Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti Ii ser jinbdew

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23205 u jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jinbdew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti infrastrutturali li jinvolvu l-MTA u li mistennija jibdew fl-2025 huma: · Il-Proġett ta’ tisbiħ tal-Pjazza ta’ Buġibba. Dan il-proġett qed isir b’ kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta li hija l-aġenzija li hi responsabbli mil-implementazjoni ta’ dan il-proġett. · Sistema ġdida ta’ dawl fuq barra tal-Bażilika ta’ Sant Elena, f’Birkirkara. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja li hija responsabbli mil-implementazjoni ta’ dan il-proġett. · Restawr ta’ Sacro Monte, fir-Rabat. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja, li hija responsabbli mil-implementazjoni ta’ dan il-proġett. · Restawr ta’ Nympheum ġewwa l-Argotti l-Furjana. Dan il-progett qed isir flimkien mal-Universita’ ta’ Malta.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti li ser jitlestew

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 23206 u jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jitlestew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti infrastrutturali li hija nvoluta fihom l-MTA u li mistennija jitlestew fl-2025, huma dawn: · L-installazjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl fuq barra tal-Bażilika ta’ Sant’ Elena, f’Birkirkara. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja li hija responsabli mill-implementazzjoni ta’ dan il-proġett. · Ir-riġenerazzjoni u tisbiħ tal-Pjazza tal-Birgu. Proġett li qed isir b’ kollaborazzjoni ma’ Infrastracture Malta, li hija l-entita’ responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett. · Il-proġett tar-riġenerazzjoni taz-Zuntier tar-Rabat. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Infrastracture Malta. · Manutenzjoni tal-faċċata tat-Torri L-Aħmar, fil-Mellieħa. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa. · Restawr tat-Torri ta’ San Tumas ġewwa Marsaskala. Proġett li qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Wirt Artna. · Restawr tal-faċċata tat-Torri ta’ Kemmuna. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 10723 u 22681. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Deputati tal-Gvern

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 14833 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23435.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq xorb

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet in-nefqa f’xorb alkoħoliku u kull tip ta’ xorb ieħor li saret mill-Ministeru fis-sena 2023 u fis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Policy Nazzjonali għat-Turiżmu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23335 u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ reviżjoni tal-policy nazzjonali għat-turiżmu? Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni u diskussjoni?

Response (BORG, IAN)

Qiegħed nassumi li l-Onor. Interpellant qegħdha tirreferi għall-Istrateġija tat-Turiżmu 2021-2030 li qegħdha tiġi eżegwita. Gejt infurmat li ma kien hemm l-ebda reviżjoni ghaddejja, iżda l-Istrateġija hija ovvjament dokument ħaj li kontinwament jiġi addattat għax-xejriet dejjem jevolvu li jkunu jeħtieġu l-introduzzjoni ta’ tattiċi aġġornati.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16394.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19982, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?

Response (BORG, IAN)

Ninsab informat illi t-tweġibiet mogħtija lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari 19982 u 19990 huma komprensivi għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.