Legislature:
Category:
Reset
Active:

Blue Lights fuq vetturi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27365, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti f’Malta biex tagħti permess lil sid ta’ vettura biex juża l-blue lights? Jekk din l-awtorità hija Transport Malta, jista’ allura jagħti rendikont tal-vetturi li għandhom permess biex jużaw il-blue lights f’Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-regolament 83 tal-Leġizlazzjoi Sussisdjarja 65.11, ninfurmaha li l-awtorità kompetenti f’Malta biex tagħti permess lis-sid ta’ vettura sabiex juża l-blue lights hija l-Awtorità għat-Trasport f’Malta.  L-Awtorita’ għandha 39 vettura tagħha li għandhom il-permess għall-blue lights.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-survey ikkummissjonat lill-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, flimkien mal-mistoqsijiet li ġew magħmula u r-riżultati relatati mal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll iressaq l-assessjar tat-traffiku li sar mill-Gvern sabiex titkejjel iż-żieda ta’ vetturi mistennija bħala riżultat ta’ persuni li jsuqu lejn Wied il-Għajn biex jużaw il-ferry?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji fuq l-impatt ambjentali tal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll: i.    jipprovdi l-istudji fuq l-impatt ekonomiku, inkluż l-ispiża totali tal-proġett, kif ukoll ir-Return on Investment (ROI), u l-ispejjeż indiretti fuq il-komunità; ii.    iressaq l-istudji li saru u li minnhom irriżulta li Wied il-Għajn kienet l-aħjar lokalità għall-proġett tal-ferry; u iii.    iressaq ukoll l-istudji li saru fuq lokalitajiet alternattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31371, fejn ġie mwieġeb li “x-xogħlijiet fi Triq il-Karmnu l-Fgura għadhom mhux finalizzati kollha u għad irid isir l-ittestjar neċessarju”, jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos isir u meta ser jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jonqos l-ittestjar tal-asfalt u li bħalissa qiegħed fil-proċess tal-assesjar. Fadal xogħol ta’ finishing li previst li jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin.

Selmun – Rapport Metroloġiku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31513, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rapport tal-Uffiċċju Metroloġiku ma rrappurtax l-istatus tat-temp fiż-żona ta’ Selmun matul is-sentejn li għaddew? Jista’ jiċċara jekk l-istrument li jintuża biex jiġi vverifikat u rrappurtat it-temp kienx bil-ħsara għal dawn is-sentejn u jekk iva, jindika d-data ta’ meta dan ser jitranġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31513, ninfurmah li Malta International Airport hija kumpanija privata.

Il-Gudja – Triq Mons. Pawlu Mallia - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31515 u jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq Mons. Pawlu Mallia fil-Gudja, kemm ġie jiswa jew hu stmat li ser jiswa, u meta se jkun lest?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant wara diversi diffikultajiet li iltqajna magħhom waqt ix-xogħlijiet, Triq Mons Pawlu Mallia, Gudja hija lesta.  Ix-xogħlijiet f’din it-triq kienu jikkonsistu f’estensjoni tal-medda tad-drenaġġ, bdil tal-main tal-ilma tax-xorb, twessiegħ tat-triq, bini ta’ retaining wall, bini mill-ġdid tal-bankini, xogħol t’asfalt u road markings.

Transport Malta - Attivitajiet ta’ sorveljanza jew monitoraġġ f’żoni rurali - Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tagħtix permessi lil xi individwi jew organizzazzjonijiet mhux governattivi biex iwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza jew monitoraġġ f’żoni rurali, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet u għal liema skopijiet jingħataw dawn il-permessi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija u jipprovdi iktar informazzjoni biex l-Awtorita’ tat-Trasport tkun f’pożizzjoni li tipprovdi tweġiba.

Il-Kalkara - Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza Ricasoli - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31332, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender documents għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti imwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella twasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli, ġewx ippreparati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender documents għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti mwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella jwasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli qegħdin fil-fażi ta’ preparazzjoni.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

L-Imġarr - Port tal-fast ferry – Xogħlijiet

Question

Peress li qed ikun hemm inkonvenjent kbir għall-persuni li jużaw il-fast ferry għax m’għandhomx fejn jistkennu mill-elementi tat-temp, jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu maħsub li jinbnew il-faċilitajiet u jsiru x-xogħlijiet neċessarji għall-persuni li jkunu qed jistennew biex jirkbu l-fast ferry mill-Port tal-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll fiex se jkunu jikkonsistu u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30525.

Għawdex – Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31266 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta’ karozzi li jistgħu jipparkjaw fil-parkeġġ il-kbir ta’ ħdejn Villa Rundle kif ukoll fil-ground tal-football li hemm maġenbu, li għal dawn l-aħħar snin dejjem intuża għall-parkeġġ tul is-sena kollha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ground tal-football jista’ jakkomoda madwar 160 post ta’ parkeġġ, filwaqt li l-parkeġġ il-kbir ta’ ħdejn Villa Rundle jinkludi 121 post ta’ parkeġġ, 10 kiosks mobbli, postijiet riservati għat-train, postijiet riservati għat-taxis, u 8 postijiet riservati għat-trasport pubbliku.

Iż-Żejtun - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq fiż-Żejtun li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Wied il-Għajn - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Wied il-Għajn li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Marsaxlokk - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Marsaxlokk li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Ħal Għaxaq - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Ħal Għaxaq li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Il-Gudja - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq fil-Gudja li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Awtorità tat-Trasport – toroq f’Għawdex - safety audit

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti/toroq ġewwa Għawdex li fil-preżent l-Awtorità tat-Trasport qed tagħmel safety audit tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30000.

Persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31375 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol fuq il-Bajja ta’ Rinella, il-Kalkara, matul din is-sena u jekk iva, x’xogħol sar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interperllanti li x-xogħol li qiegħed isir minn Infrastructure Malta huwa relatat maċ-ċediment li kien hemm ta’ parti mill-peninsula li fuqha hi mibnija Villa Bighi.  Dan ix-xogħol kien jinkludi fost oħrajn, tindif u skavar taż-żona, tħottija ta’ partijiet mill-ħitan l-antiki li ma kinux stabbli u xogħol ta’ rinfurzar fuq strutturi eżisteni.