Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-Ministeru tagħha kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin biex jerġa' jkun hemm servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex? Tista’ tgħid meta huwa mistenni li jerġa’ jibda jaħdem dan is-servizz?
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna ngħatat fl-2010 u din is-sena sal-lum lill-Gozo Tourism Association, lill-Gozo Business Chamber u lill-Gozo NGOs Association? Tista’ tgħid għal liema skopijiet ngħatat din l-għajnuna f’kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item of expenditure tal-Vot rikorrenti u tal-Vot kapitali tal-Ministeru tagħha? Meta saret in-nefqa relattiva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-ammonti ma jinkludux il-pagamenti li saru mill-1 ta' Jannar 2011 s'issa.
Sptar t'Għawdex — Integrated Health Information System
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-faċilitajiet li toffri l-Integrated Health Information System ġewx kollha estiżi għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jekk iva, meta u x’servizzi ġodda qed jingħataw? Jekk le, għaliex? Meta hija mistennja tiġi estiża għall-Isptar ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-faċilitajiet li toffri l-Integrated Health Information System ġew estiżi għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex permezz ta' żewġ sistemi primarji:
1. Is-sistema tar-Radjoloġija (RIS/PACS, iCM), li tikkomunika mal-magni l-ġodda tar-radjoloġija: b'hekk ritratti u riżultati diġitali ta' pazjenti qed jidħlu mill-ewwel fis-sistemi tal-kompjuter u issa huma aċċessibbli mis-swali u d-dipartimenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex stess kif ukoll minn Mater Dei. B'hekk riżultati diġitali ta' testijiet li jsiru f'Għawdex issa jistgħu jiġu analizzati fl-Isptar f'Malta u r-rapporti jintbagħtu fi ftit ħin. Din is-sistema daħlet fis-seħħ f'April 2011.
2. Is-sistema tal-laboratorji tal-Patoloġija (LIS, iCM): riżultati ta' analiżi li jsiru fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, issa jidħlu mill-ewwel fis-sistema, u jistgħu jinqraw kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex, minn fuq il-kompjuters fis-servizz tas-saħħa. Din is-sistema bdiet topera kważi kollha f'Ġunju 2011, ħlief għall-blood transfusion li mistennija tibda topera fl-aħħar ġimgħa t'Ottubru.
Barra minn hekk, fix-xhur li ġejjin, tobba u konsulenti se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu electronic requests għal testijiet meħtieġa mill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. L-implimentazzjoni ta' dan is-servizz tibda malli jitlestew upgrades tas-sistemi eżistenti fl-Isptar Mater Dei.
Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru tagħha fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saret mill-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu kienet ta' €28,374.28 u €9406.52. L-aħħar ċifra se tiġi rikoverata minn diversi proġetti tal-Unjoni Ewropea.
Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-Ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tagħha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Teatri tal-Opra biex jintużaw għall-konferenzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’sar matul l-2010 u din is-sena s'issa biex il-Gvern iwettaq il-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? Tista’ tgħid kemm-il laqgħa kellha l-Ministru ma’ dawn is-soċjetajiet dwar dan il-proġett? Meta saru l-laqgħat u ma’ liema soċjetajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 11552.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Għawdex — art lill-istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid ma’ min kellha taħdidiet minn Ottubru 2010 ’l hawn biex il-Gvern joffri art lil istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19966.
Għawdex — Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry - impjegati li jagħmlu xogħol part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux permess li impjegati tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry f'Għawdex jagħmlu xogħol part-time relatat mal-uffiċċju? Jekk iva, liema huma dawk il-karigi li għandhom il-permess u liema huma dawk il-karigi li m'għandhomx permess? Tista' tgħid jekk hix infurmata b'dawk li qed jagħmlu xogħol part-time relatat max-xogħol tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry f'Għawdex? Jekk mhix infurmata, il-Ministru se tinvestiga u se tieħu l-passi dixxiplinarji meħtieġa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li mhux permess illi jsir xogħol part-time relatat mal-Uffiċċju, u li l-ebda impjegat tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku u tal-Land Registry f'Għawdex m'hu awtorizzat li jagħmel xogħol part-time relatat mal-Uffiċċju.
Ministeru għal Għawdex — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-twegiba għal mistoqsija parlamentari 24776, tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru eżatt ta' persuni li jservu fid-direttorat magħruf bħala Gozo Agricultural Industrial and Cultural Society, x’kariga għandhom f’dan id-direttorat u kemm jitħallsu kull wieħed fis-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-persuni li jservu fil-Gozo Agricultural Industrial and Cultural Society huma sittax u jokkupaw il-karigi ta' President, Segretarju, Assistent Segretarju, Teżorier, Assistent Teżorier u ħdax-il membru. Jiena nfurmata wkoll li s-Segretarju u t-Teżorier jitħallsu onorarja ta' €117 kull wieħed fis-sena u l-Assistent Segretarju u l-Assistent Teżorier jitħallsu €94 kull wieħed fis-sena.
