Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltco u l-gvern — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bejn il-gvern u il-Maltco meta din tal-aħħar ħadet il-konċessjoni għall-10 snin biex tmexxi l-logħob legali f'Malta? Peress li wieħed jifhem li partijiet minn dan il-ftehim huwa ta' xorta kummerċjali, jkun biżżejjed jekk il-Ministru ma jpoġġix dawn il-partijiet fuq il-Mejda, u jpoġġi biss il-kundizzjonijiet l-oħra kollha.

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — salary band ta' impjegata

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31614 li ngħatat fis-6 ta' Frar 2012, u peress li issa saret revizjoni fis-salarji tal-management, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar: a) il-kategorija; u b) is-salary band, tal-impjegata inkwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-impjegata inkwistjoni għandha Performance Contract ta’ tlett snin b’salary band ta’ bejn €29,500 - €33,000 u għaldaqstant, ir-reviżjoni tas-salarji tal-Managers ma tapplikax.

Enemalta — Corporate Service - inġinier - performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra l-ammont ta' performance bonus għas-sena 2011 li ngħata lill-inġinier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Corporate Services tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jinforma l-ammont massimu ta' performance bonus għas-sena 2011 li hu intitolat għalih dak l-inġinier fil-Corporate Services tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-performance bonus għas-sena 2011 lill-inġinier riferut kien dak ta’ 7%. L-ammont massimu tal- performance bonus li hu ntitolat għalih dan l-inġinier huwa dak ta’ 10%.

Enemalta — legal officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema Ftehim Kolletiv jaqgħu u f’liema grad u skala jaqgħu l-legal officers tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m’għandhiex impjegati fil-grad ta’ legal officers.

Żejtun — Ġebel San Martin - servizzi tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol f'Binja San Klement ġewwa Ġebel San Martin Housing Estate fiż-Żejtun minħabba li f'kamra isfel tal-blokka, s-servizzi tad-dawl u l-ilma huma flimkien meta suppost dawn ikunu separati? Peress li dan l-aħħar kien meħtieġ xi tiswijiet imma l-ħaddiema ma ħassewx li kien safe biżżejjed biex jagħmlu x-xogħol meta kien hemm dawn is-servizzi flimkien, jista' allura dan jiġi solvut ħalli ma jkunx hemm periklu għall-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-meters ġew installati fil-kamra li ġiet allokata mis-sidien tal-blokka stess. Id-deċiżjoni li l-meters tad-dawl u ta’ l-ilma jiġu nstallati flimkien kienet ukoll ittieħdet mis-sidien tal-blokka. Kif jidher mir-ritratt li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, il- meters tal-elettriku huma stallati kif suppost bis- service boxes u l-apparat tal- meters kollha tal- plastic u iżolati. Jista’ jiġi nnutat li apparti l- meters tal-elettriku nbidlu wkoll il- meters tal-ilma u jidher illi dawn twaħħlu iktar fil-għoli bir-riżultat li ġew qrib tal- meters tal-elettriku. Hija r-responsabbilta’ tas-sidien illi jassiguraw li fil-propjeta’ tagħhom dawn is-servizzi ma jkunux aċċessibbli faċilment billi jistallaw kompartamenti biex jiżolaw aħjar dawn iż-żewġ servizzi. Madankollu, tajjeb li wieħed jgħid illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ser tikkomunika mas-sidien, ħalli tiġi offruta lokazzjoni alternattiva fejn jeħlu l- meters .

qtugħ tal-provista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ qtugħ fil-provista tal-elettriku bejn l-1 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Awwissu ta’ din is-sena? Jista' jagħti d-dati ta’ kull waħda minn dan il-qtugħ tad-dawl? Jista' jgħid f’liema ħin inqata' d-dawl u f’liema ħin ġie lura għal kollox, f’kull każ b’mod separat? Jista' jgħid f’kull każ, b’mod separat, liema kienu l-lokalitajiet milquta? Jista' jgħid f’kull każ, b’mod separat, x’kienet il-kawża tal-qtugħ tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dettalji mitluba huma fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qtugħ fil-provista tal-elettriku — policy tal-korporazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta dwar ħsarat u danni li l-klijenti tagħha jsofru minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta konsumatur jilmenta mal-Korporazzjoni li ġarrab xi ħsara minhabba qtugħ fil-provvista tal-elettriku. Il-Korporazzjoni tinvestiga u tevalwa kull każ skont il-merti u proċeduri interni. Jekk jiġi stabbilit li l-korporazzjoni kienet negliġenti u liable , jiġi kwantifikat id-dannu skont l-parametri finanzjarji stabbiliti.

