Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan, The Village — Arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9334 u jgħid meta se jitneħħa l-arblu tad-dawl li jinsab f'nofs ta' triq fi Triq Antonio Busuttil kantuniera ma' Triq il-Baħar l-Iswed, The Village, San Giljan? Dan l-arblu ilu jiġi rapportat lill-awtoritajiet aktar minn sena u saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwaru.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-arblu msemmi mill-Onor. Interpellant, tneħħa.

Somma għall-manutenzjoni jew kisi ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ingħatat is-somma ta' €4.8 miljun għall-proġetti ta' manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid ta' toroq għas-sena 2009 u mhux somma ikbar jew iżgħar?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-prijoritajiet tal-Gvern jridu jiġu bilanċati.

Cruiseliners Terminal f'Boiler Wharf — Club tar-Regatta tal-Isla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-club tar-Regatta tal-Isla hux ser ikun milqut minħabba x-xogħol marbut mal-Cruiseliners Terminal f’Boiler Wharf ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

kontijiet tad-dawl u ilma — kumpaniji li għandhom il-ħlas b'lura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li huma lura fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u ilma? X’inhu l-ammont globali? Saru xi talbiet biex jingħataw żmien itwal biex iħallsu u minn kemm-il kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel — Kaptan

Question

Peress li l-professjoni ta' kaptan fil-Gozo Channel bl-ebda mod ma tista' tiġi ġustifikata u lanqas ma hu ġustifikabbli, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Gvern milli jesiġi, anzi jordna, li dan il-kaptan jerġa jiddaħħal għax-xogħol? Jista' jgħid xi proċeduri se jittieħdu u jekk dawn humiex ser isiru fil-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Fgura — xogħlijiet fi Triq Merħba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern Ċentrali għax-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru fi Triq Merħba fil-Fgura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir skont l-prijoritajiet stabiliti. Il-Gvern hu kommes li jkompli jibni aktar toroq residenzjali kif diġà għamel b’mod effetiv mil-2007 lil’hawn.

kopja tal-pjanti ta' Bieb il-Belt u t-Teatru Rjal

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti għall-iżvilupp propost fl-inħawi ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Teatru Rjal li ġew sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-ippjanar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba huma pubbliċi.

Open top buses — passiġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dawr kemm u fejn ġew riservati partijiet biex jintużaw għall-Open Top Buses biex iniżżlu u jgħabbu l-passiġġieri? Jista' jara li fejn hu possibli dawn il-partijiet jiġu amalgamati mal-bus stops normali għaliex f'ċerti lokalitajiet dawn qed itelfu l-parking bays tant bżonjużi għal karozzi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — toroq bit-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema toroq hu mistenni li jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmak fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul it-12-il xahar li ġejjin? Liema minn dawn it-toroq diġà ħarġet it-tender għalihom? Meta hu mistenni li toħroġ it-tender għat-toroq l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT għandha pjanijiet biex jitlestew it-toroq li kienu inklużi fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali. Fil-lokalità msemmija mill-Onorevoli Interpellant għad iridu jsiru it-toroq li jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tenders għax-xogħlijiet f’dawn it-toroq għad jinħarġu skond il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.

Kumpanija AP — proġett ta' Bieb il-belt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kumpanija AP hijiex direttament jew indirettament involuta fil-proġett ta' Bieb il-Belt kif propost minn Renzo Piano?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija AP hija nvoluta fil-proġett ta' Bieb il-Belt għax imqabbda min Renzo Piano Building Workshop.

Pjanti tal-proġett ta' bieb il-belt

Question

Il-Gvern stqarr illi l-figura ta' €1.4 miljun li tħallsu għar-riklamar u għall-pjanti tal-proġett, hija informazzjoni kunfidenzjali. Jista' l-Ministru jgħid x'inhu kunfidenzjali u għaliex qed jinżamm kollox mistur mill-poplu bl-iskuża ta' kunfidenzjalità kummerċjali? Jekk m'hemmx x'jinħeba mid-dawl tax-xemx, għalfejn ma toħroġx din l-informazzjoni? Għaldaqstant f'isem il-poplu nitlob li jingħata breakdown f'terminu ta' żmien stipulat, jiġifieri min tħallas? Kemm tħallas u meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema proġett qed jirreferi.

Tarznari Maltin — żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fuq it-Tarznari Maltin?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, bħalissa t-Tarzna ta' Malta għaddejja minn proċess ta' privatiżżazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq xi informazzjoni partikolari, nistiednu jkun iżjed speċifiku ħalli nkun nista' nwieġbu.

ħaddiema li telqu t-tarzna — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li telqu t-tarzna u ġew impjegati, ġewx impjegati f'settur relatat mas-sengħa li kellhom jew inkella sabux xogħol f'xi sengħa differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Trasformazzjoni tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu fl-aħħar sena biex kif kien imwiegħed issir trasformazzjoni radikali tas-settur tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar sena, l-Awtorità ħadmet fuq pjan sħiħ ta’ riforma radikali fil-qasam tas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda f’Malta u f’Għawdex. Dan il-pjan jinkludi network u servizzi ġodda ta’ trasport pubbliku f’Malta u f’Għawdex, ibbażati fuq studji ikkommissjonati u b’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha interessati. B’riżultat ta’ dan kollu, l-Awtorità ħarġet Sejħa għal Interess (Expression of Interest) Internazzjonali għall-proviżjon ta’ dan is-servizz, li għalqet fil-15 ta’ Settembru 2009. Issa jmiss li joħroġ it-tender proprju f'Ottubru .

Bieb il-Belt, it-Teatru u l-Parlament — ipparkjar tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-ipparkjar ta' vetturi meta jibda u wara li jitlestew il-proġetti ta' Bieb il-Belt, it-Teatru u l-Parlament? Saru xi pjanijiet biex dan ikun jista' jsir taħt l-art sew fil-parti ta' fuq tal-Belt kif ukoll taħt ix-Xagħra tal-Furjana?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed isir studju fuq it-traffiku (TIS) biex jiġi determinat l-impatt ta’ l-iżvilupp fuq l-immaniġjar tat-traffiku kif ukoll fuq it-tnaqqis ta’ parkeġġ f’din iż-żona.

Bormla għall-isla — Dock 1

Question

Peress li fix-xhur tas-sajf id-dawra minn Bormla għall-Isla setgħet issir minn Dock 1 għax kien miftuħ, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux ser jibqa’ possibbli li jsir ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dawra minn Bormla għall-Isla ser tibqa’ miftuħa sakemm jibdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett.

Kontravenzjonijiet ta' clamping u towing

Question

Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' clamping u towing matul din is-sena skond l-lokalità? Kemm inġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar clamping u towing li sar direttament mill-ADT. Rigward clamping u towing minn entitajiet oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.