Ministeru għal Għawdex — impjieg ta' perusni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni b’diżabilità f’dawn l-aħħar sitt xhur mill-ministeru u mid-dipartimenti u enitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ġewx impjegati persuni b'diżabilità f'dawn l-aħħar sitt xhur mill-Ministeru għal Għawdex u d-direttorati li jaqgħu taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tagħha? Tista tgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi l-Aġent Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex mhux qed jiffirma l-kopji tal-insinwa u ipoteki li qed jagħti lin-nutara, tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu biex dan l-abbuż jinqata'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li skont l-Artikoli 50(6) u 52(3) tal-Att dwar il-Professjoni Notarili u Arkivji Notarili l-liġi tobbliga lid-Direttur Reġistru Pubbliku jiffirma t-tielet kopja msemmija mill-Onorevoli Interpellant wara li din tkun ippreżentata fi ktieb miżmum għal dan l-iskop.
Għawdex — Reġistru Pubbliku - aġent direttur li mhux disponibbli għall-pubbliku
Question
Billi l-Aġent Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex rari jkun disponibbli għall-pubbliku u b'konsegwenza ta' dan in-nutara jew l-iskrivani tagħhom qed ikollhom iħallu ċekkijiet vojta biex isir il-ħlas tal-insinwi u l-ipoteki, tista' l-Ministru tara li jinqata' dan l-abbuż u jittieħdu l-passi meħtieġa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma huwiex minnu li l-Aġent Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex rari jkun disponibbli għall-pubbliku. Jien infurmata wkoll li n-nutara addottaw din is-sistema mhux għaliex ma jsibux lill-uffiċjal inkarigat f'postu iżda għax dan hu konvenjenti għalihom. B'hekk jevitaw li joqogħdu jistennew fl-uffiċċju biex in-noti tagħhom jiġu proċessati. Mhux l-ewwel darba illi diversi nutara fl-istess ħin jippreżentaw ħafna noti f'daqqa li biex jiġu pproċessati hemm bżonn ħin twil u għalhekk ma jkunx prattiku illi joqogħdu jistennew biex in-noti jiġu proċessati. Barra minn dan, ħafna nutara joqogħdu fuq id-Direttur Reġistru Pubbliku biex jikkalkola kemm iridu jitħallsu tariffi. Peress li t-tariffi huma stabbiliti mil-liġi, kull nutar huwa liberu li jikkalkola t-tariffi u jimla ċ-ċekk bl-ammont dovut.
Għawdex — Reġistru Pubbliku u tad-Dipartiment tal-Land Registry - ħinijiet tax-xogħol
Question
Peress li l-amministrazzjoni tar-Reġistru Pubbliku u tad-Dipartiment tal-Land Registry f'Għawdex, hija totalment responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tax-xitwa u tas-sajf li fih l-Aġent Direttur suppost ikun dispost li jaqdi lill-pubbliku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Assistent Reġistratur tal-Artijiet f'Għawdex ikun disponibbli kuljum għall-pubbliku mis-7.30a.m. sas-2.30p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa, sajf u xitwa, eskluż meta jkun sick jew vacation leave, jew ikun fuq xogħol barra mill-uffiċċju. L-istess jgħodd għall-impjegati tiegħu. Minkejja dan, in-noti jibqgħu jiġu aċċettati sas-1.30p.m. biex dawn ikunu jistgħu jintbagħtu Malta għand is-Searches Unit.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm membri tal-istaff tal-Ministeru fuq id-Direttorat Ambjentali tal-Ministeru konnessi mal-proġett Eko-Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fid-Direttorat Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali hemm 8 membri tal-istaff, flimkien ma' impjegata oħra li bħalissa qed tibbenefika minn parental leave.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħala parti minn Eko Gozo, kienx inbeda l-proġett pilota ta’ villaġġ Ghawdxi li jservi bħala mudell? Jekk fl-affermattiv, liema huwa dan il-villaġġ? Tista tagħti lista ta’ inizjattivi li ttieħdu sena b’sena fl-2008, 2009 u 2010 f’dan il-villaġġ fil-linja tal-politika ta’ Eko Gozo? Tista' tgħid x’kienet l-ispiza b’rabta ma’ l-inizjattiva ta’ Eko Gozo f’dan il-vilagg fl-2008, 2009 u 2010 b’mod separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma illi f'laqgħa li kont sejjaħt jiena mas-sindki tal-lokalitajiet f'Għawdex, kien intlaħaq qbil li minflok tintgħażel lokalità waħda fejn isir dan il-proġett, tingħata l-opportunità lil kull lokalità li tibbenefika minn dan l-investiment u titjib.
Għalhekk jiena nfurmata li lejn l-aħħar tas-sena 2010, il-Ministeru għal Għawdex ippubblika Skema għal Proġetti fil-Komunità. Il-fondi allokati għal din l-iskema huma ta' €1,190,000.