Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tax Compliance Unit — ħlas ta' kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset f’kera għall-perjodu ta’ żmien li t-Tax Compliance Unit għamlet topera minn ġol-proprjetà fil-Marsa u għal kemm żmien damet topera minn hemm?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Tax Compliance Unit għamlet total ta’ għaxar snin topera minn ġol-proprjetà fil-Marsa, u għal dan il-perjodu tħallset kera ta’ €1,483,989.

Smart Meters — probe

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-probe li suppost għandha titwaħħal mal-iSmart Meters mhux qed tiġi mwaħħla? Jikkonferma li din il-probe ma tiffunzjonax? Jista' jgħid kemm ħallset Arms Ltd għal din il-probe?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-probe neċessarja biex jinqara l-meter tal-ilma qed tiġi stallata kif ippjanat u hu kkonfermat li l-meters qed jinqraw kif suppost. Il-ħlas tal-probe huwa parti minn pakkett maqbul mal-kumpanija li qed tissuplixxi l-ismart meters.

Korporazzjoni Enemalta — compliance section

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-compliance section tal-Korporazzjoni Enemalta rnexxielha tiġbor madwar €150 miljun f'debiti kunsidrati bħala bad debts matul dawn l-aħħar għaxar snin u issa din is-sezzjoni ġiet żarmata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi ma jistax ikun li ngabru €150 miljun ewro f’bad debts minn din is-sezzjoni ghaliex l-Enemalta qatt ma kellha €150 miljun ewro f’bad debts. Tajjeb wiehed jghid ukoll li b'konsegwenza ta’ direttivi ordnati mill-General Workers’ Union, il-credit control section qed tirrifjuta li tghaddi l-informazzjoni necessarja lid-Dipartiment tal-Finanzi biex ikun imkejjel ix-xoghol tal-haddiema f'din s-Sezzjoni. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat ukoll illi l-Korporazzjoni Enemalta mhijiex f’pozizzjoni li tipprovdi informazzjoni ta’ x’jaghmlu l-haddiema ta’ din is-sezzjoni waqt il-gurnata tax-xoghol peress li l-ufficcjali qed jirrifjutaw ukoll li jimlew id-daily work sheets li turi ghand min u fejn marru u x’sar matul il-gurnata tax-xoghol. Xoghol il-compliance officer jikkonsisti fi gbir fizikament ta’ pagamenti fuq hlasijiet normali ta’ kontijiet kurrenti minn hotels, fabbriki, u stabbilimenti kummercjali zghar. Il-gurnata tax-xoghol hija mhallsa ghal 12-il siegha b’shift day in day out li jinkludi s-Sibt u l-Hadd tkun doppja. Il-compliance officers fil-compliance unit ghandhom assenjati konsumaturi li ghandhom isegwu. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat ukoll li l-haddiema ta’ din is-sezzjoni rrifjutaw b’sahha l-introduzzjoni ta’ rotation biex jitnaqqas il-lok ta’ abbuz.

Gas Division — allowance miftehma fil-collective agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema fil-Gas Division f'Birżebbuġia ma ngħatawx l-allowance miftehma fil-Collective Agreement biex jagħmlu ċertu xogħol ta' Gas Division u minflokhom qegħdin jinġiebu ħaddiema minn barra s-sezzjoni u jitħallsu aktar flus, filwaqt li dawn il-ħaddiema qed jitħallew ma jagħmlux dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Chairman tal-Malta Enterprise

Question

Wara d-dikjarazzjonijiet serji li saru fil-pubbliku, mill-ex Ministru John Dalli fil-konfront tal-persuna li llum il-gurnata tokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Malta Enterprise, liema dikjarazzjonijiet jinkludu l-allegazzjoni li din il-persuna kienet involuta fi pjan biex huwa jitneħħa minn Ministru anke bis-sehem ta’ rapport falz li dwaru persuna oħra bdiet tiskonta sentenza ta’ prigunerija, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa għadx għandu fiducja fil-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u jekk jaħsibx li jkun għaqli li l-istess persuna titneħħa mill-kariga li tokkupa fil-prezent?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi l-persuna indikata, jidhirli li għandha tibqa’ sservi fejn qiegħda.

