temporanjament tpoġġew żewġ pompi biex issir devjazzjoni tad-drenaġġ.
B’mod permanenti l-Korporazzjoni qed tipprepara pjanijiet biex dan is-sadd li qiegħed fil-mina (100 pied taħt l-art) jinfetaħ kemm jista’ jkun malajr.
Jista' l-Ministru jinvestiga b'urġenza l-inkonvenjent u l-periklu għas-saħħa li teżisti fil-Gżira minħabba li d-drainage pumping station bejn Rue d'Argens u Triq Luqa Briffa għal dawn l-aħħar xhur kienet responsabbli għall-irwejjaħ insapportabbli f'ħinijiet kontinwi tal-ġurnata? Dan aktar u aktar billi għadd ta' residenti tal-lokal li għamlu lmenti mal-uffiċjali konċernati saħansitra għaddewlhom ritratti tad-dumping ta' raw sewage fil-miftuħ f'dan is-sit, mingħajr ma ttieħdu ebda passi rimedjali. Napprezza jekk il-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi effettivi ttieħdu mindu ġiet sottomessa din il-mistoqsija.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kawża ta’ dan l-inkonvenjent kien sadd fil-mina tad-drenaġġ viċin id-drainage pumping station tal-Gżira. Dan is-sadd ġie miftuh mill-ħaddiema tat-Taqsima tad-Drenaġġ ftit wara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li hemm mal-Gozo Channel ? Jista’ jgħid ukoll minn kemm membri tal-crew ikun magħmul kull vjaġġ mill-vapuri tal-istess kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jara li ssir controlled pedestrian crossing fl-area magħrufa bħala ħdejn il-Cafe Riche Bormla/Birgu u dan peress li fuq iż-zebra crossing li hemm qed ikun hemm ħafna periklu għal min ikun ser jużaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar kull sena mill-2007 'l hawn biex jitwaqqaf business incubation centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtortià dwar it-Trasport — Xemxija - Karozzi tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar diskussjonijiet mill-Awtorità dwar it-Trasport dwar il-ħtieġa li jkun hemm karozzi tal-linja li almenu fix-xhur tas-sajf jitilqu mix-Xemxija, biex ir-residenti ta' dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinqdew aħjar f'dak li hu servizz ta' trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2184, partikolarment għall-aħħar sentenza tat-tweġiba mogħtija.
San Pawl il-Baħar — Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma - studju partikolari
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex xi studju partikolari għal dawk li huma l-ħteġijiet preżenti u futuri għas-sistemi tad-drenagg li hemm f'San Pawl il-Baħar u l-kumplament tal-lokalità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħtiġijiet preżenti u futuri għas-sistema tad-drenaġġ li hemm f’San Pawl il-Baħar u l-kumplament tal-lokalità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar, huma inklużi fl-istudju li sar mill-Korporazzjoni għas-sistema kollha tad-drenaġġ f’Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikolari biex isiru xogħlijiet ġodda fil-baħar matul il-kosta Maltija? Liema huma l-proġetti li hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiddikjara x'inhu r-raison d'etre wara d-deċiżjoniji tal-Ministeru tiegħu li l-open top buses jibdew iħallsu €32,000 għal kull xarabank miftuħ li jidħol fis-suq (entry fee)? Min kien diġà jopera fil-qasam tal-open top buses qabel l-implimentazzjoni ta' dan ir-rekwiżit, jiġifieri entry fee, kien iħallas entry fee? Jista' jagħti isem ta' kull soċjetà jew persuna legali jew naturali li għandha permess li topera l-open top buses? Skont kull każ, meta bdew joperaw? Kemm-il vettura kienet topera? X'inhi d-diffikultà biex dan is-settur tal-open top buses jiġi tassew liberalizzat u ma jkunx hemm miżuri diretti jew miżuri oħra li jkollhom l-istess effett ta' miżuri diretti li b'xi mod ixekklu l-liberalizzazzjoni tas-settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Entry Fee li qiegħed jirreferi għalija hija miżura transitorja fir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Ġarr ta' Passiġieri li hija ntiża biex ittaffi l-impatt tal-liberalizzazzjoni fuq dawk l-operaturi li kellhom vetturi għall-ġarr ta' passigġieri illiċenzjati qabel ma daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti. Din l-Entry Fee tapplika għal kull vettura li ġġorr minn ħdax il-passiġġier il-fuq li tkun ġiet introdotta fil-qasam tal-ġarr ta' passiġieri b'kiri jew b'kumpens wara dħul fis-seħħ tar-Regolamenti. Open Top Buses ġodda, Coaches ġodda u vannijiet bit-Tail-Lift huma eżentati minn din l-Entry Fee.
Min kien diġa jopera vetturi tal-għamla Open Top qabel l-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-Entry Fee ma kellux iħallas Entry Fee u lanqas huwa obbligat li jħallas Entry Fee wara li daħal fis-seħħ dan ir-rekwiżit.
Ma teżisti l-ebda diffikulta biex is-settur tal-Open Top Buses jiġi tassew illiberalizzat propju għaliex is-settur huwa diġa lliberalizzat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi bl-informazzjoni mitluba. L-ebda vettura fl-iskedi anessi ma kellha tħallas "entry fee" peress illi dawn kollha rreġistrati u lliċenzjati qabel ma daħlu r-regolamenti.
Jista' l-Ministru jagħti ordnijiet biex trinka fi Triq l-Indipendenza, fil-Mosta kif taqbeż il-Knisja ta' San Silvestru tiġi mimlija bil-qatran għaliex qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tan-nies u anke tista' tikkawża xi accident?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena diġà saru xi xogħlijet ta road surface repair works fuq din it-triq. Għaldaqstant l-ADT ħa tieħu passi sabiex dawn il-ħsarat li qegħdin jissemmew f'din it-triq jiġu inklużi fil-program ta' tiswijiet li għandhom jsiru fit-toroq arterjali u distributorji fix xhur li ġejjin.
Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10020 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9848, jista' l-Ministru jgħid min kien iddeċieda li l-loading/unloading bay issir? Barra minn dan, minħabba l-bżonn ta' din il-bay tista' l-Awtorità tapprova din il-bay u għalhekk terġa' ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Passporti — Spiża tar-rilokazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10085 u jgħid kemm ġiet tiswa r-rilokazzjoni tad-Dipartiment tal-Passporti għal Evans Building? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ispejjeż?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Peress li mir-rapport finanzjarju tal-awditur cioè Economic Financial Report 2008 jirriżulta li l-Ministru nefaq €101 miljun aktar f'nefqa rikorrenti fuq dik oriġinarjament approvata fl-estimi għas-sena 2008, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' din in-nefqa rikorrenti addizjonali għal sena waħda tal-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9837, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jirrigwardja Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar billi m'hemm l-ebda triq bl-isem Lilly kif miktub fid-domanda oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni lill-Kamra li mhux qed imur drenaġġ il-baħar f'Ras il-Ħobż, f'Għawdex mingħajr ma jkun ittrattat mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-drenaġġ kollu li qiegħed jasal fl-impjant permess tas-sistema tad-drenaġġ qiegħed kollu jiġi ittrattat f’konformita mad-direttivi tal-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorità dwar it-Trasport milli jinbeda x-xogħol fil-mini taħt Triq Sant'Anna, il-Furjana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t- tender sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa diġà inħarget u x-xogħlijiet ikunu jistgħu isiru wara li jiġi konkluż il-proċess kollu tat-tender .