Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-pakkett finanzjarju li għandhom il-persuni li qed imexxu Arms Ltd u jindika x'tip ta' kariga jew gradi maniġerjali għandhom dawn l-istess persuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ARMS Ltd. bħalissa timpjega erbgħa (4) managers, li fost ir-responsabbiltajiet tagħhom, jieħdu ħsieb ukoll l-implimentazzjoni tal-Integrated Utilities Business Systems min-naħa tal-Korporazzjoni tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta.
Id-dettalji dwar is-salarji ta’ dawn il-persuni qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għax persuna anzjana tinsab tgħix ma' wieħed minn uliedha u ħadet €16 energy benefit, il-familja nnifisha ġew mċaħħdin mill-one time payment subsidy ta' €150 kif imniżżel fil-Budget 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iwassal biex sejħiet għall-offerti tal-Grand Harbour Regeneration Corporation qegħdin jiġu ppubblikati minn din l-istess entita' u mhux permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti minkejja l-portata tal-valur tagħhom u liema superviżjoni metikoluza qiegħed jagħmel id-Direttur Generali tal-Kuntratti biex jassigura li l-process tas-sejħiet għall-offerti inkluż l-aġġudikazzjoni tagħhom qegħdin isiru bl-aktar mod trasparenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Grand Harbour Regeneration Corporation hija kklassifikata bħala entità ta’ Skeda 3 tar-Regolamenti dwar Kuntratti Publiċi. Dan ifisser li skond ir-Regolamenti din il-korporazzjoni tista’ tippublika u tagħti kuntratti hi skond dawn ir-Regolamenti mingħajr l-awtorizzazjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Madankollu, il-korporazzjoni qegħda taghmel użu mir-riżorsi tad-Dipartiment tal-Kuntratti billi qegħda tibgħat l-abbozzi ta’ sejħiet għall-offerti lil dan l-uffiċċju biex dawn jiġu skrutinizzati kif isir f’sejħiet għall-offerti minn Dipartimenti oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — parental leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex tiffunzjona l-pompa tad-drenaġġ li tinsab fil-bajja tar-Rinella u li tilqa' fiha d-drenaġġ tal-Ex Married Quaters u jekk tinsab wieqfa, kemm ilha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pompa tad-drenaġġ li tinsab fil-bajja tar-Rinella u li tilqa' fiha d-drenaġġ tal-Ex Married Quarters taħdem normali fuq bażi ta' ON/OFF kull meta timtela is-sintina.
Bajja tar-Rinella — gabbani u ristoranti - komunikazzjoni tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-ristoranti/gabbani li jinsabu fil-viċinanzi tal-bajja tar-Rinella, għandhomx il-komunikazzjoni tad-drenaġġ kif stipulata fil-liġi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-ristoranti/gabbani li jinsabu fil-viċinanzi tal-bajja tar-Rinella, għandhom il-komunikazzjoni tad-drenaġġ kif stipulata fil-liġi u bil-permessi necessarji.
Peress li f'Malta, l-unika żewġ power stations jużaw fil-maġġor parti tagħhom il-heavy fuel oil, jista' l-Ministru li huwa responsabbli tal-Korporazzjoni Enemalta jagħti breakdown tat-turbini kollha eżistenti mħaddma b'dan it-tip ta' fuel, inkluż l-effiċjenza tagħhom għal kull tunellata metrika heavy fuel oil li jinħaraq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.
House of the Four Winds mogħtija lil Bank of Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb separatmaent għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet:
B’liema mod ittieħdet id-deċiżjoni li l-Gvern jagħti s-sit ewlieni magħruf bħala House of the Four Winds lil Bank of Valletta?
Kien il-Gvern li għamel din l-offerta jew kien il-bank li għamel talba ghal dan is-sit?
Kemm hi stmata l-House of the Four Winds, u min għamel l-istima?
Kien hemm propjetajiet oħra li kienu kkunsidrati u jekk iva, liema kienu?
Kemm hi stmata l-proprjetà tal-Bank of Valletta li se taqa' bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt?
Il-valur tal-proprjetà li ngħata bħala kumpens lill-Bank of V alletta huwa inkluż fl-istima ta' €80 miljun li l-Gvern ta għall-proġett?
Għaliex il-Gvern ma ħassx li kellu jiġi quddiem il-Parlament biex jgħaddi proprjetà pubblika prima bħal House of the Four Winds lil dan il-bank?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-kundizzjonijiet dwar it-trasferiment ta' din il-proprjetà?
