Raħal Ġdid — Pompa għas-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Belt Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ huwiex konxju mill-fatt li minn żmien għall-ieħor, il-pompa li tintuża għas-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Belt Valletta, f'Raħal Ġdid qed toħloq inkonvenjent għar-residenti fis-sens li toħloq vibrazzjonijiet qawwija fid-djar? Nifhem li dan mhuwiex l-ewwel rapport li qed isir fuq din is-sitwazzjoni. Allura jista' d-dipartiment jindika x'sar u jekk hux qed jikkontempla xi ħaġa biex is-sitwazzjoni tkun irranġata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija konxja ta’ dawn il-problemi kull darba li tintefa’ l-pompa li tippompja d-drenaġġ mill-Pumping station tal-Marsa lejn l-Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Sant Antnin, M’Scala. Twaħħlu kontrolli fuq dawn il-pompi biex jimminiżżaw dawn il-problemi.
Il-pjan huwa li dawn il-pompi ma jibqgħux joperaw iktar meta jitlesta l-impjant tad-drenaġġ f’ Ta’ Barkat u għalhekk jingħalaq l-impjant ta’ Sant Antnin u għalhekk dawn il-problemi jispiċċaw darba għal dejjem.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5710 u 7737, jista' l-Ministru jgħid każ b’każ (mingħajr ma jidħol fid-dettalji tal-individwi) l-24 persuna li qed jistennew sabiex jiksbu liċenzja ta' driving instructor kemm ilhom li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom? Jista' jgħid jekk hux minnu li bħalissa hemm dewmien sabiex dawn l-individwi jpoġġu għall-eżami? Jista' jassigura li jiġi eliminat kull dewmien li jista' jkun hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Attard — Triq Santa Katerina - żbir ta' arbuxelli u siġar
Question
Jista' l-Ministru jara li l-arbuxelli u siġar li hemm fir-roundabout u t-traffic islands fejn l-isptar Santa Katerina,
Triq Santa Katerina Attard, jiġu miżbura jew imneħħija għax qegħdin joħolqu periklu minħabba li jgħattu l-vista tas-sewwieqa li jkunu se jaqbdu r-
roundabout
?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - manutenzjoni tal-pont
Question
Jista' l-Ministru jara permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, x'manutenzjoni jeħtieġ il-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, fejn jidher li hemm ġebel li qed jitmermer kif ukoll hemm ċertu periklu minħabba li l-ħitan tal-ilqugħ fil-ġnub huma biss ta' żewġ filati? Jista' jassigura li dan il-periklu jitneħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Awtorità dwar it-Trasport — trasferiment tal-uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport se jiġu trasferiti għall-Maritime Centre fil-Marsa? Jekk fl-affermativ, kemm hi l-kera li titħallas bħalissa għall-uffiċji u kemm se tkun il-kera l-ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10303, u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10666 u jgħid x'inhu n-numru ta' overhead traffic signs li huma bil-ħsara jew qatt ma twaħħlu? Jista' jinbeda eżerċizzju ta' manutenzjoni sabiex il-ħsarat u n-nuqqasijiet li hemm jitranġaw mill-aktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' asflatar għall-ewwel darba fil-parti ta’ Triq Santa Maria , Mġarr (li tmiss ma' Triq San Pietru) liema parti mit-triq qatt ma kienet asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta' toroq residenzjali li jridu jinbnew mill-ADT, ix-xogħol irid isir skond il-prijoritajiet u l-finanzi għad-dispożizzjoni tal-ADT.
Ħal Qormi — Triq Nikol Baldacchino - qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fi Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi kien hemm qtugħ tad-dawl tat-triq u r-residenti ilhom iktar minn ġimgħa jirrapportaw din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Familji mis-Siġġiewi — kumpens finanzjarju minħabba power surge
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9800, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni Enemalta sal-lum għadha ma tatx il-kumpens finanzjarju lill-familji fis-Siġġiewi li sofrew ħsarat fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li seħħ fl-inħawi? Jista' jgħid meta dawn il-ħlasijiet se jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10336 u ċioe: Peress li mir-rapport finanzjarju tal-awditur cioè Economic Financial Report 2008 jirriżulta li l-Ministru nefaq €101 miljun aktar f'nefqa rikorrenti fuq dik oriġinarjament approvata fl-estimi għas-sena 2008, jista' jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' din in-nefqa rikorrenti addizjonali għal sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jisirqu dawl u ilma s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm minnhom tressqu l-Qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-Sena 2008 t-total ta’ persuni li nqabdu jisirqu l-ilma kien ta’ 34 u dak tad-dawl kien ta’ 512.
