Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner huwa kkonfermat li se jżur Għawdex matul l-2012? Liema huma u kemm-il darba se jżur Għawdex kull wieħed minnhom? Kemm iġorr passiġġieri kull wieħed minnhom? Fejn se jankra kull wieħed minnhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kultura u Patrimonju Kulturali — tnaqqis ta' voti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tnaqsu l-voti tal-budget għas-sena kurrenti li jaqgħu taħt il-Kultura u Patrimonju Kulturali wara r-reviżjoni 'l isfel fuq in-nefqa tal-Gvern Malti li tħabbret ftit ġimgħat ilu? Jista' jagħti dettalji ta' fejn sar dan it-tnaqqis okkorrendo vot vot?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32976.

Heritage Malta — membru tal-bord li rriżenja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament irriżenja mill-Bord tal-Heritage Malta? Min ħadlu postu? Għaliex irriżenja?

Response (DEMARCO, MARIO)

Dan l-individwu rriżenja mill-Bord ta’ Heritage Malta f’Marzu tal-2011. Il-persuna li ġiet maħtura minfloku hija Prof Jo Ann Cassar, (Head, Department of the Built Heritage, Faculty for the Built Environment, University of Malta).

Heritage Malta — bord maħtur

Question

Stante li l-Bord tal-Heritage Malta kien ġie mġedded sal-aħħar ta' Diċembru 2011, jista' l-Ministru jgħid jekk dan reġax inħatar? Minn min hu kompost dan il-bord?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Bord ta’ Heritage Malta reġa’ ġie maħtur għal perjodu ta’ tlett snin, effittivament mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bord huwa kompost minn: Mr Joe Said, Chairman Ms Isabel Vella, Deputy Chairman Ms Evelyn Baluci (offerred letter of resignation) Mr Leonard Callus Ms Norma Camilleri Prof Jo Ann Cassar Mr John Cremona Mr Martin Mercieca

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32585 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32236, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura wkoll qed jaghmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l- overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal promozzjoni turistika ta’ Malta, il-programmi u attivitajiet kulturali u inizjattivi ambjentali li ġew imħabbra fil- budget jew ta’ għajnuniet differenti.

Avviż Legali 44

Question

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imħabbra permezz tal-Avviż Legali 44 tal-2012, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-miżuri humiex se jiġu applikati wkoll fil-konfront ta' awtoritajiet u entitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Avviż Legali 44 tal-2012 jagħmel provvediment speċifiku għas-settur publiku fir-Regolament Numru 10.

San Pawl il-Baħar- proġetti

Question

Jista' l-Mnistru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li qed iwettaq il-Ministeru, bħalissa, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk dawn qed isir mill-Ministeru waħdu kif ukoll jekk qed isiru f'kollaborazzjoni mal-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx proġetti oħra li mistenni jinbdew fil-futur?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-MTA bħalissa qed timplimenta proġett ERDF 033 bl-isem ta’ ‘Tourism Zone Upgrade with Landscaped Urban Spaces and other Facilities’. Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett qed isiru dawn l-interventi ġewwa San Pawl u l-Qawra: - Bini ta’ akkwarju pubbliku ġewwa l-Qawra, estensjoni tal- promenade u faċilitajiet ta’ istitut għad- ‘diving’ . Dan il-proġett qed isir fuq bażi ta’ PPP mal-privat u huwa stmat li ġej jiswa aktar minn €15.6 miljun ewro (inkluż VAT) li €8.85 miljun (inkluż VAT) huma ko-finanzjati mill- European Regional Development Fund u ser jiġu investiti aktar minn €5.6 miljun inkluż VAT kuntrattur privat - Tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl u krejazzjoni ta’ cantilevered gallery b’valur ta’ madwar €1.3 miljun + VAT. Dan il-proġett għadu kif tlesta; - Restawr tal-faċċati tat-Torri ta’ Wignacourt Tower ġewwa San Pawl il-Baħar. L-MTA bħalissa qed tipprepara d-dokumenti għas-sejħa għall-offerti għax- xogħol. L-MTA bħalisa qegħda taħdem fuq proposta preliminari fuq proġett ta’ replenishment fil-Bajja tal-Pwales jew kif inhi magħrufa aħjar il-bajja tax-Xemxija. F’dan il-punt l-awtorità minn fondi tagħha qed tipprepara l-proposti u tat bidu għall-istudji ambjentali neċessarji sabiex ikun jista’ jiġi mkejjel l-impatt ta’ din il-proposta

San Pawl il-Baħar — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' lukandi mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar li talbu li jieħdu sehem fid-diversi skemi ta' għajnuna mħabbra mill-gvern għal dan is-settur? Kemm kien in-numru ta' talbiet li ġew aċċettati, u kemm ġew rifjutati? Kemm hu l-ammont ta' flus li ġie approvat bħala għajnuna għal dawn il-persuni?