Malta Enterprise — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise fl-aħħar ħames snin u jekk jidirhlux li n-numri huma sostenibbli meta wieħed iqis li ftit snin ilu saru eżerċizzji ta' tnaqqis ta' ħaddiema permezz ta' skemi minn flus il-poplu u oħrajn ġew mgħoddija fuq il-kotba tal-Industrial Projects and Services Ltd. (IPSL)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ħames snin ġew impjegati 43 persuna mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks. Fl-istess perjodu kien hemm ukoll 38 reżenja. Dan in-numru huwa sostenibbli u jaqbel man-numru tar-reżenji. Ir-reklutaġġ reċenti jirrifletti l-bidla li għaddejjin minnha iż-żewġ organizzazzjonijiet u r-responsabbiltajiet ġodda li ġew mogħtija lill-Malta Enterprise fl-2008.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19312, 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Kors tat-Taxxa fl-MCAST — proċeduri biex jintagħżlu l-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19429 u jgħid b'liema proċedura intgħażlu l-persuni impjegati fiċ-Ċivil biex jagħmlu kors fuq taxxa fl-MCAST? Kien hemm xi shortlist? Jekk iva, fuq liema kriterju saret? X'kienu l-kwalifiki mitluba, jekk kien hemm xi kwalfiki rikjesti? Sar interview lil dawk shortlisted?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19429.

Refunds ta' taxxa fuq qligħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19445 u jagħti dettalji dwar refunds ta' taxxa fuq qligħ (income tax) li huma dovuti lill-individwi, kumpaniji lokali u esteri reġistrati f'Malta, u entitajiet oħra skond il-klassifikazzjoni fl-istess dipartiment sal-aħħar ta' Awwissu 2010? Kemm huma l-imgħaxijiet li qegħdin jiddekorru fuq l-istess refunds fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19445.

vouchers għall-ħlas tal-konsum tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kategoriji ta' nies u r-raġuni għala dawn ma ngħatawx vouchers għall-ħlas tal-konsum tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja, li hija responsabbli mill-benefiċċji tal-enerġija.

Dħul dikjarat ta' kumpaniji reġistrati bħala self employed

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dħul dikjarat għall-fini tat-taxxa mill-kumpaniji u minn dawk reġistrati bħala self employed għas-snin bażi 2006 sa 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward kumpaniji ma tistax tingħata għas-snin bażi minħabba li numru ta’ kumpaniji jkollhom accounting date differenti u għalhekk is-sena tagħhom ma tkunx dik kalendarja. Għaldaqstant rigward kumpaniji l-informazzjoni għas-‘snin ta’ stima’ 2007 sa 2009 qed tingħata f’Tabella Numru 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, tajjeb li jingħad li dan id-dħul ma jikkorrispondix mal- income li jkun maqlugħ fis-snin bażi 2006 sa 2008. Ta’ min iżid jgħid ukoll li dwar is-sena ta’ stima 2010 l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-kumpaniji jissottomettu l-formoli tat-taxxa rispettivi lejn l-aħħar ta’ Novembru. Id-dħul dikjarat minn individwi reġistrati bħala self employed għas-snin bażi 2006 sa 2008 (snin ta’ stima 2007 sa 2009) hu kif indikat f’Tabella Numru 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba fir-rigward tas-sena bażi 2009 għadha mhux iffinalizzata, għaldaqstant mhux qed tingħata.

Kumpaniji — interconnector bejn Sqallija u Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18585 u jgħid liema huma l-kumpaniji differenti li wrew interess u tefgħu l-offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18585.

