background briefs dwar delegazzjoni lil ċertu ġurnalisti lokali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Minsitru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma rapporti li għandi li saru arranġamenti ‘informali’ ma' ċerti ġurnali lokali fejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jgħaddilhom background briefs imħejjija mill-istess Ministeru dwar pending bilateral issues u background information dwar il-pajjiżi li minnhom ikunu ġejjin u/jew lejhom sejrin delegazzjonijiet uffiċjali bil-ftehim li dan il-materjal jintuża' fil-ġurnali speċifiċi biss?
Jista' jikkonferma jekk dan sarx fil-każi ta’ delegazzjoni riċenti Maltija lejn l-Indja kif ukoll dwar żjara ta’ Ministru mill-Estonja f’pajjiżna, tant li f’ċerti każi ċerti kwotazzjonijiet ġew lifted kważi verbatim mill-briefing notes tal-istess Foreign Office?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinforma lil pubbliku permezz tal-media dwar il-ħidma li jkun qed iwettaq. Dan sabiex iċ-ċittadin jifhem l-importanza tal-ħidma diplomatika li jwettaq pajjiżna. Huwa fid-dmir tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li jispjeġa lill-pubbliku r-relazzjoni ta' Malta ma' pajjiżi oħra kif ukoll l-opportunitajiet li joffru dawn il-pajjizi.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u dekasteru kellu fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Membru kbir ta' dawn il-laqgħat huma Working Groups li jittrattaw materiji taħt il-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea (CFSP). Fost it-temi trattati hemm dawk ta' natura ġeografika partikolari ta' interess għal Malta. Wieħed jifhemm li dawn il-Working Groups huma parti minn proċess, u mhux xi laqgħa fejn jiġu konklużi trattati, eċċ.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15157, jista' l-Ministru jgħid:
a) fuq liema merti intgħażel l-individwu li dettalji qed jingħataw separatament?
b) min irreferih lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin?
ċ) kemm dam f’Malta?
d) kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
e) kemm swiet il-mawra tiegħu bħala spejjeż relatati?
f) x’kien il-kontenut ta’ taħriġ li ta?
ġ) min attenda għal dan it-taħriġ u x’inhi l-kariga ta’ kull persuna li attendit?
g) kemm–il siegħa dam dan it-taħriġ?
h) l-individwu kellu laqgħat ma’ persuni minn Ministeri oħra?
ħ) l-individwu kellu laqgħat ma persuni terzi?
Response (BORG, TONIO)
L-individwu kien f'Malta sabiex iħarreġ impjegati tas-Servizz Pubbliku dwar id-diplomazija.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huwa mpenjat li jipprovdi taħriġ lill-uffiċċjali li jaħdmu fi ħdanu. Għal dan il-għan ġie organiżżat taħriġ mifrux fuq tlett ijiem lil numru ta' ħaddiema. Darbtejn fil-ġimgħa jingħata taħriġ lill-uffiċċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin dwar materji differenti.
Dan it-taħriġ sewa lill-Gvern madwar 3700 euro.
Uffiċjal fl-Ambaxxata Maltija f'Londra — irregolaritajiet
Question
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14885, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin għaldaqstant jgħid jekk jaqbilx jew le mal-konklużjonijiet ta' l-Awditur Ġenerali dwar irregolaritajiet li sab fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 li twettqu minn uffiċjal għoli Malti fl-Ambaxxata Maltija f'Londra?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-parir li ngħatajt mill-Kummissarju Għoli f'Londra, li għamel il-verifiki neċessarji, jidher li m'hemm l-ebda ħlas xi jsir lura.
membri parlamentari — servizzi ta’ aħbarijiet u kummentarji elettroniċi dwar l-attwalità tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jirranġa ħalli l-Membri Parlamentari jkunu abbonati mas-servizzi ta’ aħbarijiet u kummentarji elettroniċi dwar l-attwalità tal-Unjoni Ewropea provduti fuq bażi ta’ kuljum mill-Agence Europe? Hu l-każ li l-istanzi u ministeri tal-Gvern, jew ta' lanqas il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, huma diġà abbonati f’dawn is-servizzi u allura l-Membri Parlamentari jistgħu faċilment jiddaħħlu fl-abbonament eżistenti?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministeru ma isibx l-ebda problema biex Membri Parlamentari jibdew jirċievu, fuq bażi ta' kuljum, kopja eletronika ta' Agence Europe. L-arranġamenti sejrin isiru ma' l-Uffiċċju tal-Parlament.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieqa ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l' ebda ħaddiema li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew dekasteru li jaqa' taħti mill-1 ta' Jannar sa issa.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'hemm l-ebda kumpanija b'maġġoranza ta' ishma pubbliċi li se jwettqu xi xogħol jew proġetti f'Għawdex minn din is-sena sal-2013.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk stedinx f’Malta lill-ex Ambaxxatur Ingliż għal Polonja li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jekk iva, x’kien l-iskop ta’ din l-istedina? Ma' min iltaqa' kemm dam f’pajjiżna u x’kienet il-funzjoni tiegħu waqt dawn il-laqgħat?