Il-Gvern rabat b'xi mod lill-Bank of Valletta li ma jistax ibigħ din il-proprjetà lil terzi jew x'tip ta' żvilupp jista' jsir biha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabaru se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn min huma komposti l-Joint Ventures (i) GRV Joint Venture (ii) l-RCF Joint Venture u (iii) r-Road Network Joint Venture?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija meqjusa bħala kunfidenzjali skond ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Publiċi. Għaldaqstant l-informazjoni mitluba ma tistax tingħata.
valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta — affarijiet tal-merċa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni twassal sa Awwissu 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm kien l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fid-dati msemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’Għawdex ma jiġux reġistrati kumpaniji. Ir-Reġistru tal-kumpaniji huwa wieħed u jinsab fl-uffiċċji tal-MFSA ġewwa Malta.
In-numru ta’ kumpaniji li għandhom uffiċċju reġistrat f’Għawdex u f’Malta sa Settembru ta’ din is-sena għadu qed jinġabar.
Rigward it-tieni parti ta’ din il-mistoqsija parlamentari, nixtiequ ninfurmaw lill-Onor. Interpellant li minħabba li n-numri ta’ intrapriżi f’Għawdex għall-finijiet ta’ investiment barrani dirett huwa relattivament żgħir, l-NSO hu marbut bil-kunfidenzjalità milli joħroġ dawn l-ammonti.
nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.
nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta — fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatement ta’ fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej kull sena mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Settembru? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — payment terms minn 30 għal 90 ġurnata
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Korporazzjoni Enemalta bidlet l-payment terms minn 30 għal 90 ġurnata minn meta tiġi preżentata l-invoice u mhux kif hemm stipulat fil-kuntratt tax-xogħol li jkun ingħata li huwa ta' 30 ġurnata? X'inhi r-raġuni għal din iż-żieda meta qed tkun ta' detriment għall-kuntratturi li qed jagħmlu xogħol għall-istess korporazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjoni li jinbidel it-terminu ta’ kreditu għall-ħlasijiet lill-kuntratturi hija msejsa fuq il-fatt li biex isiru l-kontrolli meħtieġa u proċessar tal-kontijiet, hemm bżonn ta’ perjodu adekwat minn meta tinħareġ l-invoice. Huwa obbligu u responsabbilità tal-Korporazzjoni li taċċerta li l-ħlasijiet huma analizzati u ċertifikati korretti qabel ma' dawn isiru.
investituri barranin — attivitajiet vertikali għall-operat eżistenti tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm investituri barranin li diġà joperaw f’Malta li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena ġibdu lejn Malta attivitajiet vertikali għall-operat eżistenti tagħhom, inklużi servizzi legali, finanzjarji, back office korporattivi, loġistika, riċerka u żvilupp tal-prodott, marketing u bejgħ, u prototyping ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-każijiet li l-Malta Enterprise hija infurmata bihom u li ser iġibu forma ta’ attivita vertikali jinkludu lil Trelleborg Sealing Solutions Malta, Stainless Steel Products Ltd, WagerLogic Malta Software Ltd, Methode Electronics Malta Ltd u Medavia.
Tajjeb iżda wieħed jiċċara li jista ikun hemm oħrajn li billi dan l-investiment jigi inkorporat mal-proġett oriġinali u għalhekk jikkwalifikaw għall-assistenza fiskali li hija awtomatika, sal-lum il-Malta Enterprise ma tkunx ġiet magħrfa bihom.
kumpaniji ġodda barranin — ċentri ta’ shared services
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji ġodda barranin li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena stabbilixxew f’pajjiżna ċentri ta’ shared services f’oqsma bħalma huma call centres, software development, digital gaming, riżorsi umani, accounts u mmaniġġjar tal-finanzi, riċerka tas-swieq u l-ippubblikar fuq l-internet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sall-lum il-Malta Enterprise approvat proġett ġdid, fis-settur ta’ shared services, filwaqt li bħalissa hemm 6 proġetti oħra li qed jiġu evalwati mill-istess settur imsemmi fil-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-investiment li sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena b’mod separat f'kull waħda minn dawn iż-żoni industrijali - Kordin, Ħal-Far, Bulebel, il-Mosta u x-Xewkija ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar matul l-ewwel disa xhur ta’ din is-sena fuq iż-żewġ micro-enterprise parks ġewwa l-Mellieħa u x-Xewkija ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-micro-enterprise park tax-Xewkija, saru pjanti ġodda tal-proġett sabiex ikun jista jakkomoda aktar inkwilini kif ukoll saru diskussjonijiet mal-MEPA fuq il-permessi meħtieġa. Rigward il-proġett l-ieħor tal-Melllieħa, dan qed jigi rievalwat.