Learning Support Assistants — Diploma Course - ħlas ta' arretrati
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu maħtura l-learning support assistants fil-gradi tagħhom, dan meta spiċċaw id-Diploma Course f'Diċembru 2011? Tista' tikkonferma li dawn il-ħaddiema se jitħallsu l-arretrati back dated bħalma sar ma' sħabhom fi skejjel tal-knisja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċess biex il-learning support assistants li spiċċaw id-Diploma Course f’Diċembru 2011 jinħatru bħala Learning Support Assistants II għadu għaddej. Kif jiġi ppublikat ir-riżultat, u wara li tiġi l-ittra tan-notifika mill-PAHRO (Public Administration Human Resource Office), jibda l-proċess biex jiġu impjegati.
Minħabba li dan mhux eżerċizzju ta’ assimilazzjoni, l-paga ta’
learning support assistants
li diġà qiegħdin jaħdmu fi skejjel tal-istat tibda tgħodd mid-data tal-approvazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa numru ta' skejjel li għandhom bjar jew xi forma ta' ħażna għall-ilma tax-xita? Billi kull ma jmur, qed ikun dejjem magħruf fid-dinja li l-green walls u l-green roofs huma strumentali biex inaqqsu l-pollution, noise levels u l-energy costs kif ukoll joħolqu ambjent aktar san fl-iskejjel għall-istudenti u l-għalliema, tista' tinforma jekk il-Ministeru għandux pjanijiet li jintroduċi dawn is-sistemi fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, f'liema skejjel se jsiru dawn il-green walls u green roofs u kemm se jiswa dan il-pjan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 40 (erbgħin) skola li għandhom bjar jew xi forma ta’ ħażna għall-ilma tax-xita.
F’dan l-istadju ma hemmx ħsieb li jiġu implimentati Green Walls u Green Roofs. L-iskejjel jinbnew b’diversi sistemi li jnaqqsu l-pollution, noise levels u l-energy costs, fosthom l-installazjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ enerġija bħal sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi, solar water heaters, ħażniet ta’ l-ilma tax-xita kif ukoll sistemi li jikkontrollaw l-użu ta l-enerġija fid-dawl magħrufin bħala intelliġent lighting systems.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il edizzjoni tal-programm Bijografiji fuq il-Public Broadcasting Services, ixxandru minn Ottubru tas-sena l-oħra sal-lum? Kemm minnhom kienu edizzjonijiet li xxandru għall-ewwel darba u kemm kien hemm li kienu ripetizzjonijiet ta’ edizzjonijiet li diġà kienu xxandru darba oħra mill-Public Broadcasting Services fix-xhur li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
TVM ixandar kemm edizzjonijiet oriġinali kif ukoll repetizzjonijiet tal-programm Bijografiji. S’issa xxandru 24 programm li 8 minnhom kienu repetizzjonijiet. Dawn jixxandru skont il-vijabilità kummerċjali tal-ġranet rispettivi li fihom jixxandru l-programmi.
Tista' l-Ministru tispjega għaliex ażjendi li applikaw biex jimpjegaw persuni taħt l-Employment Aide Programme baqgħu mingħajr risposta mingħand il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, ghal aktar minn 6 xhur bil-konsegwenza li kellhom iwaqqfu l-impjieg tal-istess persuni? X'se tagħmel il-korporazzjoni biex tagħti rimedju lil dawn il-persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba dan in-nuqqas ta' risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-Università li qed jitgħallmu akkademikament u prattikament iż-żfin fil-qasam edukativ, kemm dak sekondarju kif ukoll dak terzjarju? Kemm ilu miftuħ dan il-kors u kemm ipparteċipaw studenti minn meta fetaħ dan il-kors sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ilma tax-xita miġbur minn fuq il-bjut, btieħi tal-iskejjel tal-istat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa kalkulat li jinġabar ilma tax-xita minn fuq il-bjut, btieħi eċċ. tal-iskejjel tal-istat f'Malta abbażi ta' sena sena? X'użu jsir minn dan l-ilma matul is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija kkalkulata r-rata ta' tfal illitterati li jispiċċaw mill-primarja u li jkunu se jibdew is-sekondarja? Kif ġiet ikkalkulata din ir-rata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tiddentifika liema huma is-suġġetti li weħlu fihom u li m'għaddewx minn eżamijiet tagħhom it-tfal li spiċċaw il-primarja fis-sena 2011? Tista' tgħid kemm spiċċaw żgħażagħ fis-sena 2011 li m'għaddewx mill-eżamijiet finali tagħhom? Tista' tgħid mil-liema eżamijiet m'għaddewx u kemm kien hemm żgħażagħ li għamlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li m'għaddewx mill-eżamijiet finali tal-primarja u xi jsir minn dawn l-istudenti fis-sistema edukattiva preżenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk isirx studju ħalli jaraw kemm żgħażagħ li jibdew is-sekondarja b'ħilit limitati fil-suġġetti bażiċi jispiċċaw itejbu dawn il-ħiliet meta jispiċċaw is-sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mis-sena skolatika 2011-12, meta għall-ewwel darba l-klassijiet tal-Form 1 tal-iskejjel tal-istat ġew iffurmati b’referenza għall-Eżami tal-Benchmark li sar għall-ewwel darba fl-2011, tfal li fil-Form 1 kienu għadhom b’ħiliet bażiċi fil-Malti, l-Ingliż jew il-Matematika bdew jiġu identifikati b’mod sistematiku. Dan kien possibbli billi l-Eżami tal-Benchmark kien l-ewwel assessjar Nazzjonali tal-aħħar tal-primarja li issawwar apposta biex, fost affarijiet oħra, jippermetti din l-identifikazzjoni. L-istudenti hekk identifikati qed isegwu programm speċjalizzat fis-suġġett relatat, u l-għalliema qed jirċievu taħriġ, appoġġ u riżorsi apposta biex it-tagħlim isir b’mod effettiv.