Sa Ġunju 2009, t-total ta’ persuni li nqabdu jisirqu l-ilma kien ta’ 15 u dak tad-dawl kien ta’ 139.
Fis-Sena 2008, rigward l-ilma ħadd ma tressaq il-Qorti għax kollha ħallsu l-Multa. Il-każijiet tas-Sena 2009 għadhom pendenti. Rigward id-dawl kemm fis-Sena 2008 u kif ukoll 2009 minħabba li l-proċess jieħu ftit taż-żmien dawn għadhom ma tressqux il-Qorti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9820, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol li għad fadal isir f'Santa Marija Estate u li hu stmat li jiswa €850,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita ippreparat it-tenders meħtiega għax-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant u dawn ntbgħatu biex jkunu ppublikati.
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux minnu li tabella li kienet turi li parti mill-baħar, wara l-breakwater tal Veccia kienet riservata għal għawm, nqalgħet biex twaħħlet x'imkien ieħor u dan b'danu għal dawk li kienu jużaw iż-żona biex jgħumu fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tabella li tindika ż-żona riservata għall-għawwiema fil-lokalita’ magħrufa bħala l-Veċċja f’San Pawl il-Baħar ġiet mressqa minħabba li din is-sena sar xi tibdil fil-konfigurazzjoni ta’ din l-istess żona. Dan it-tibdil sar minħabba li kien hemm xi lmenti dwar ġebel li kien qed jaqa’ fil-baħar u li seta’ jkun ta’ periklu għall-għawwiema li jiffrekwentaw din iż-żona.
Madanakollu, f’Lulju ta’ din l-istess sena, ż-żona msemmija reġgħet ġiet modifikata billi ġiet miżjuda parti oħra, għall-benefiċċju tal-għawwiema.
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mill-2007 kemm ġew pubblikati kuntratti nutar b’nutar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li mhux kull kuntratt huwa insinwabbli u peress li mhux kull Nutar jinsinwa kull kuntratt li jippublika mill-ewwel, allura r-Reġistru Pubbliku mhux f'posizzjoni li jgħid kemm kuntratti ġew ippublikati Nutar b'Nutar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlux ir-regolamenti biex il-kaxxa li tintuża fejn jitpoġġa l-main u l-arloġġ tad-dawl f'garaxxijiet underground, trid tkun tal-plastic u mhux tal-injam jew materjal ieħor? Liema materjal ta' kaxxi protettivi għall-mains tad-dawl jigu aċċettati meta l-main tad-dawl ikun taħt saqaf? Fuq liema regolamenti jimxu dawn id-direttivi u meta l-aħħar li nbidlu? Fejn jista' wieħed jaċċessa dawn ir-regolamenti jekk jeżistu bil-miktub?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar regolamenti tal-elettriku jghidu li l-meters u service boxes għandhom ikunu magħluqa go kompartamenti tal-metal u għandhom ikunu allokati f’post konvenjenti fis-sular t’isfel. Madankollu għal raguni ta’ safety, dawn il-kompartamenti jridu jkunu insulated u skond ir-regolamenti l-kompartamenti jridu jkunu tal-plastic. B’mod ġenerali x-xogħol ta’ l-elettriku għandu jsir skond ir-Regolamenti tal-Installazzjoni tal-Elettriku – BS 7671:2008 li għadhom fis-seħħ u dawn jistgħu jittieħdu mill-Malta Standards Authority.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati inċidenti tat-traffiku matul l-ewwel seba' xhur tas-sena 2009? Kemm minn dawn l-inċidenti wasslu biex persuni jiddaħħlu l-isptar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.