Ta' Qali — parking area prinċipali tal-Stadium Nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħarrku vetturi fl-inħawi ta' Ta' Qali, Attard il-Ħadd 22 ta' Mejju 2011 wara nofsinhar? Fid-dawl tal-fatt li ttellgħet tinda fil-parking area prinċipali tal-iStadium Nazzjonali, jidhrilha l-pulizija li ma kellhiex għalfejn tħarrek tant vetturi meta kien ovvju li ma kienx hemm postijiet ta' parkeġġ għall-attendenza ta' madwar 9000 spettatur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju 2011, il-Pulizija ħarġet 66 ċitazzjoni minnħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku. Naħseb wieħed irid jifhem u japprezza illi fejn ikun hemm attivitajiet tal-massa, huwa ferm aktar importanti li r-regolamenti tat-traffiku jkunu osservati. Dan sabiex it-traffiku jkun jista' jiċċirkola aħjar mingħajr ingombru, kemm għall-pubbliku in ġenerali, kif ukoll f’każ li jkunu meħtieġa vetturi tas-servizzi tal-emerġenza.
Jista' l-Ministru jindika quddiem liema mħallfin ġew assenjati
a) ir-rikorsi ta' karenza kostituzzjonali u
b) ir-rikorsi ta' karenza kostituzzjonali fejn issir ukoll talba għal smiegħ bl-urġenza fl-aħħar tnax-il xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar tnax-il xahar u ċioe' mill-25 ta' Mejju tal-2010 sal-25 ta' Mejju 2011 ġew ipprezentati 76 rikors kostituzzjonali.
Dawn il-kawżi ġew assenjati fuq bażi ta’
roster
quddiem l-Onor. Imħallfin: Gino Camilleri, Tonio Mallia, Joseph Zammit McKeon, Giannino Caruana Demajo, Joseph R Micallef, Mark Chetcuti; Abigail Lofaro u Joseph Azzopardi.
L-Imħallef Pace kien jiġi assenjat kawżi Kostituzzjonali sakemm kien għadu fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u mbagħad daħal minnfloku l-Onor. Imħallef Mark Chetcuti.
L-Imħallef Farrugia Sacco ġie assenjat kawża waħda biss li kienet referenza kostituzzjonali li tqajmet f’kawża ċivili li kien diġa' qed jisma hu.
Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar kemm isiru talbiet għal smiegħ b’urġenza rigward rikorsi kostituzzjonali.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Family Friendly measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent:
a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’
family friendly measures
bħal
teleworking,
sigħat imnaqqsa
, parental leave,
u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol;
b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimentili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq;
ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri
family friendly
li xi dipartimentili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u
d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s'issa fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru m'hemmx il-faċilità ta' Childcare Unit.
Għar-rigward domanda ċ, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23650, filwaqt li l-informazzjoni mitluba għall-partijiet l-oħra tad-domanda, hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jkollhom team ta' support iddedikat għalihom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li permezz ta' programm li nbeda l-ewwel darba fi Frar 2011, bl-isem ta' Employee Support Programme for Public Employees immexxi mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani tal-Amministrazzjoni Pubblika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed ikun hemm support team li huwa indirizzat, fost oħrajn, għall-benefiċċju tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Dan il-programm qed jiġi mwettaq bi sħubija ma' għaqdiet volontarji speċjalizzati f’dan il-qasam flimkien ma' organizzazjonijiet oħra u hu intiż biex jidentifika u jindirizza firxa wiesgħa ta' problemi marbuta mal-ambjent tax-xogħol.