qtugħ fil-provista tal-elettriku minħabba xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta dwar ħsarat li jsiru fuq cables waqt xogħlijiet fuq toroq u li minħabba fihom il-klijenti tagħha jsofru qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni tfittix għad-danni lil min iwettaq ħsarat fuq il-cables tagħha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienu l-każijiet bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012 fejn il-korporazzjoni ħadet dan il-pass u x’irriżulta f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi f’każ li l-cables u r-rotta tagħhom ikunu ġew immarkati u ndikati mir-rappreżentat tal-korporazzjoni lill-kuntrattur imqabbad mill-Enemalta jew lill-kuntrattur imqabbad mill-entita’ responsabbli, il-Korporazzjoni żżomm responsabbli u timmulta lill-kuntrattur kwalunkwe spejjeż relatati mat-tiswijiet meħtiega li jinkludi l-materjal u ħin tax-xogħol li l-impjegati tal-Korporazzjoni jkunu għamlu. Il-Korporazzjoni tikteb b’mod uffiċċjali lil min ikun wettaq il-ħsara sabiex jersaq għall-ħlas tad-danni. Jekk dawn l-ispejjeż ma jitħallsux fi ¿mien stipulat, imbagħad il-Korporazzjoni tmexxi l-każ b’mod legali fil-Qorti sabiex tissalvagwardja l-interessi tagħha. Bejn is-sena 2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012 kien hemm 291 każ fejn kuntratturi ikkawżaw ħsara fuq il- cables ta’ l-Enemalta. Minn dawn il-każijiet, f’29 minnhom il-Korporazzjoni kellha tipproċedi b’mod legali fejn 13-il każ ġew konklużi favur il-Korporazzjoni, 7 każi ġew konklużi kontra l-Korporazzjoni, filwaqt li 9 każi għadhom pendenti. Il-kumplament tal-każi qed jiġu riżolti barra l-Qorti fejn 66 minnhom ħallsu u l-każ ingħalaq. Fil-każ ta’ 75 oħra, il-Korporazzjoni qed tikkonsidra x’passi ulterjuri se tieħu, filwaqt li 121 każ għadhom pendenti.

ħsara fil-cables minħabba t-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni Enemalta u Transport Malta wara d-dikjarazzjoni tiegħu li l-cables tal-Korporazzjoni Enemalta qed isofru ħsarat bil-piż tat-traffiku fuqhom, wara li t-tarmak idub bis-sħana qawwija tas-sajf ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x’irriżulta minn dawn id-diskussjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni qiegħda tagħmel analiżi interna dwar il-ħsarat rapportati fis-sistema ta’ distribuzzjoni. Dan se jinkludi wkoll diskussjonijiet ma’ Transport Malta.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24771.

informazzjoni dwar il-konsulenti fil-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenti kollha li hemm mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu flimkien mal-ħlas tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 33418.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34536.

informazzjoni dwar il-konsulenti fil-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29110 u jagħti lista tal-konsulenti kollha li hemm mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu flimkien mal-ħlas tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 33418.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28122 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettaji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24771.

Kalkara — Tanking facilities

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li wara l-privatzzazzjoni tat-Tarzna ġiet imwaqqfa kumpanija tal-Gvern – Ricasoli Tank Cleaning Facility Ltd. Din tmexxi l-operat tat-Tank Cleaning. Meta kien hemm domanda għal dawn is-servizzi l-kumpanija pprovdiethom. Tajjeb li l-Onorevoli membru jkun jaf li fl-4 ta’ Mejju ta’ din is-sena ngħata l-bidu għall proċess tal-privitazzjoni ta’ dan l-operat permezz ta’ talba għall-offerti għall-operat ta’ ‘Port Reception Facility For Ship Generated Waste Oils and Cargo Residues Located at Ricasoli’ għal 30 sena. Il-proċess għadu għaddej.

importazzjoni ta' inbid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' inbid li ġie importat f'Malta matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dan l-inbid ġie Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni sal-aħħar tal-2011 mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

importazzjoni ta' xorb alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' xorb alkoħoliku li ġie importat f'Malta (jew inġieb għas-suq Malti) matul l-2010 u matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28122 u cioè: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24771.