Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa l-marketing agreement li hemm bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Giro d’Italia u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll x’se tiggwadanja Malta minn dan il-ftehim?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-marketing agreement bejn l-MTA u l-Giro d’Italia huwa ta’ €230,000. Il-Giro d’Italia, li jsir madwar l-Italja kollha, huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar kompetizzjonijiet importanti fis-settur taċ-ċikliżmu. Tajjeb wieħed jirrimarka li l-Italja huwa source market ewlieni għat-turiżmu f’pajjiżna.
Il-brand VisitMalta qed tikseb promozzjoni estensiva matul it-tappi kollha tal-Giro:
· reklam tal-VisitMalta fil-forma ta’ arkata fil-punt tal-35Km tat-tellieqa;
· banners vertikali bir-reklam ta’ VisitMalta fis-6, 7, 8 u 9 Km tat-tellieqa;
· 90 metru ta’ advertising banners tul it-tiġrija;
· 24 metru ta’ fixed signage ħdejn il-finish line tat-tellieqa;
· Gazebo 4m x 4m fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull tellieqa minn fejn jitqassam mercandise u materjal ieħor promozzjonali ta’ Malta.
Dawn it-tappi qed jiġu trasmessi b’mod dirett mit-televiżjoni Taljana RAI u l-Eurosport, kif ukoll jingħataw live feeds lil madwar 200 stazzjoni televiżiv ieħor madwar id-dinja. Dan il-coverage huwa stmat li jlaħħaq udjenza ta’ madwar 65 miljun ruħ, matul il-112-il siegħa ta’ trasmissjoni.
Apparti dan issir ukoll promozzjoni diġitali fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali fosthom Facebook, Tik Tok u Instagram, il-website tal-Giro, Gazzetta dello Sport u Tutto Bici. VisitMalta se tkun qed tingħata wkoll promozzjoni fuq media stampata fosthom ir-rivisti prominenti Bell’Italia u Sportweek.
Ser inkun qed inqiegħed kopja tal-kuntratt imsemmi fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time.
Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija.
Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, mhux fotografija biss, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' €10,147.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-ħames konsulenti li joffru konsulenza lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jispjega kif dawn ġew ingaġġati mill-istess Awtorità? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-agreements/kuntratti li l-MTA għamlet ma’ dawn l-individwi biex joffru konsulenza?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-ħames konsulenti li joffru s-servizzi tagħhom lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Ministeru għat-Turiżmu — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8471 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8338 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalità
Numru ta' impjegati ġodda
B'Kara
4
Lija
1
Luqa
1
Marsa
1
Mellieħa
1
Mosta
3
Naxxar
3
Rabat
1
San Ġiljan
1
San Pawl
1
Swieqi
1
Ta' Xbiex
1
Victoria, Għawdex
1
Żebbuġ
1
Żejtun
1
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8366 fejn qed jingħad li f’Kemmuna ma hemm l-ebda konċessjoni, jista’ l-Ministru jgħid eżattament xi ftehim hemm fid-dawl li kien huwa stess li fil-pubbliku uża t-terminoloġija “konċessjoni”?
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478, 6774, 6966, 7225, 7798, 8066 u 8283 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni hija pubblika fuq is-sit elettroniku https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public/search/
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan is-sit elettroniku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7611, 7850, 8067 u 8284 u jgħid kemm-il cash rebate ġie mħallas lil kumpaniji barranin u kemm tħallsu lil kumpaniji Maltin f’dawn l-aħħar tliet snin, ċjoè mis-sena 2021 s’issa? Jista’ jippreżenta lista ta’ liema huma dawn il-kumpaniji u kemm ħadu kull wieħed?
Fid-dawl tal-kummenti li għamel il-Ministru fejn qal li saret estensjoni tal-konċessjonijiet biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja Blue Lagoon, f’Kemmuna, mingħajr ma nħarġet sejħa pubblika, minkejja li f’okkażjoni oħra kien qal li s-sejħa se tinħareġ matul l-ewwel xhur tas-sena 2023, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-estensjoni?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi bit-tibdiliet li saru sabiex titranġa s-sitwazzjoni fi Blue Lagoon, ma kien hemm l-ebda estensjoni tal-konċessjonijiet. Biex ikun hemm immaniġġar aħjar taż-żona, inħarġu encroachments għal dan is-sajf lill-istess operaturi li kien hemm is-sajf ta’ qabel. Il-Ministeru flimkien ma’ Ministeri u entitajiet ikkonċernati, se jkunu qed jieħdu konjizzjoni tar-riżultat wara dawn it-tibdiliet sabiex ikun finalizzat pjan ħolistiku għal Blue Lagoon.