Għalhekk, minn din is-sena skolastika dawn l-istudenti se jibda ‘tracking’ tagħhom biex naraw li jsir it-titjib akkademiku neċessarju.
Tista l-Ministu tagħti spjegazzjoni għaliex is-surmast li kien qed imexxi l-Iskola Marija Reġina tal-Mosta ħa transfer l-għada li din l-iskola infetħet uffiċċjalment mill-Prim Ministru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor Interpellant għandu nformazzjoni skorretta għall-aħħar. Is-surmast li kien qed imexxi l-iskola Kulleġġ Maria Reġina, Sekondarja Subien, Mosta, ma ħax transfer imma huwa stess applika għal promozzjoni u peress li għadda mill-interview b’suċċess, dan mar jaħdem bħala Uffiċċjal Edukattiv fi ħdan id-Direttorati Edukattivi.
Floku ntbagħat surmast ġdid li kien qed imexxi skola oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm lecturers full-time u fuq kuntratt definit li jgħallmu dawn is-suġġetti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fit-tieni semestru ta' din is-sena akkademika 2011/2012: Malti, Ingliż, Matematika, Franċiż, Ġermaniż, Business Communications, Tourism Law, Cruise Liner Operations, Pastry u Information Technology? Kemm hemm sigħat ta' tagħlim għal kull suġġett? Tista' tagħti tagħrif maqsum għal kull suġġett separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ITS — applikazzjonijiet ta' studenti għall-internship
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex jagħmlu internship barra minn Malta kull sena bejn l-2008 u l-2012? Tista' tgħid f'liema pajjiżi saru l-interships sena b'sena u fejn se jsiru din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw charges fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi lill-impjegati akkademiċi u mhux akkademiċi separatament u kemm inbdew proċeduri dixxiplinarji kontrihom sena b'sena bejn l-2008 u l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? F'każ ta' proċeduri dixxiplinarji mibdija, f'kemm każijiet instab li fil-fatt ma kienx hemm każ fejn jittieħdu passi dixxiplinarji u l-proċeduri twaqqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32674, tista' l-Ministru tgħid kemm mill-540 persuna li qed jaħdmu ma’ kumpaniji li joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija huma fuq bażi full-time u kemm hemm fuq bażi part-time? Tista’ tagħti dan it-tagħrif rġiel għalihom u nisa għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ fl-aħħar ta’ Frar 2012, il-35 kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kienu jħaddmu 482 persuna fuq bażi full-time filwaqt li 58 persuna fuq bażi part time, total ta’ 540 persuna. 342 persuna kienu rġiel filwaqt li 198 persuna kienu nisa.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32674, tista’ l-Ministru tgħid kemm mit-33 kumpanija li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija jħaddmu minn 1 sa 5 persuni, minn 6 sa 10 persuni, minn 11 sa 15-il persuna, minn 16 sa 20 persuna, minn 21 sa 25 persuna, minn 26 sa 30 persuna, minn 31 sa 35 persuna, minn 36 sa 40 persuna, minn 41 sa 45 persuna, minn 46 sa 50 persuna, minn 51 sa 55 persuna, minn 56 sa 60 persuna. minn 61 sa 70 persuna, minn 71 persuna sa 80 persuna, minn 81 persuna sa 90 persuna, minn 91 persuna sa 100 persuna, minn 101 persuna sa 110 persuna, minn 111 persuna sa 120 persuna, minn 121 persuna sa 130 persuna, minn 131 persuna sa 140 persuna, minn 141 persuna sa 150 persuna u minn 151 persuna ‘l fuq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.