Wara r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25167, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qabel ma tiġi introdotta l-parole, jiżdiedu programmi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għall-problemi speċifiċi ta' anger management u għal sex offenders?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bħalissa fil-Facilità Korrettiva m’hemmx il-programmi li qed jagħmel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant għalkemm kull priġunier li jidħol fil-faċilità jsirulu assessments varji mill-Psikolġisti interni u, fejn ikun hemm bżonn, u skont il-każ, fejn tirriżulta ċertu mġieba, dawn jiġu riferuti għal aktar assessments u attenzjoni. Madankollu, infurmat li, fil-kuntest tar-riforma li trid issir in segwitu għad-dħul fis-seħħ eventwali tal-Att tal-Ġustizzja Riparatrici, se jissaħħu notevolment is-servizzi psikoloġiċi u ta’ sapport li toffri il-faċilità u għal dan il-għan bħalissa qed isir il-proċess neċessarju biex dan it-tisħiħ jitwettaq.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra xi programmi jeżistu, jekk fil-fatt jeżistu, fejn tidħol il-psikoloġija li minnhom jistgħu jibbenefikaw priġunieri ħalli meta dawn joħorġu mill-ħabs, ikollhom aktar possibilità li jintegraw ruħhom fis-soċjetà, mingħajr ma jwettqu atti kriminali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ta’ min jinnotta illi sabiex persuna tesperjenza reintegrazzjoni sostenibbli wara li toħroġ mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jkun hemm bżonn, apparti programmi b’orjentament psikoloġiku, programmi li jindirizzaw ukoll bidla fl’atteġġjament u l-imġieba kif ukoll programmi b’aspett psikosoċjali. Però l-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf illi programmi li jiġu offruti fil-faċilità li għandhom komponent psikologiku huma kif ġej:
Life Skills
li jinkonsisti f'tagħlim bażiku bħal per eżempju kif tinkontrolla lilek innifsek fl-imġieba, kif issolvi problemi, kif tikommunika ma' ħaddieħor eċċ.
One to One Therapy
li jinkonsisti f'
counselling
u pariri skont il-ħtieġa tal-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-Forensic Unit ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u kemm hemm priġunieri? Kemm minn dawn il-priġunieri huwa sentenzjati u kemm minnhom qiegħed detenuti għax ma ngħatawx ħelsien mill-arrest?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Forensic Unit hemm 12-il kamra. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 50 priġunier, 31 sentenzjati u 19 arrestati.
Tribunal għall-Affarijiet tal-Konsumaturi — talbiet żgħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet minn ċittadini Maltin fit-Tribunal għall-Affarijiet tal-Konsumatur taħt l-Art 4(1) ta' Regulation EC No 861/2007 li tistabilixxi proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar? Kemm inqatgħu minnhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija preċedenti ċioe 26192.
Wara dak li ġie kkwotat li qal il-Ministru f'ġurnal lokali dwar l-implimentazzjoni tal-Information Act li ilha sentejn approvata minn din il-Kamra iżda qatt ma ddaħħlet fis-seħħ, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol biex dipartiment tal-gvern ikunu f'pożizzjoni li jidħlu għall-obbligi ta' din il-liġi bdew f'Marzu li għadda, jiġifieri xahrejn ilu biss, meta l-liġi ġiet approvata sentejn ilu? Jista' jgħid meta din il-fażi se tkun lesta biex jinħareġ l-Avviż Legali neċessarju ħalli l-liġi tidħol fis-seħħ u l-poplu u l-media jkunu jistgħu jagħmlu użu mid-drittijiet ta' din il-liġi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li, minkejja l-impressjoni li setgħet ingħatat fl-artiklu fl-istampa li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ix-xogħol biex is-Settur Pubbliku jitħejja għad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Ligi ilu li beda ferm qabel Marzu li għadda. Xogħol preparatorju intensiv beda jsir f’dan il-Ministeru fl-ewwel xhur tal-2009, kważi immedjatament wara li għaddiet il-Liġi. F’Lulju 2009, ġew ippubblikati l-ewwel Avviżi Legali li daħlu fi-seħħ partijiet mill-Liġi. Proprju f’dak iż-żmien u x-xhur immedjatament wara, saru l-ewwel workshops dwar l-Att u l-implikazzjonijiet tiegħu, li kienu ndirizzati lejn il-Kapijiet u Uffiċjali għolja oħra tas-Settur Pubbliku. F’Diċembru tal-2009, imbagħad, saret l-ewwel laqgħa għal Uffiċjali nominati apposta biex jikkordinaw dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ talbiet li jistgħu jsiru skont din il-Liġi. Sessjonijiet ta’ taħriġ f’livelli varji tas-Settur Pubbliku kollu bdew isiru fi Frar tal-2010 u baqgħu għaddejjin kważi ininterrotament tul dik is-sena. F’Marzu tal-2011 imbagħad, beda jsir taħriġ fuq is-sistema eletronika li se tintuża biex tiffaċilita' l-ipproċessar tat-talbiet u tassigura livell ta’ uniformità bejn Dipartiment u ieħor. L-Onorevoli Interpellant żgur japprezza l-importanza li Ligi sensittiva bħal din tiġi implimentata bl-akbar livell ta’ preparazzjoni possibli biex jintlaħaq il-għan li tagħmel is-Settur Pubbliku aktar trasparenti għas-sodisfazzjon tal-pubbliku in ġenerali. Għalhekk huwa essenzjali li l-proċess ta’ implimentazzjoni jieħu ż-żmien kollu meħtieġ anke jekk, għal min hu estranju għax-xogħol involut, dan jista' jidher pjuttost twil. Daqshekk ieħor fuq dan, id-dirrezzjoni tibqa' li l-Att jiġi fis-seħħ kif il-proċess kollu jiġi finalizat kompletament.