Buġibba – shelter bħala lqugħ mix-xemx għaż-żwiemel
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-shelter maħsub bħala lqugħ mix-xemx għaż-żwiemel qrib il-Pjazza ta’ Buġibba jiġi rranġat u miżbugħ qabel ma ssirlu iktar ħsara?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – xogħol li se jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3296 u 5183, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-proġett tal-Belveder fi Triq San Publju? Meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan il-proġett?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda taħdem flimkien ma’ entità oħra fuq id-draft tat-tender. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda wara s-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet/dipartimenti kollha bħalissa hemm total ta’ 105 persuni li huma kwalifikati bħala First Aiders.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaqgħu taħt l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stazzjonati f’Kemmuna, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin u fil-preżent? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minnhom f’Kemmuna matul is-sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu m’għandhiex ħaddiema li huma speċifikament stazzjonati f’Kemmuna, iżda għandha ħaddiema fi ħdan l-uffiċċju tagħha ġewwa Għawdex li jagħmlu xogħol ġewwa Kemmuna fix-xhur tas-sajf. Dan ix-xogħol jikkonsisti f’sorveljanza u mmaniġġar tal-bajjiet. Dawn il-ħaddiema bdew jiġu assenjati xogħol f’Kemmuna mis-sena 2014 ’l hawn.
Ministeru għat-Turiżmu — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8338 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li bih ġew estiżi l-konċessjonijiet tal-bajjiet f’Kemmuna? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-bajjiet li kellhom il-konċessjoni mġedda awtomatikament?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Kemmuna ma hemm l-ebda konċessjoni.
B’referenza għall-istqarrija tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar dwar numru ta’ caravans fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq, u b’referenza għall-wegħda li għamel lill-istess Kunsill li ser ikun qiegħed isolvi din il-problema, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew biħsiebu jieħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar xhur saru diversi laqgħat fosthom mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, sabiex din il-kwistjoni tiġi indirizzata bl-aktar mod idoneu.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4127 dwar ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fuq Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fiex waslu x-xogħlijiet mibdija u meta ser jibew ix-xogħlijet l-oħra indikati fl-istess tweġiba?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4127, ninforma lill-Onor. Interpellant li:
· Il-Fisherman’s Shed – bħalissa qed isir ix-xogħol tar-restawr;
· Xogħlijiet mill-monument tal-LOVE inkluż it-taraġ ta’ San Ġużepp – l-applikazzjoni għadha qed tiġi vvettjata mill-Planning Authority;
· Xogħlijiet fil-Pjazza ta’ quddiem Palazzo Spinola – bħalissa l-Awtorità qed tiddiskuti u tikkordina mal-Ministeru sabiex ikun hemm integrazzjoni fil-proġett akbar tal-Pjazza u Triq Paceville.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478, 6774, 6966, 7225, 7798 u 8066 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7611, 7850 u 8067 u jgħid kemm-il cash rebate ġie mħallas lil kumpaniji barranin u kemm tħallsu lil kumpaniji Maltin f’dawn l-aħħar tliet snin, ċjoè mis-sena 2021 s’issa? Jista’ jippreżenta lista ta’ liema huma dawn il-kumpaniji u kemm ħadu kull wieħed?
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru, jew hemm il-ħsieb li jsiru, tul dawn ix-xhur sabiex il-Bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara jsirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ġranet li ġejjin ser isir intervent permezz ta’ makkinarju min-naħa tad-Diviżjoni tal-Tindif u Manutenzjoni sabiex jitneħħa l-ġebel kollu li tela’ bil-maltemp fuq din il-bajja. Qed isir ukoll koordinament bejn din id-Diviżjoni u t-TZRA sabiex tingħata assistenza fuq żebgħa tal-promenade wara diskussjoni li dawn kellhom ma’ rappreżentanti mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.