Enerġija alternattiva f'Għawdex — riċerka fuq potenzjal tar-riħ
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'irriżulta mir-riċerka li saret dwar il-potenzjal tar-riħ bħala sors ta' enerġija alternattiva f'Għawdex? Min wettaq din ir-riċerka? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq din ir-riċerka? Tista' tpoġġi r-riċerka li saret fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li appena joħroġ il-permess tal-MEPA biex jiġi stallat il-wind mast tkun tista tibda r-riċerka. Ninsab infurmata wkoll li diġà hemm abbozz ta' ftehim mal-Università ta' Malta biex din ir-riċerka tibda sseħħ malli jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett tal-pixxina fil-magħluq? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s'issa saret sejħa għall-offerti għas-servizz ta' konsulenza teknika u assistenza fid-disinn tas-sistema mekkanika, elettrika u ambjentali tal-pixxina fil-magħluq li ġiet aġġudikata. L-aħjar offerta kienet dik ta' Natare Corporation.
Il-proġett huwa ppjanat li għandu jitlesta fi żmien 22 xahar mill-iffirmar tal-kuntratt tax-xogħlijiet wara li jkunu ħarġu s-sejħiet għall-offerti.
Il-proġett huwa stmat li se jiswa 6.2 miljun ewro.
Proġett tar-refurbishment fid-Dipartiment tad-Dentistrija f'Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett tar-refurbishment fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li nħarġet sejħa għal tenders għall-konsenja u stallazzjoni tas-servizzi relatati mar-rinovazzjoni tad-Dental Department. Fil-ftuħ ta' din is-sejħa ma kien hemm l-ebda sottomissjoni. Hu maħsub li terġa' tinħareġ sejħa oħra għall-offerti.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29304 fejn il-Ministru qalet li x-xogħol tal-kuntratt għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex huwa prattikament lest u li l-biċċerija se tiftaħ formalment fil-futur qarib, tista' l-Ministru tagħti d-data ta’ meta se tiftaħ formalment il-biċċerija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data tal-ftuħ tal-biċċerija titħabbar fi ftit żmien ieħor.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli, Triq San Lawrenz u Triq il-Ġebla tal-Ġeneral, f'Għawdex? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq kull proġett b'mod separat? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest ix-xogħol fuq kull triq, b'mod separat? Kemm huwa mistenni li tiġi tiswa kull triq b'mod separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata kif ġej:
Fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz qegħdin isiru xogħlijiet fuq is-servizzi u ġew manifatturati concrete units tas-service culvert. Il-kuntrattur huwa Road Construction Co. Ltd. u l-valur tal-kuntratt huwa €684,099 u sa issa tħallsu €100,800. Ix-xogħol mistenni jitlesta fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.
Ix-xogħol sal-ewwel kisja tarmak fi Triq il-Ġebla tal-Ġeneral huwa lest. Il-kuntrattur huwa Road Construction Co. Ltd. u l-valur tal-kuntratt huwa €378,914 u sa issa tħallsu €150,494. Se jiġu mibnija wkoll ħitan tas-sejjieħ. Ix-xogħol mistenni jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Proġett ta' spazji rikreattivi għall-familji Għawdxin
Question
Tista' l-Ministru tgħid fejn matul din is-sena kienu żviluppati spazji rikreattivi għall-familji f'Għawdex? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Numru 29490 peress li l-proġetti msemmija jinkludu spazji rikreattivi għall-familji.
Tista' l-Ministru tgħid fejn matul din is-sena kienu żviluppati proġetti t'afforestazzjoni f'Għawdex? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul din is-sena:
1. Saru xogħlijiet biex isir ġnien ġdid f'Marsalforn fejn fost l-oħrajn se jitħawwlu numru ta' siġar;
2. Sar taħwil ta' siġar fuq art b'estensjoni tal-Masġar Papa Ġwanni XXIII fejn saret applikazzjoni lill-MEPA bi spiża ta' €14,459 biex tiġi upgraded l-aċċessibilità f'dan il-Masġar, u saru spejjeż oħra li jammontaw għal €2,471 minn kuntratturi Joseph Camilleri u Joanne Ciantar;
3. Saru preparamenti biex il-Masġar Ulisse fix-Xewkija jiġi upgraded, fejn saret applikazzjoni mal-MEPA bi spiża ta' €4,261 u spiża oħra ta' €35 minn Axiaq Brothers;
4. Saru preparamenti biex isir masġar bi spazju rikreattiv fuq l-art tal-Qortin ta' Isopu fin-Nadur fejn ukoll saret applikazzjoni lill-MEPA bi spiża ta' €3,727 u spejjeż oħra €2,072 minn Mallia Property & Development u Gatt Tarmac Ltd.