Response (BORG, TONIO)
Is-Sinjur Charles Crawford kien f'Malta sabiex iħarreġ ħaddiema tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dan provda taħriġ dwar id-diplomazija.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Gvern Malti flimkien mal-awtoritajiet kompetenti wara li minn bipartisan report ta' 330 faċċata li ġie released waqt hearing tal-investigations subcommittee permanenti tas-Senat Amerikan, irrizultaw four case histories waqt hearing on keeping foreign corruption out of the united states li fihom irriżulta fost affarijiet oħra li kienet intużat Malta biex isiru wire transfers ta' xi $9.2 miljun in konnessjoni mal-ex-President, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jikseb appoġġ fl-Istati Uniti permezz ta' lobbyist account biex ikun jista' jixtri US made armored cars u C-130 military cargo planes?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul l-2010 hux mistenni li tinfetaħ ambaxxata ġdida f'pajjiż barra minn Malta? Jekk fl-affermativ, f'liema stat u/jew pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 12890.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, li jaħdmu abbażi ta' kuntratt huwa 256.
153 minn dawn il-ħaddiema huma Locally Engaged Personnel li jaħdmu fl-Ambaxxati tagħna barra minn Malta. Is-Salarji kif ukoll il-kundizzjonijiet tagħhom ivarjaw skond il-pajjiż li jinsabu fih.
Qed inpoġġi l-informazzjoni oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — saħħa u siġurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm in-natura tax-xogħol tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin m'għandhiex issues ta' Health and Safety ipparagunat ma dipartimenti oħra, xorta għandna Kumitat Ad Hoc fuq Health and Safety Standards, b'rappreżentant minn kull sezzjoni fil-Ministeru sabiex jitressqu quddiemu l-ilmenti u s-suġġerimenti kollha meħtieġa.
Uffiċjal fl-Ambaxxata Maltija f'Londra — irregolaritajiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali sab fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, li twettqu minn uffiċjal għoli Malti fl-Ambaxxata Maltija f’Londra? Ittieħdu xi passi biex flus li dan l-uffiċjal ħa meta ma kienx jikkwalifika għalihom, jingħataw lura?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nħareġ rapport tal-Awditur, il-Ministeru għamel il-verifiki kollha neċessarji mal-Kummissarji għolja f'Londra u sa issa ma jirriżultax li hemm fondi li għandhom jingħataw lura.
Ambaxxata Maltija f'Londra — irregolaritajiet fl-għoti tal-fuel
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ttieħdu dwar l-irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, sab li twettqu fl-għoti tal-fuel lill-karozzi fl-Ambaxxata Maltija f'Londra?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 14885.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara li jinħareġ il-permess għar-residenza lill-individwu li dettalji dwaru qed jinatbagħtu separatament li jixtieq jiżżewweġ lill-partner tiegħu li ilu jgħix magħha għal dawn l-aħħar ħames snin u li anke kellu tifla minnha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna konċernata tista' tagħmel applikazzjoni formali għal permess ta' residenza jekk hi qiegħda tirisjedi legalment f'Malta.
Jekk din il-persuna qiegħda Malta b'mod illegali, il-każ tagħha jrid jiġi kkunsidrat mill-Uffiċċjal Prinċipali ta' l-Immigrazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti breakdown ta' kemm kien in-numru ta' visa u schengen visa li nħarġu matul l-2009 separatament, pajjiż pajjiż? Kemm minnhom kienu studenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2009 inħarġu total ta' 34,776 visa. Minn dawn kien hemm kif ser jingħad:
Transit visas - 152;
Schengen short-stay visas (Tip C) - 29,907; u
National long-stay visia (Tip D) - 4,717
Mill-ammont totali ta' 34,776 visas li nħarġu matul is-sena, kien hemm 7,379 visa maħruġa għal dawk l-applikanti li huma studenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' dawn l-ammonti skont il-pajjiż minn fejn ħarġu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-2009? Jista' jagħti ukoll breakdown ta' kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Liema nazzjonalità rrinunzjaw?
Response (BORG, TONIO)
Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninfurmah li minħabba li Malta taċċetta il-prinċipju ta' Ċittadinanza Doppja, kif ukoll Multipla, ħadd minn dawn il-persuni ma kellu għalfejn jirrinunzja ċ-ċittadinanza tiegħu jew tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, apparti li jimplimenta u jħeġġeġ miżuri favur l-ambjent, intrabat li jagħti s-somma ta' 75,000 ewro fuq perjodu ta' tliet snin lid-DiploFoundation biex taghti taħriġ fuq it-tibdil tal-klima lid-Diplomatiċi li ġejjin minn ġzejjer żgħar, inkluża Malta. Saru żewġ paġamenti ta' 25,000 ewro l-wieħed f'Marzu 2008 u 2009.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009 fejn l-ispiża qabżet l-€2,000.