Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza ghat-twegiba mogħtija fil-mistoqsija Parlamentari 35239 mghotija fis-seduta 486 tal-4 ta' Ġunju, 2012.

Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — nies li kienu impjegati bħala self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) wara li nħareġ S.L.452.108 u kemm kien hemm employers u impjegati li kienu qegħdin jiġu mħaddma bħala self-employed meta fil-verità kellhom ikunu impjegati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni tal-2012 ta’ Standard Nazzjonali dwar l-Istatus tal-Impieg dahal fis-sehh fl-ahhar ta’ Jannar ta din is-sena. Fost affarijiet ohra L-Ordni jistabbilixxi tmien kriterji oggettivi li jigu applikati ghax-xoghol li tkun qed taghmel persuna. Jekk jigu sodisfatti hamsa jew aktar minnhom ikun ifisser li dik il-persuna li tkun ddikjarata li hi self employed tigi meqjusa li qeghda f’relazzjoni t’impieg u li hi mpjegata. Minn mindu dahal fis-sehh dan l-Ordni, gew investigati l-istatus tal-impieg ta 392 persuna. Minn dawn irrizulta li · 49 persuna kienu fil-fatt registrati korrettement bhala impjegati · 189 kienu registrati korettement bhala self-employed. Irrizulta wkoll li kien hemm 158 persuna li kienu irregistrati bhala self-employed u li kienu jissodisfaw 5 mit-tmien kriterji. Minn dawn gew ezentati 66 persuna wara talba f’dan is-sens skont kif rikjesta mill-ligi u 92 persuna huma ikkunsidrati li fil-fatt kienu f’relazzjoni ta mpieg u allura kienu mpjegati. F’kazi bhal dawn, min ihaddem jigi nfurmat li dawk il-persuni li kienu registrati bhala self-employed huma fil-fatt impjegati u li l-provedimenti ta’ L-Att dwar ir Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg japplikaw.

Persuna li trid tgħaddi board

Question

Jista' l-Ministru jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi igwidata biex tkun taf jekk għandhiex bolol biżżejjed biex toħroġ board?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Persuna li għaddiet boarded out — pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għaddix boarded out u meta se jibda jieħu l-pensjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Persuna li qed jinqatawla flus mill-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed jaqtgħulha xi flus li hija ħadet żejda u tixtieq li jkollha spjegazzjoni peress li qed issostni li hemm xi żball?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Residenti ta' proprjetà li tkun ritenuta bu possession and use

Question

B'referenza għall-iskema ta' xiri ta' appartamenti mir-residenti ta' proprjetà li qabel kienet ritenuta by possession and use bħal dawk tas-City Gate, ma jidhirlux il-Ministru li mhux sew li min ikun irnexxielu jġemma ammont ta' flus matul is-snin però li ilu jokkupa l-fond għal snin twal, ma jibbenefikax mis-sussidju? Jappreza li hemm residenti li ilhom jokkupaw il-proprjetà għal aktar minn tletin sena u li llum saru anzjani u li b'mod naturali jkunu akkumulaw ċertu flejjes, m'għandhomx jiġu daqsant preġudikati? Jidhirlu li b'dan il-mod l-okkupanti mhux qed jingħataw l-ebda vantaġġ jew stimolu biex jixtru din il-proprjetà u dan avolja ilhom is-snin jagħmlu l-almu tagħhom f'dan ir-rigward? Japprezza li prezz bi prezz dak li jkun mhux daqstant ikun akkanit li jixtri fond ġewwa l-Housing Estate? Jikkonsidra li l-assessment għandu jirreferi għaż-żmien ta' meta ttieħed il-flat jew għal tal-anqas min ikun qabeż is-somma jieħu forma ta' sussidju minuri mill-oħrajn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-iskema ‘ninvesti fid-dar tiegħi’ hija mibnija fuq il-prezz kummerċjali tal-post – li huwa mibni fuq kemm ilu mibni, il-lokalita’ u l-kobor. Wara jingħata s-sussidju. Is-sussidju jingħata jekk l-ammont tal-assi u dħul li jkollu l-kerrej fid-data tat-tħabbir ta’ din l-iskema jkun anqas minn € 100,000. Is-sussidju jinghata kif ġej fuq bażi ta’ kemm ilu kerrej konoxxut; Bejn 7 – 10 snin jingħata 50% sussidju Bejn 10 u 15 ‘il sena jingħat a 55% Bejn 15 u 20 jingħata 60% Aktar minn 20 sena 65%

Anzjani li bbenefikaw mill-għotja tal-Budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31607 u jgħid kemm hemm anzjani 'l fuq minn 80 sena li bbenefikaw mill-għotja ta' €300 tal-budget?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sal-11 ta’ Mejju, 2012 ibbenfikaw 11853 anzjan ‘l fuq minn 80 sena mill-għotja ta €300 imħabbra fil-budget.

Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — ħlas ta' salarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x`passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fuq ilmenti dwar ħlas ta' salarju permezz ta' sistema ta' VAT receipts flok permezz ta' impjieg mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz li qed jirreferi għalih ġie investigat u se jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-proveddimenti relattivi tal-liġi jkunu osservati.

Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — ingaġġ ta' impjegati mhux skont il-ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fuq ilmenti dwar ingaġġ ta' impjegati mhux skont il-ftehim kollettiv (jiġifieri ingaġġ fuq il-massimu tas-salarju tal-grad flok il-minimu) fl-entità pubblika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li hemm xi klawsola fil-ftehim kollettiv li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant li jorbot lill-entità konċernata li timpjega persuni fil-minimu ta’ grad.

xiri ta’ proprjetà for possession and use

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk is-sussidju li se jingħata fuq ix-xiri ta’ proprjetà for possession and use iridx jiġi rifondut wara it-trapass ta’ għaxar snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju jigi rifuz lill-Awtorità jekk it-trasferiment tar-residenza isir qabel il-perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kuntratt finali, jew jekk il-benefiċjarju ma jibqax jabita fid-dar bħala residenza ordinarja tiegħu għall-perjodu ta’ għaxar snin però referenza ssir għall-kondizzjonijiet li jirriżultaw mill-istess skema.

Tfal fl-Istutzzjonijiet tal-Knisja — allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' tfal f'istituzzjonijiet tal-Knisja u ta' entitajiet oħra li dwarhom titħallas xi forma ta' allowance taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, kull sena, mill-2006 sal-2011?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ tfal f’istituzzjonijiet tal-Knisja u ta’ entitajiet oħra, li dwarhom jitħallas xi forma ta' allowance taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali huwa kif muri hawn taħt: 2006 339 2007 332 2008 332 2009 319 2010 274 2011 211

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Date Activity Management Fee charged by Perfect Organising Ltd Authorised by 26.08.2004 Organisation of EU Conference on Women and Men in an Enlarged Europe (1st to 3rd April 2204) Lm472.00 (€1099.47) Permanent Secretary 24.06.2006 Organisation of Tunisian Delegation Visit to Malta (23rd to 27th April 2006) Lm295.00 (€687.17) Permanent Secretary 29.05.2007 Organisation of Conference held by the Arab Women Organisation (18th to 20th May 2007) Lm413.00 (€962.03) Permanent Secretary

Reġistru għal Protezzjoni tal-Minuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni hemm reġistrati fir-Reġistru għal Protezzjoni tal-Minuri? Jista' jgħid dwar liema reati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju, 2012 ma kien hemm l-ebda persuna registrata fir-Reġistru għal Protezzjoni tal-Minuri. Infakkar illi hija l-Qorti li fid-decizjoni tagħha trid tordna, meta tinstab ħtija, li persuna titpoġġa fir-Reġistru.

estradizzjoni ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-estradizzjoni ta' persuni lejn Malta? Minn liema pajjiżi? Għal liema reati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talbiet ghall-estradizzjoni ta’ persuni lejn Malta pendenti hemm 3. Dawn huma lkoll mir-Renju Unit ghal reati ta’ frodi u traffikar f’ narcotici.

San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34278, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32296 partikolarment għall-fatt li din it-triq għad m'għandhiex 70% tagħha li hi mibnija, u billi l-bini li hemm f'din it-triq hu kważi kollu mibni mill-Awtorità tad-Djar, jista' l-Ministru jikkordina l-ħidma neċessarja ma' din l-istess awtorità, biex ma nħallux persuni li ngħataw fejn joqogħdu mill-gvern innifsu ma jkunux jistgħu jidħlu f'darhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta mghotija mill-Ministru Gatt ghall-mistoqsija 32296 fis-seduta tat-23 t'April 2012 (Numru 463). Inzid illi l-Awtorità tad-Djar m'għandha l-ebda responsabiltà li tibni toroq ġodda.

talba għaċ-ċekk tar-relief

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareg iċ-ċekk tar-relief ta' missier b'erbat itfal li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu kif għamel operazzjoni u jinsab bla ebda dħul?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Inteprellant li l-persuna ndikata minnu giet infurmata dwar il-każ tagħha.

applikazzjoni tal-Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-Housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-individwu in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva fis-16 ta’ Mejju, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.

Mtarfa — ħsara taħt binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se titranġa l-ħsara li hemm fil-garaxxijiet taħt Binja Msieraħ, Triq l-Imtarfa l-Imtarfa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar qiegħda tindirizza mal-kuntrattur l-isnag list sabiex ix-xogħlijiet ikunu konklużi b’mod sodisfaċjenti għal kulħadd mill-aktar fis.

Awtorità tad-Djar — talbiet ta' residenza alternattiva

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34757, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-persuni li ġejjin minn lokalità partikolari (f'dan il-każ San Pawl il-Baħar), jingħataw xi forma ta' preferenza fil-ħin ta' allokazzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-preferenza hija skond il-bżonn u l-esigenza tal-applikant

skema SM

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li ġejjin mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali li bbenefikaw minn skema SM matul l-aħħar sitt xhur? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda mill-istess lokalitajiet, lokalità lokalità fl-istess perjodu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sitt xhur l-Awtorità tad-Djar ma rċevietx l-ebda applikazzjoni taht Skema SM minn lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett. F’dan il-perjodu ma bbenefikawx ukoll l-ebda persuni taht din l-Iskema mid-Distretti imsemmija.