Response (DEMARCO, MARIO)

In-numru ta’ lukandi mill-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li applikaw taħt it-tlett sejħiet kienu: Call 1 - 6 Call 2 - 4 Call 3 - 5 In-numru ta’ talbiet li ġew aċċettati minn dawn kienu: Call 1 - 2 Call 2 - 2 Call 3 - 1 L-ammont ta’ flus li ġew approvati: Call 1 - €83,800.45 (co-financing: €36,103.68) Call 2 - €450,872.80 (co-financing: €204,327.99) Call 3 - €383,132.33 (co-financing: €191,566.17)

Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32730, 32500 u 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Marsa — Triq San Pawl - ilmenti mir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li ilhom pendenti s-snin ta' residenti ta' Triq San Pawl il-Marsa, li qed jilmentaw minn attivitajiet kummerċjali fl-istess triq tagħhom li jinkludu fost oħrajn nuqqasijiet bħal tniġġiż ta' ħsejjes, rwejjaħ ta' lostru, abra eċċ. u dan minkejja r-rapporti li ta' spiss saru lill-pulizija? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħala regolatur tista' tieħu passi dwar dan flimkien mal-awtoritajiet kompetenti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li tul dawn l-aħħar 3 snin l-awtorità rregistrat x'ilment li jirrigwarda xi tip ta' żvillupp li jiġġenera l-inkonvenjenza imsemmija fl-Interpellanza. Barra minnhekk meta l-uffiċċjali tal-Awtorita' indagaw mal-Pulizija tal-Ħamrun rigward tali lmenti, dawn ġew infurmati li l-Pulizija tad-Distrett la qatt kellhom jew għad għandhom xi pendenzi dwar dan is-suġġett. Pero` minn spezzjoni li saret fi Triq San Pawl instab li garaxx partikolari qed jintuża bħala workshop ta' mastrudaxxa. Fuq dan is-sit kien inħareġ Avviż t'Infurzar xi żmien ilu peress li l-użu (ta' mastrudaxxa) huwa illegali. L-każ għadu pendenti u s-sid kien ordnat jagħlaq.

Ħal Għaxaq — Għelieqi tal-Wilġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet fl-għelieqi tal-Wilġa ġewwa Ħal Għaxaq? Hemm permess għall-bini? Jekk iva, x'inhu l-permess?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan Lokali approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jidentifika ż-żona Tal-Wilġa ġewwa Ħal Għaxaq bħala sit riservat għall-Faċilitajiet Edukattivi għal żewġ skejjel skond il-policy SMGH 06. M'hemm l-ebda permess maħruġ però l-Awtorita' għandha l-applikazzjoni (PA 6738/06) għall-bini ta' kulleġġi mill-Komunità tad-Dumnikani u mill-Komunita tal-Qalb ta' Ġesù. Din l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata.

MEPA — formula tal-NSO għal applikazzjoni ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32507 u jgħid x'inhi r-raġuni għala għal ċerta applikazzjonijiet għall-iżvilupp, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed titlob li tiġi sottomessa ukoll il-formula tal-NSO?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija mitluba bil-liġi li tiġbor informazzjoni mitluba mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Din il-formola qiegħda tintalab fir-rigward ta' kull applikazzjoni sottomessa lill-Awtorità mid-9 ta' Jannar 2012 'il quddiem.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32511 u 32252 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Ilma tal-pjan — sid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-sid tal-ilma tal-pjan, il-Gvern jew inkella s-sid privat tal-parti tal-art li taħtha hemm l-ilma tal-pjan?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Safi — xtiebi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diversi xtiebi mwaħħla madwar Ħal Safi humiex koperti bil-permessi relattivi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.

Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32500 u 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — applikazzjoni withdrawn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew withdrawn minħabba li l-applikanti ma ssottomettewx l-informazzjoni tagħhom u kemm kienu dawk l-applikazzjonijiet li ġew riattivati wara deċiżjoni tal-awtorità stess?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Riservwar tal-ilma fid-djar

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk il-binjiet li telgħu bejn 2005 u 2011 kollha għandhomx reservior għall-ilma u jekk hemmx raġuni għal dawk li ma għandhomx dan ir-reservior?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont Kapitlu 10, Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Artiklu 97 (n) (viii): “Kull dar għandu wkoll ikollha bir miżmum fi stat tajjeb, tal-kapaċit à mill-inqas ta’ tliet metri kubi, għal kull ħames metri kwadri tal-wiċċ tal-art ta’ kull karma ta’ dik id-dar”. Meta l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ permess ta’ żvilupp għal dar tinkludi kundizzjoni fil-permess li l-iżvilupp irid jinkludi ġiebja skont kif rikjest f’din il-liġi

Aperturi tal-injam

Question

Peress li matul l-aħħar snin, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet iddecidiet li l-aperturi u bibien tal-aluminium li kien hemm fil-Pjazza tal-Birgu u toroq oħra fl-istess lokalità kellhom jinbidlu f'oħrajn tal-injam, jista' l-Ministru allura jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ingħata permess li l-appartamenti u l-lukanda fix-xatt ta' Sant'Anglu jkunu kollha tal-aluminium ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq iż-żewġ siti tal-appartamenti u l-lukanda fix-xatt tal-Birgu, tfassal Development Brief li jistabilixxi l-parametri ta' żvilupp aċċettabli f'din l-area. Il-filosofija mħaddna fid-disinn tal-blokka ġdida tal-appartamenti hija waħda li żvilupp ġdid għandu juża idjoma moderna filwaqt li jirrispetta l-grammatika tal-post. Għalhekk, fil-ponta tal-Birgu ġiet disinjata blokka moderna u ntużaw materjali "moderni" bħal ħadid u ħġieġ. Infurmat illi l-permess għall-appartamenti (PA 1043/00) kien ħareġ fit-30 ta’ Marzu 2000. Min-naħa l-oħra, il-lukanda fix-xatt tal-Birgu ġiet disinjata fuq stil barokk. Il-permess li ġie approvat fl-14 ta' Frar 2008 (PA 4262/01) jispeċifika li l-aperturi għandhom ikunu tal-injam.