Interconnector bejn Sqallija u Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18586 u jgħid jekk il-kumpaniji li wrew interess u tefgħu offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta ddikjarawx li kienu nvoluti f’każijiet ta’ korruzzjoni, tixħim, ħasil ta’ flus jew grave professional misconduct? X’verifiki saru mill-ministeru tiegħu, mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Kumitat tal-Kuntratti biex jaraw jekk id-dikjarazzjonijiet li għamlu humiex veri jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18586.

Każ ta' inġustizzja ma' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18926 u jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rimedjata l-ingustizzja li saret lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18926.

Terminal Ġdid għall-ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19071 u 17857 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Fid-dawl li issa sar magħruf li l-Horizons Terminals Ltd temmet in-negozjat tagħha mal-Gvern ta' Malta fejn mistennija tagħmel terminal ġdid f'pajjiżna għall-ħażna taż-żejt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta fejn mistenni jsir dan il-proġett u jimmarka fuq l-istess pjanta l-estensjoni tal-power station u l-Freeport?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din hija proposta privata u li l-Gvern mhuwiex involut fiha.

Konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern minn kumpanija legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13810 li saret Prim Ministru u issa qed tiġi riferuta lilu u jagħti rendikont ta' kemm il-kandidat Nazzjonalista li ismu qed jintbagħat separatament jew il-kumpanija legali tiegħu, daħħal/daħħlet f'konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern matul dawn l-aħħar żewġ leġislaturi? Fuq liema merti ġie magħżul hu jew il-kumpanija legali tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Smart Meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu smart meters sa Novembru 2009 u kemm twaħħlu minn Novembru 2009 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ smart meters ta’ l-elettriku li twaħħlu sa Novembru 2009, kif ukoll minn Novembru 2009 s’issa, huwa kif ġej: Sa l-aħħar ta’ Novembru 2009 6,863 Minn Diċembru 2009 sa 17 ta’ Settembru 2010 23,758

Smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont miġbur fi flus bħala differenza fejn twaħħlu l-ismart meters minflok il-meters l-antiki, jiġifieri d-diskrepanza li twassal sabiex wieħed jagħraf li bniedem kien jisraq fid-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Arms Ltd — ftuħ ta' uffiċċju ġdid

Question

Peress li ftit xhur ilu l-Ministru kien indika li Arms Ltd kienet fi ftit taż-żmien se tiftaħ uffiċċju l-Belt Valletta, biex taqdi lill-konsumaturi b’mod li jixraq, u peress li issa sar magħruf li ttieħdet deċizjoni li din il-fergħa ta' ARMS Ltd se tinfetaħ f’Gattard House Blata l-Bajda, jista' l-Ministru jgħid: a) x’ġara mill-pjanijiet għall-uffiċċju fil-Belt u għalfejn dan ġie mwarrab; u b) kemm se tkun qed tħallas Arms Ltd għall-kirja f’Gattard House?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju tal-ARMS ġewwa Gattard House fi Blata l-Bajda ġie magħżul għaliex jaqdi n-neċessitajiet rikjesti mill-konsumatur. Dan jinkludi ukoll it-tibdil neċessarju fis-sistema tat-toroq u żoni pedonali fl-inħawi. Konsegwentament, mhux se jinfetaħ uffiċċju ġewwa l-Belt Valletta. Huwa fil-ħsieb li jinfetħu ukoll żewġ uffiċji oħra, minbarra dak eżistenti ġewwa Għawdex, biex il-konsumatur jinqeda aħjar. Il-kirja għal Gattard House hija ta’ €78,757 kull sena li titħallas lill-Ministeru tal-Finanzi.

Tigne Point — residential and commercial units

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru oriġinali ta' residential and commercial units li kellhom jinbnew f'Tigne Point li skont il-kuntratt bejn il-gvern u l-Consortium għandu permess biex jittellà?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt bejn il-gvern u l-Consortium ma jispeċifikax in-numru ta’ residential and commercial units li jridu jinbnew f’Tigne Point.