Għal aktar dettalji dwar il-proġett ta' Marsalforn nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Numru 29492. Dwar it-tliet proġetti l-oħra ninsab infurmata li n-natura tax-xogħol, l-istima u t-tlestija ta' kull proġett tiddependi mid-disinn u kundizzjonijiet finali li jridu jiġu approvati mill-MEPA.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu u kemm tħallsu flus fl-2010 u din is-sena s'issa fuq proġetti, miżuri, eċċ. b’rabta ma’ eko-Għawdex? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-proġett, miżura, eċċ.? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi li għadhom ma ntnefqux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li għas-snin 2010 u 2011, l-ammont totali minfuq flimkien ma dak kommess huwa ta' €7,141,722.
Ministeru għal Għawdex — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Proġett taż-Żewwieqa — xogħlijiet ċivili u embellishment
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma x-xogħlijiet ċivili u ta’ embellishment inkorporati fil-proġett taż-Żewwieqa? Tista’ tgħid x’sar s’issa minn dawn ix-xogħlijiet? Meta mistenni li jitlestew ix-xogħlijiet kollha li baqa’ xi jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet prinċipali jikkonsistu fil-bini mill-ġdid tat-Triq taż-Żewwieqa, parkeġġ u latrini pubbliċi u servizzi relatati. Il-proġett huwa maħsub li jkun lest lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla. S'issa saru madwar 20 fil-mija tal-valur tax-xogħlijiet.
Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28493, tista' l-Ministru tgħid skont il-kuntratt sa meta għandu jitlesta r-rapport li ġie kkummissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-kuntratt il-kuntrattur intalab li jlesti x-xogħol fi żmien ħmistax -il ġimgħa.
Kif indikat f'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 28493 ir-rapport tlesta u ġie ppreżentat lill-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministeru qiegħed fil-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati, fosthom il-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Wara dan il-proċess il-Ministeru jkun jista' jagħlaq il-fażi tal-istudju u jkun f'pożizzjoni li jippreżenta d-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ir-raba' li hemm fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jiġi msoqqi bl-ilma tal-vit u mhux bl-ilma tal-ġibjun li hemm fl-istess sptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ilma tal-ġibjun fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jintuża kollu għall-irrigazzjoni, u t-tisqija bl-ilma mhux mill-ġibjun saret sakemm tiġi stallata sistema ġdida ta' irrigazzjoni li hija parti f'tender li nħarġet u qiegħda fil-fażi tal-aġġudikazzjoni.
Billi hemm nuqqas ta' anastetisti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, u mhemmx anastetisti residenti fl-istess sptar, imma l-isptar qed jagħmel użu minn anastetisti mibugħta mill-Isptar Mater Dei f’Malta, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu impjegati anastetisti li jkunu residenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u b'hekk jiġi indirizzat ir-riskju li l-isptar jinqabad b'emerġenzi u ma jkollux anastetisti biżejjed biex jaħdem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm sejħa biex jiġi ngaġġat anastetist residenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, lesta biex tiġi ppublikata skont il-proċeduri stabbiliti.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-overtime li qed isir fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex mhux qed jitħallas fil-ħin? Meta tħallas l-aħħar overtime? Meta se jsiru l-pagamenti dovuti lil min għandu jieħu l-flus tal-overtime?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-paga li jmiss ser jitħallas overtime li sar sa Ġunju. Bħalissa qiegħed jiġi ċċekjat l-overtime ta' Lulju, Awwissu u Settembru u dawn se jitħallsu fil-paga ta' wara.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratturi li jissupplixxu l-affarijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm qegħdin lura fil-pagamenti l-Isptar Ġenerali t'Għawdex mal-aġenti tal-mediċini, mal-kuntratur li jissuplixxi l-ikel, mal-kuntrattur li jissuplixxi l-ħobż, fil-kontijiet tad-dawl u ilma, fl-overtime li għandu jagħti lill-ħaddiema u fi ħlasijiet oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex kontijiet pendenti jitħallsu fl-iqsar żmien possibbli.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Health Assistants - allowances
Question
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-Health Assisstants li jaħdmu fil-wards fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ma jieħdux l-istess allowance li jieħdu l-istess kollegi tagħhom li jaħdmu fil-wards fl-Isptar Mater Dei f'Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-health assistants fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qedgħin jieħdu l-allowance li huma ntitolati għalih.