San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar u Imġarr — ġlied rappurtat
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ġlied li ġie rrappurtat lill-pulizija f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, n-Naxxar u l-Imġarr matul l-2009, l-2010 u sa Marzu 2011, lokal b'lokal?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika taħt il-kategorija ta’ “ġlied”.
San Pawl il-Baħar — Triq iċ-Ċagħaq u Triq il-Lampuki - Karozza
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25825, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l-ispezzjoni indikata fir-risposta, għaliex fil-fatt minn dakinhar li saret id-domanda l-karozza tneħħiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet l-ispezzjoni nhar il-Ħamis 5 ta' Mejju fis-2pm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu immigranti irregolari l-Qorti fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena, u x’kienu l-akkużi li tressqu fuqhom ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta’ inċidenti li ġew rapportati li seħħew fi closed u f’open centres fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti li ġew irrappurtati li seħħew fiċ-Ċentri Miftuħa u dawk fiċ-Ċentri Magħluqa amministrati minn dan il-Ministeru, mill-2005 sal-2010 kienu kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:-
Uffiċjali tal-Forzi tas-Sigurtà — inċidenti fi closed centres tal-immigranti irregolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti minn uffiċjali tal-Forzi tas-Sigurtà dwar ġrieħi li sofrew jew inċidenti oħra simili kkawżati minn immigranti irregolari fi closed centres fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti minn membri tal-Forzi tas-Sigurta' li sofrew ġrieħi f’inċidenti fil-Closed Centres tal-immigranti illegali, kien kif gej:
Membri tal-Korp tal-Pulizija
Uffiċjali tas-Sigurta' fiċ-Ċentri Miftuha
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eks AFM li għalqu 25 sena servizz u daħlu fid-detention services wara sena, hux il-każ li għandu jiġi estiż ix-xogħol tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm żewġ kategoriji bażiċi ta' persuni li jaħdmu fis-servizz ta' detenzjoni għar-rigward l-eks AFM. L-ewwel hemm dawk li kienu ġew ingaġġati bħala Detention Officers taħt sejħa pubblika u dawk huma regolati minn dik is-sejħa; u t-tieni dawk li fl-Armata jispiċċaw fl-età ta' 55 sena u ma jkunux għadhom għalqu l-25 sena servizz. Dawn għandhom l-għażla li jservu fis-servizz sakemm jilħqu l-età ta' 25 sena jew l-età ta' 61 sena, skont liema tiġi l-ewwel.
Il-kundizzjonijiet tas-salarju taż-żewġ kategoriji huma differenti, tal-ewwel skont is-sejħa u tat-tieni skont dak li kellhom fl-Armata.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Pulizija wara diversi rapporti li trakkijiet tal-kumpanija ewlenija fil-qasam tal-kostruzzjoni f'Għawdex, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fil-jiem li għaddew komplew jarmu skart tal-kostruzzjoni fiż-żona magħrufa bħala Ta' Muxi, fil-Qala, u dan meta ma kienx l-ewwel każ li trakkijiet ta' din il-kumpanija nqabdu jordmu skart tal-kostruzzjoni f'dan is-sit li jkun ġej minn proġetti tal-gvern li l-istess kumpanija qegħda tagħmel f'Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet l-investigazzjonijiet u għaddiet ir-rapporti tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar u qiegħda tistenna r-risposta mingħand l-istess awtorità
serqiet minn stabbilimenti kummerċjali reġistrati lill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 210 serqa minn stabbilimenti kummerċjali.