Peress illi Triq Valletta fiż-Żurrieq tinsab fi stat ħażin u peress illi kif irriżulta mill-mistoqsija parlamentari 9309 kien għaddej il-proċess ta' evalwazzjoni ta' offerti minn kuntratturi biex jagħmlu x-xogħol, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess, jekk ġiex konkluż u b'mod ġenerali meta hu maħsub li se jinbdew ix-xogħlijiet fuq l-imsemmija Triq Valletta fiż-Żurrieq u t-toroq tal-madwar, fosthom Triq il-Qrendi, Vjal Blue Grotto, Vjal ix-Xarolla u Triq Dun Ġużepp Barbara li mistennija jintużaw bħala toroq alternattivi waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi għadu għaddej il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender għall-bini ta' Valletta Road, Żurrieq. L-aġġudikazzjoni tal-offerti jinsab fi stadju avvanzat.
Peress li x-xogħlijiet fi Triq l-Avukat Carmelo Caruana, Marsaxlokk inbdew u waqfu f'nofshom b'tali mod li l-istat tal-istess triq qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-istess triq, jista' l-Ministru jgħid għaliex waqfu x-xogħlijiet u meta ser jitkomplew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien wieħed temporanju bil-għan li jitjieb l-aċċess għar-residenti sakemm din it-triq tiġi asfaltata.
Infurmat ukoll li t-triq imsemmija hija nkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru, dejjem meta jkunu allokati l-fondi u skond il-prijorità ffissata.
Impjegati mas-Servizz Pubbliku li għandhom aċċess għall-internet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati mas-Servizz Pubbliku li ghandhom aċċess
għall-
internet
dipartiment, dipartiment u jekk hemmx il-ħsieb li dan jiżdied eċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont totali ta' mpjegati mas-Servizz Pubbliku li għandhom aċċess għall-internet huwa ta' 13951. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi fid-dettal l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija. Il-provvediment ta' l-Internet lill-impjegati jingħata skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mis-sistema CVA fis-snin 2007, 2008 u 2009? Kemm minnhom jirrappreżentaw multi ta' pagamenti b'lura? Kif wasal il-Gvern biex jikkalkula l-penali fuq pagamenti b'lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kif kienu miġbura il-ħlasijiet tac-CVA.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jippromulga l-liġi dwar il-gambling machines? Ma jidhirlux li mankanti l-leġislazzjoni dwar il-gambling machines qed jinħoloq dizgwid kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li jirrikmanda maħfra għal dawk li għandhom multi konsiderevoli u ma jistgħux jiskreppjaw il-vetturi tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor Interpellant jgħid għal liema multi qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jemenda l-liġi fejn kemm il-bejjiegħ, kif ukoll ix-xerrej, ikunu t-tnejn li huma responsabbli sabiex issir transfer meta tinbiegħ karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemmx ħsieb li jinbidel dan ir-regolament.
Port il-Kbir — Bini ta' pont għal fuq il-breakwater
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8482, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol preparatorju u jgħid jekk hemmx il-ħsieb ukoll li jsir xogħol fuq il-blat u s-swar li hemm fil-viċinanzi ta' fejn ser isir ix-xogħol fuq il-pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol preparatorju għas-sejħa għal offerti għall-pont fuq il-breakwater huwa lest. Fil-fatt, din is-sejħa ħarġet f’Settembru 2009 u mistennija tagħlaq f’Diċembru 2009. Il-pont nnifsu mistenni li jitlesta fis-sena 2011.
Ix-xogħol fuq is-swar jifforma parti mill-proġett ta’ Sant Iermu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8504, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar Triq il-Merħba, Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir skond l-prijoritajiet stabiliti. Il-Gvern hu kommes li jkompli jibni aktar toroq residenzjali kif diġà għamel b’mod effetiv mil-2007 lill’hawn. Aktar il’ quddiem tiġi pubblikata lista ta’ toroq li tlestew fl’2009 u dawk proġettati għal 2010.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern dwar il-fibre-to-home?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara l-pubblikazzjoni tal-Green Paper u l-konsultazzjoni li saret, l-Gvern għamel analiżi aktar dettaljata ta' l'opzjonijiet li ġew preżentati fil-Green Paper. L-Unjoni Ewropea propju din il-ġimgħa ppublikat l-linji gwida tagħha dwar dan is-suġġett. Għalhekk il-pass li jmiss hu analiżi ta' kif dan id-dokument jimpatta fuq Malta.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern dwar l-introduzzjoni tal-karti tal-identità elettroniċi? Għadu l-ħsieb tal-Gvern li dawn ikunu introdotti din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pjan sabiex tinħoloq sistema tal-karti tal-identita' elettronika qed jiġi implimentat u sakemm ma jkunx hemm imprevisti l-ħsieb huwa li dan il-proġett jitlesta u jinħarġu l-karti tal-identità elettroniċi sa nofs l-2010.
Titjib fis-sistemi tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena u matul din is-sena s’issa għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Awtorità tad-Djar — slum clearance - Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark
Question
Peress li f’Bormla, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanat proġett ta’ slum clearance ta’ żewġ blokki mdawra minn Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark li jikkonsisti fit-twaqqigħ ta’ bini eżistenti u l-bini ta’ 56 appartament u 56 garaxx ġdid, jista’ l-Ministru jinforma jekk kienx hemm żviluppi ġodda dwar allokazzjoni ta’ postijiet alternattivi għar-residenti tal-istess postijiet? Jista' jinforma wkoll meta jaħseb li jistgħu jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-baħar — Awtorità dwar it-Trasport - Reserved Parking Spaces
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' reserved parking spaces u li skond l-Awtorità dwar it-Trasport huma approvati fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' reserved parking spaces fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar approvati mill-ADT huwa ta' 86.
Salina — Roundabout li tagħti għall-Iklin/Naxxar - dawl fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li mis-Salina twassal sar-roundabout tal-Iklin/Naxxar, tiġi mdawla kollha peress li qed ikun hemm numru ta' inċidenti li jseħħu minħabba nuqqas ta' dawl f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-drainage department qed jgħidu li l-concrete slab li hemm quddiem l-garaxx, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, irid jissewwa mill-inkwilini minkejja li din inkisret b'wear and tear normali, fosthom użu tal-pavimentar ikkonċernat, minkejja li ilha miksura żmien twil u ilha fi stat perikoluż minn April li għadda, tant li biex tinħareġ karozza qed jkollha tintuża biċċa plywood biex isserraħ fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.